Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 3. L-immaniġġjar tal-istokks u l-promozzjonijiet viżivi.
Il-Bejgħ bl-Imnut
Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem l-immaniġġjar tal-istokks u l-livelli tal-istokks f'negozju tal-bejgħ bl-imnut.

- Id-definizzjoni ta' 'stokk'

Raġunijiet għall-kontroll tal-istokk: kontroll tas-serq (kemm mill-klijenti kif ukoll mill-impjegati); is-servizz lill-klijent (iż-żamma tal-livelli addattati tal-istokk għall-bżonnijiet tal-klijenti); intraċċjar tal-prodotti (l-intraċċjar ta' prodotti li jinbiegħu ħafna jew ftit); l-immaniġġjar tal-finanzi (li tkun taf l-istatus tal-istokks tiegħek u l-impatt finanzjarju); rekwiżiti tal-ispazju tal-imħażen; l-identifikazzjoni tal-livelli kurrenti tal-istokks; prevenzjoni tal-ħala; titjib tar-rotazzjoni tal-istokks.

Amministrazzjoni: e.ż. noti tat-twassil u noti tal-kunsinna (għall-oġġetti deħlin), ordnijiet tax-xiri, irċevuti, noti ta' kreditu, noti ta' merkanzija mibgħuta lura, noti għal prodotti u noti tal-bejgħ (għall-oġġetti ħerġin).

- Metodi: kontroll tal-istokk; rendikonti; awditjar; kalkoli tal-istokks.
Learning Outcome: 2. Kapaċi niddeskrivi l-elementi bażiċi marbutin mal-kunsinna tal-prodotti.

- L-iżgurar tal-kwalità u l-kwantità tal-prodotti: l-assessjar tal-kwalità tal-prodotti riċevuti; ma naċċettax stokk mhux meħtieġ; nevita li jkolli stokk żejjed jew nieqes, u nidentifika stokks mhux ikkunsinnati.

- Ir-riċeviment u l-ipproċessar tal-prodotti: it-tindif u ż-żamma taż-żona fejn tidħol il-merkanzija; l-ikkontrollar tal-prodotti; il-ħruġ u l-ispezzjoni tal-prodotti; it-tneħħija u r-rimi b'mod xieraq ta' kwalunkwe materjal żejjed.

- L-immaniġġjar tal-istokks biex jiġu evitati problemi: metodi effettivi għall-ħażna tal-istokks; l-użu addattat ta' tagħmir protettiv personali (fejn meħtieġ); il-prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istokks; il-kontroll tat-temperatura; il-ventilazzjoni; il-ħażna tal-merkanzija skont meta tasal.

- Metodi: e.ż. L-ewwel li jidħol, l-ewwel li joħroġ (FIFO), L-aħħar li jidħol l-ewwel li joħroġ (LIFO), L-ewwel li jidħol l-aħħar li joħroġ (FILO).
Learning Outcome: 3. Kapaċi nifhem l-imġiba bażika tal-konsumatur.

L-influwenzi fuq il-konsumatur: il-ħeġġa biex jixtri; ix-xiri kompulsiv; l-eċċitament; il-perċezzjoni tal-kwalità tal-prodott.

Is-sensi umani: il-vista; ix-xamm; il-mess; is-smigħ.

- Fatturi: fatturi soċjali; fatturi personali; fatturi kulturali; fatturi psikoloġiċi.


Learning Outcome: 4. Kapaċi napplika l-kunċetti tal-promozzjoni viżivi.

- Definizzjoni ta' promozzjoni viżiva.

- Staġuni u attivitajiet: e.ż. l-erba' staġuni, Jum San Valentinu, Jum l-Omm, Jum il-Missier, l-Għid il-Kbir, Lura l-Iskola, Halloween, il-Milied.
Metodi: e.ż. l-użu ta' mudelli, dekorazzjonijiet speċjali, sfondi, atturi/animaturi.

- Tqegħid tal-prodotti: it-tqegħid ta' prodotti fi gruppi; żoni tal-ixkaffar; tqegħid flimkien; tqegħid ta' prodotti fil-livell tal-għajnejn.

- Tqassim tal-ħanut tal-bejgħ bl-imnut: il-fluss tat-traffiku tal-ħanut; l-impatt tat-tqassim tal-ħanut fuq l-imġiba tal-klijent; il-massimizzar tal-espożizzjoni tal-prodotti; is-simplifikazzjoni tal-proċess tal-wiri u x-xiri.


Pjan tat-tqassim: ippjanat tajjeb; l-użu effettiv tal-ispazju; tqassim pulit; oriġinalità.


- Tqegħid: it-tqegħid għal xiri impulsiv; id-differenza bejn l-ixkafef ta' taħt, tan-nofs, u ta' fuq; oġġetti li taqbad u tieħu; prodotti ġenerali.