Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Unit: 1. Introduzzjoni għall-bejgħ bl-imnut, il-bejgħ, u l-assistenza lill-klijenti.
Il-Bejgħ bl-Imnut
Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem is-settur tal-bejgħ bl-imnut u l-firxa ta' impjiegi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.
1. Kapaċi nagħti deskrizzjoni tan-negozju tal-bejgħ bl-imnut.
2. Kapaċi niddeskrivi t-tipi differenti tal-mezzi tal-bejgħ bl-imnut użati fi ħdan kuntest Malti.
4. Kapaċi nidentifika impjiegi differenti fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u l-ħiliet, l-attribwiti, u l-imġiba relatati.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
- In-negozju tal-bejgħ bl-imnut: il-bejgħ bl-imnut; il-bejjiegħ; il-ħanut tan-negozju; distinzjoni bejn prodotti u servizzi.
2. Kapaċi niddeskrivi t-tipi differenti tal-mezzi tal-bejgħ bl-imnut użati fi ħdan kuntest Malti.
Mezzi tal-bejgħ bl-imnut: ħwienet; katalogi; bejgħ onlajn; is-swieq tal-monti; showrooms; bejgħ fuq it-televixin; kjoskijiet mobbli; bejgħ bieb bieb; supermarkets; kumplessi tal-ħwienet.
- Il-karatteristiċi tal-ambjent lokali tal-bejgħ bl-imnut: kummerċjanti waħdanin, kumpaniji żgħar, franchises; ħwienet li jbigħu ditta waħda; ħwienet li jbigħu ħafna ditti; ambjent kompetittiv ħafna u daqs tas-suq limitat; l-impatt tal-internet u x-xiri onlajn; l-impatt pożittiv u negattiv tad-dħul fl-UE.
L-importanza tiegħu għall-ekonomija Maltija: il-bejgħ bl-imnut bħala perċentwal għoli tal-unitajiet kummerċjali rreġistrati lokalment; il-bejgħ bl-imnut bħala sors ewlieni tal-impjieg.
4. Kapaċi nidentifika impjiegi differenti fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u l-ħiliet, l-attribwiti, u l-imġiba relatati.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
- Impjiegi: e.ż. assistent tal-bejgħ, kontrollur tal-istokk, persuna li timla l-ixkafef, rappreżentant tas-servizz għall-klijent, maniġer tal-ħanut, supervisor, mexxej tat-tim, persuna li tagħmel il-kunsinni, supervisor tal-imħażen.
- Ħiliet: servizz lill-klijent; bejgħ; l-immaniġġjar tal-flus; ħidma f'tim; promozzjoni; soluzzjoni tal-problemi; komunikazzjoni; l-immaniġġjar tal-ħin; ħiliet fil-kompjuter; il-litteriżmu, u n-numeriżmu.
- Attribwiti: e.ż. dehra personali tajba, flessibbiltà, proattività, onestà, empatija, il-kapaċità li tagħmel ħafna xogħol f'daqqa.
- Imġiba: edukat/a, pożittiv/a, kunfidenti, attitudni pożittiva.
Learning Outcome: 2. Kapaċi nagħraf l-importanza ta' ħidma f'tim fil-qasam tal-bejgħ bl-imnut.
5. Kapaċi niddeskrivi l-aspetti ewlenin ta' ħidma f'tim f'ambjent tal-bejgħ bl-imnut.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
- Aspetti ewlenin ta' ħidma f'tim fil-qasam tal-bejgħ bl-imnut: l-apprezzament tal-punti pożittivi ta' ħaddieħor; l-apprezzament tal-attribwiti u l-opinjonijiet tal-membri l-oħra tat-tim; il-ħidma lejn għan komuni; l-għoti tal-appoġġ biex jitgħallem ħaddieħor; l-aċċettar tal-pariri; is-smigħ; il-komunikazzjoni ma' timijiet oħra; il-komunikazzjoni ma' dipartimenti oħra.
1. Kapaċi nassoċja l-ħidma f'tim ma' ambjent tax-xogħol tajjeb u suċċess fin-negozju.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
Ambjent tax-xogħol tajjeb u suċċess fin-negozju:
- Il-produttività ta' tim: il-ħidma flimkien biex ittemm xogħol tal-bejgħ bl-imnut b'mod effiċjenti, l-importanza tal-komunikazzjoni fi ħdan tim biex ikun evitat il-ħela, id-duplikazzjoni tax-xogħol, ilmenti tal-klijenti, u konfużjoni.
