Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 2. Aspetti ewlenin tal-attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut.

Il-Bejgħ bl-Imnut





Learning Outcome: 1. Kapaċi nsegwi l-proċeduri xierqa biex namministra l-flus.

1. Iddeksrivi l-importanza ta' proċeduri xierqa għall-amministrazzjoni tal-flus f'attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut.
  • L-importanza tal-proċeduri tal-amministrazzjoni tal-flus: il-prevenzjoni ta' mmaniġġjar ħażin tal-flus; il-kontabbiltà; it-trattament tal-ilmenti tal-konsumatur marbutin ma' bqija mogħtija ħażin; proċess aktar faċli biex tindirizza flus żejda jew nieqsa.

1. Spjega kif tibbilanċja kexxun fejn taħżen il-flus u tagħmir ieħor waqt dan il-proċess.


  • L-ibbilanċjar ta' kexxun fejn taħżen il-flus: l-għadd tal-float tal-flus; it-teħid tal-kexxun tal-flus f'post sigur; il-mili tar-rapport tal-flus jew ir-rapport tal-kexxun tal-flus; ir-rikonċiljazzjoni u t-trasferiment tal-flus.

  • It-tagħmir użat: tagħmir biex jingħaddu l-karti tal-flus; tagħmir biex jingħaddu l-muniti tal-flus.


2. Elenka l-fatturi li li jistgħu jwasslu għal flus żejda jew nieqsa fl-immaniġġjar tal-flus.
  • Fatturi: bqija ħażina; oġġetti mhux imdaħħla fis-sistema tal-POS; serq; żbalji fis-sistema tal-POS.

1. Kapaċi nuri l-ħiliet tajbin fl-immaniġġjar tal-flus.
  • L-immaniġġjar tal-flus: insegwi l-proċeduri addattati biex nibbilanċja l-kexxun tal-flus; nipproċessa tajjeb it-transazzjonijiet tal-flus.



Learning Outcome: 2. Kapaċi nifhem l-elementi bażiċi marbutin mal-immaniġġjar tal-pagamenti tal-klijenti.

3. Kapaċi nidentifika metodi ta' pagamenti differenti li jużaw il-klijenti għax-xiri ta' prodotti bl-imnut.
  • Metodi ta' pagamenti: flus kontanti; karti tal-kreditu u tad-debitu; ċekkijiet; pagamenti onlajn permezz tal-websajt tal-bejjiegħ bl-imnut, jew faċilitajiet ta' ħlas tal-kontijiet permezz tal-internet banking.

2. Kapaċi nispjega l-elementi bażiċi għall-provvista ta' servizz fil-punt tal-bejgħ.
  • Il-provvista ta' servizz fil-punt tal-bejgħ: iż-żamma ta' ambjent sigur; l-ipproċessar ta' pagamenti ta' flus kontanti; l-iċċekkjar għal flus foloz permezz tal-għodda addattata; l-ipproċessar ta' pagamenti bil-kard u t-talba għal firma jew in-numru tal-pin; it-trattament ta' problemi bil-kard jew kwistjonijiet dwar il-bqija; il-provvista tal-informazzjoni korretta dwar proċeduri tar-ritorn jew offerti.




Learning Outcome: 3. Kapaċi nifhem it-termini u l-proċessi finanzjarji bażiċi użati fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut.

4. Kapaċi niddefinixxi t-termini finanzjarji u tal-kontabbiltà użati fin-negozji tal-bejgħ bl-imnut.
IL-QARI U L-FEHIM
  • Termini ewlenin: karti tal-kreditu u tad-debitu; spejjeż; break-even; il-karta tal-profitt u tat-telf, u tal-bilanċ; fluss tal-flus; żieda (mark up) u tnaqqis (mark down) fil-prezz; profitt gross u profitt nett; inventarju fatturat.

5. Kapaċi niddeskrivi l-kunsiderazzjonijiet biex niffissa l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut u kif il-bejjiegħa jipprezzaw il-prodotti.

  • Kunsiderazzjonijiet fl-iffissar tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut: is-sensittività tal-prezzijiet; il-kompetizzjoni; l-ispejjeż; restrizzjonijiet legali.

  • Il-kalkolu tal-prezz bażiku tal-bejgħ bl-imnut: l-ispejjeż tal-merkanzija + % ta' żieda; traħħis fil-prezz minħabba promozzjonijiet.