- L-indirizzar ta' sitwazzjonijiet stressanti: l-importanza li żżomm kalm; il-ħidma flimkien biex issolvu problemi; illimita l-impatt ta' sitwazzjonijiet stressanti.
- Esperjenza tal-klijent: il-ħolqien ta' ambjent akkoljenti; xogħol f'tim bħala sinjal pożittiv għall-klijenti; relazzjoni pożittiva mal-klijenti.
- Il-bini u l-għaqda tat-tim: eżerċizzji għal bini tat-tim; iż-żamma tal-motivazzjoni; l-ekwità.
Learning Outcome: 3. Kapaċi niddeskrivi l-proċess tal-bejgħ bl-imnut.
6. Kapaċi nsemmi l-fatturi li jinfluwenzaw l-aspettattivi tal-konsumatur.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
7. Kapaċi niddeskrivi l-ħames passi tal-proċess tal-bejgħ u l-aspetti ewlenin li jistgħu jinfluwenzaw il-proċess.
8. Kapaċi nelenka l-fatturi li jindikaw li sar bejgħ.
2. Kapaċi nispjega kif nikkomunika b'mod effettiv mal-klijenti waqt il-proċess tal-bejgħ.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
3. Kapaċi nispjega kif Punt tal-Bejgħ jintuża fil-bejgħ bl-imnut.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
- Fatturi: fatturi soċjali u demografiċi; fatturi ekonomiċi; livell tal-edukazzjoni u esperjenza; il-prodotti tal-kompetituri.
7. Kapaċi niddeskrivi l-ħames passi tal-proċess tal-bejgħ u l-aspetti ewlenin li jistgħu jinfluwenzaw il-proċess.
- Il-ħames passi tal-proċess tal-bejgħ: iltaqa' ma' u ilqa' lill-klijent; ifhem il-bżonnijiet; uri; iġbor fil-qosor; agħmel il-bejgħ.
- Aspetti ewlenin li jistgħu jinfluwenzaw il-proċess tal-bejgħ: għarfien dwar l-oqsma ewlenin u t-tqassim; għarfien dwar id-dipartimenti l-oħra tal-istabbiliment; għarfien dwar il-prodotti u s-servizzi offruti; għarfien dwar offerti speċjali; għarfien dwar is-suq.
8. Kapaċi nelenka l-fatturi li jindikaw li sar bejgħ.
- Fatturi: jgħaddu l-ħin iħarsu lejn il-prodott; jistaqsu mistoqsijiet fuq dettalji; jistaqsu fuq il-prezz; jitolbu aktar informazzjoni; jistaqsu fuq dettalji tal-pagament; jippruvaw il-prodott; mistoqsijiet mill-klijenti; movimenti tal-ġisem.
2. Kapaċi nispjega kif nikkomunika b'mod effettiv mal-klijenti waqt il-proċess tal-bejgħ.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
Ħiliet bażiċi ta' komunikazzjoni li huma essenzjali fil-proċess tal-bejgħ: tislija; mistoqsijiet effettivi permezz ta' mistoqsijiet miftuħin u magħluqin biex tidentifika l-bżonnijiet tal-klijent u tqabbilhom mal-prodotti/servizzi; empatija; iċċekkjar għal fehim; feedback; għeluq.
3. Kapaċi nispjega kif Punt tal-Bejgħ jintuża fil-bejgħ bl-imnut.
- Struttura ewlenija: e.ż. cash register (għal ħwienet żgħar), kompjuter, monitor, kexxun tal-flus, printer għall-irċevuti, displej tal-klijenti, skener tal-barcodes.
- Funzjonijiet back office tas-sistema tal-POS: e.ż. kontroll tal-inventarju, xiri, trasferiment ta' prodotti minn post għal ieħor (għal ditti li għandhom ħafna ħwienet).
- Funzjonijiet tipiċi oħra ta' sistema ta' POS: e.ż. informazzjoni dwar il-bejgħ mill-ħanut, rappurtar, xejriet tal-bejgħ.
Learning Outcome: 4. Kapaċi nagħti servizz tajjeb lill-klijenti f'ambjent tal-bejgħ bl-imnut.
9. Kapaċi niddeskrivi l-benefiċċji ta' servizz tajjeb lill-klijenti għal negozju tal-bejgħ bl-imnut.
- Benefiċċji ta' assistenza tajba lill-klijenti: involviment mal-klijent; żieda fil-bejgħ u l-profitti; iż-żamma tal-klijenti; immaġni pożittiva; il-kisba ta' feedback mill-klijenti.
1. Kapaċi nagħti impressjoni pożittiva meta nkun qed naqdi lill-klijenti f'ambjent tal-bejgħ bl-imnut.
Impressjoni pożittiva:
- Iġjene personali: attenzjoni għar-riħa tal-ġisem; il-kura tax-xagħar; attenzjoni għal nifs jinten; żarbun nadif; indafa ġenerali; kura tal-uniformi.
- Movimenti tal-ġisem li juru rispett: qagħda; kuntatt tal-għajnejn; l-użu addattat tat-tonalità tal-vuċi u ċarezza; mossi.
2. Kapaċi ngħin lill-klijenti f'ambjent tal-bejgħ bl-imnut.
- Għajnuna lill-klijenti: tirrikonoxxi lill-klijent u tisma' b'attenzjoni għall-bżonnijiet tiegħu/tagħha; tidentifika modi kif tgħin lill-klijent bl-aħjar mezz possibbli; tiddeskrivi l-karatteristiċi ta' prodott jew elementi ewlenin ta' servizz b'mod orjentat lejn il-klijent; il-forniment ta' alternattivi jekk it-talba oriġinali ma tistax tintlaħaq; it-tmiem/l-għeluq tal-bejgħ.
4. Kapaċi nispjega kif nindirizza l-ilment ta' klijent.
- L-indirizzar tal-ilment: identifika n-natura tal-ilment u żomm kalm/a; staqsi lill-klijent dwar il-problema u ċċekkja li fehmek; isma' b'mod attiv lill-klijent; apoloġija, empatija u professjonaliżmu; irreferi l-klijent għaċ-channels addattati jekk l-ilment ma jistax jiġi indirizzat.
Learning Outcome: 5. Kapaċi nifhem l-elementi ewlenin marbutin mad-drittijiet tal-konsumatur f'Malta.
10. Kapaċi nelenka l-awtoritajiet, il-legislazzjoni, ir-regolamenti, u l-istituzzjonijiet ewlenin li jindirizzaw id-drittijiet tal-konsumatur f'Malta.
5. Kapaċi niddeskrivi l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumaturi qabel il-bejgħ ta' prodotti jew servizzi, u d-drittijiet ewlenin tal-konsumaturi meta jixtru prodotti jew servizzi.
3. Kapaċi nipproduċi fuljett bl-informazzjoni bażika dwar id-drittijiet tal-konsumatur.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
- Awtoritajiet: l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur; l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.
- Leġislazzjoni: Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
- Regolamenti: Regolamenti dwar l-Indikazzjoni tal-Prezz; Regolamenti dwar Kreditu lill-Konsumatur; Regolamenti dwar vjaġġi, vaganzi u vjaġġar kollox kompriż; Regolamenti dwar il-bejgħ mill-bogħod fuq l-internet.
- Istituzzjonijiet: it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur.
5. Kapaċi niddeskrivi l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumaturi qabel il-bejgħ ta' prodotti jew servizzi, u d-drittijiet ewlenin tal-konsumaturi meta jixtru prodotti jew servizzi.
- Informazzjoni lill-konsumaturi qabel il-bejgħ ta' prodotti u servizzi: il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti jew servizzi; l-isem, l-indirizz, u n-numru tat-telefown tan-negozjant; il-prezz totali tal-prodotti jew servizzi; arranġamenti għall-pagament u l-kunsinna fejn applikabbli; it-tul tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt fejn applikabbli.
- Drittijiet: id-dritt li jirċievi informazzjoni dwar il-garanzija legali ta' sentejn tal-konformità tal-prodotti; id-drittijiet marbutin mal-kunsinna tal-prodotti; id-drittijiet tal-konsumaturi waqt is-sales; id-drittijiet marbutin mar-ritorn ta' prodotti mhux mixtieqa; id-drittijiet marbutin mad-depożiti.
3. Kapaċi nipproduċi fuljett bl-informazzjoni bażika dwar id-drittijiet tal-konsumatur.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
- Kriterji tal-fuljett: pulit; kreattiv; informazzjoni affidabbli; bilanċ tajjeb bejn l-immaġnijiet u t-test; l-użu tajjeb tal-lingwa.