2. Kapaċi nikkalkula l-prezz ta' prodott ipotetiku li żviluppajt.
KONJITTIV

  • Prodott: kreattività; attrazzjoni tal-prodott; disponibbiltà tal-irċevuti bħala prova tal-ispejjeż; evidenza ta' ħidma f'tim; deskrizzjoni korretta tal-prodott.

  • Prezz: niddetermina l-% taż-żieda; niddetermina l-prezz tal-bejgħ bl-imnut potenzjali.




Learning Outcome: 4. Kapaċi nuri prattiċi ta' iġjene u sigurtà meta naħdem f'negozju tal-bejgħ bl-imnut.

6. Kapaċi nelenka r-raġunijiet għaliex ħanut tal-bejgħ bl-imnut għandu dejjem ikollu ambjent nadif.
  • Raġunijiet: l-indafa tinfluwenza l-impressjoni tal-klijent; impatt fuq il-motivazzjoni tal-impjegati; iż-żamma tal-ħażniet u l-prodotti; l-evitar ta' mard u t-trasmissjoni tal-mard.

3. Kapaċi niddiskuti prattiċi tat-tindif f'ħanut tal-bejgħ bl-imnut.
  • Prattiċi tajbin tat-tindif: iż-żamma ta' skeda tat-tindif; iż-żamma tal-entratura tal-ħanut nadifa; iż-żamma tal-art tal-ħanut nadifa; it-tindif tal-ixkafef u d-displejs; iż-żamma tal-kmamar ta' ġewwa ndaf; iż-żamma tal-post tal-ħlas nadif.

7. Kapaċi nelenka l-perikli potenzjali u r-riskji f'ħanut tal-bejgħ bl-imnut.
  •  Perikli u riskji: perikli tal-irfigħ; sforz u tfekkik; tixrid; tqegħid ħażin ta' kejbil li jista' jwassal lil xi ħadd jitfixkel fih; użu ħażin ta' makkinarju, għodod, jew tagħmir.

4. Kapaċi nispjega kif nindirizza sitwazzjonijiet ta' emerġenza differenti.
  • Sitwazzjonijiet ta' emerġenza: nindirizza nirien; nindirizza emerġenza medika; nieħu ħsieb l-evakwazzjoni ta' ħanut tal-bejgħ bl-imnut.

3. Kapaċi nuri kif innaqqas ir-riskji għas-saħħa meta nerfa' u nġorr tagħbijiet, nimbotta, u niġbed.
  • Innaqqas ir-riskji għas-saħħa: irfigħ u ġarr ta' tagħbijiet; imbuttar u ġbid b'mod tajjeb; it-teħid ta' miżuri addattati għall-protezzjoni tad-dahar; identifikazzjoni tal-limiti tat-tagħbija.



Learning Outcome: 5. Kapaċi nifhem l-elementi bażiċi tas-sigurtà f'ambjent tal-bejgħ bl-imnut.

8. Kapaċi niddeskrivi t-telf u l-kawża tat-tiċkin fil-bejgħ bl-imnut.

  • Definizzjoni ta' telf u tiċkin fil-bejgħ bl-imnut: id-definizzjoni t-tajba ta' telf u tiċkin fil-bejgħ bl-imnut.

  • Kawżi: e.ż. vandaliżmu, frodi, ħela, serq mill-impjegati, serq mill-ħanut (shoplifting), żbalji operattivi jew amministrattivi.


9. Kapaċi niddeskrivi l-impatt ta' reat fuq in-nies li jaħdmu fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut.
IL-BIDLA SOĊJALI
  • L-impatt ta' reat: e.ż. impatt finanzjarju, impatt fiżikuimpatt psikoloġiku.

10. Kapaċi nidentifika l-miżuri użati biex nevita telf f'negozju tal-bejgħ bl-imnut u niżgura sigurtà ġenerali f'ambjent tal-bejgħ bl-imnut.

  • Miżuri: e.ż. CCTV, monitoraġġ kontinwu taż-żoni tal-ħanut mill-impjegati, kontroll għal għarrieda fuq l-impjegati, aċċess limitat għall-ispazji tad-displej, proċeduri tas-sigurtà għall-istaff, l-użu ta' tags speċjali għall-prodotti.

5. Kapaċi nispjega kif nindirizza inċidenti relatati mas-sigurtà.
  • L-indirizzar ta' inċidenti relatati mas-sigurtà: insegwi proċeduri tal-ħanut; nibqa' kalm/a; nirrapporta fejn għandi nirrapporta; nevita konfrontazzjonijiet; nikkonforma mal-leġislazzjoni lokali.




Agħti r-rispons tiegħek hawn