Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 2. L-Użu ta' materjali u Għodod għall-Inġinerija
It-Teknoloġija tal-Inġinerija
Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem il-propjetajiet ta' tipi differenti tal-materjali u l-proċessi tal-manifattura tal-inġinerija.

Metalli ferrużi:
Materjal tal-azzar: eż. ħadid azzarjat; azzar tal-karbonju; ferrobattuto;
Metalli mhux ferrużi:
Materjal: eż. aluminju; ram; ċomb;
Alloys:
Alloys ferrużi: eż. nikil; ħadid fondut; stainless steel;
Alloys mhux ferrużi: eż. ram; duralumin; stann.
Differenzi:
Metalli ferrużi: eż. fihom il-ħadid; aktar ibsin minn materjali mhux ferrużi; sadid;
Metalli mhux ferrużi: eż. jistgħu jintużaw biex jipproteġu materjali ferrużi; protezzjoni kontra l-elementi; korrużjoni;- Alloys: eż. taħlita ta' materjal ferruż u mhux ferruż; taħlita skont il-bżonnijiet tal-industrija.

Injam iebes:
Materjal: eż. kawba, ballut, balsa wood, fagu, ġewż, ċirasa.
Injam artab:
Materjal: eż. arznu, ġniebru.
Injam manifatturat:
Materjal: eż. miksija, ċippbord, plywood, block board, fibreboard b'densità medja, oriented strand board.
Differenzi:
Injam iebes: weraq sfużi meta l-injam ikun kiesaħ, weraq wesgħin.
Injam artab: siġar dejjem iħaddru, weraq qishom labar, orħos mill-injam iebes, jikbru aktar malajr.
Injam manifatturat: jista' jiġi mmanifatturat skont il-ħtiġijiet tal-industrija, magħmul minn injam naturali rriċiklat, orħos mill-injam naturali, m'għandux karatteristiċi ħajjin bħall-injam naturali.

Thermosetting polymers:
Materjal: eż. polyurethane, polyesters, gomma vvulkanizzata, Bakelite, reżina tal-epossi, melamine, silicones.
Thermoplastic polymers:
Materjal: eż. polyethylene, polypropylene, polystyrene, acrylic, ABS, PET, PVC.
Differenzi:
- Thermosetting polymers: ladarba jiffurmaw ma jistgħux jitreġġgħu lura, waqt il-manifattura dawn jittrasformaw minn likwidu għal solidu, jekk ikunu esposti għas-sħana dawn il-materjali jiddegradaw aktar milli jdubu.
- Thermoplastic polymers: ladarba jisħnu għat-temperatura ideali jistgħu jerġgħu jieħdu l-forma, waqt il-manifattura dawn jittrasformaw minn granuli jew trab għall-oġġett attwali bl-għajnuna tas-sħana.

Tipi ta' materjali intelliġenti: pjeżoelettriċi; shape memory alloys/polymers; magnetic shape memory; materjal awtoriġenerabbli.
Funzjoni: għandhom propjetà waħda jew aktar li tista' tinbidel b'mod sinifikanti minn ċerta kundizzjonijiet bħal: stress, temperatura, umdità, PH, kampi elettriċi jew manjetiċi.

Propjetajiet: eż. ebusija, duttilità, malleabilità, reżistenza għal degradazzjoni ambjentali, qawwa, elastiċità.

Proċessi:
Proċessi tal-Metall: Annealing; twebbis; galvanizzar; electroplating.
Proċessi tal-Injam: preservazzjoni; ġonot tal-injam; tgħawwiġ; irfinar.
Polymers:
- Proċessi thermoplastic: tiswir bil-vakwu, line bending, tiswir bl-injezzjoni, tiswir bil-pressa, tiswir bir-rotazzjoni,
- Proċessi thermosetting: casting.
Learning Outcome: 2. Kapaċi nagħmel testijiet biex nidentifika materjal tal-inġinerija għal bżonnijiet speċifiċi.

Testijiet differenti: ebusija; tensjoni; kompressjoni; shear; temperatura; torque; impatt; degradazzjoni ambjentali.



Learning Outcome: 3. Kapaċi nagħżel forom addattati ta' forniment biex nimmanifattura komponent tal-inġinerija.

Forom ta' Forniment:
- Metalli: ingotta; folja; pajp/virga; wajer; forom tal-ħadid; foroġ; forom; estrużjonijiet; trab.
- Injam: planki; folji; dowels; forom; travi.
Polymers: film/folji; pritkuni/ trab; estrużjonijiet; forom tal-ħadid; pajp/virga; likwidu.


Learning Outcome: 4. Kapaċi nuża għodod differenti b'mod sigur u addattat biex nipproduċi komponent tal-inġinerija.

- Għodod tal-immarkar: eż. scriber, centre punch, chalk line, dividers/callipers, pjanċa tal-wiċċ, trammel, blueing jew żebgħa, scribing block, mortise gauge.
Għodod tal-kejl: eż. riga, rutella, protractor, gauges, veneer calliper, micrometre, skwerra tal-inġiniera, sliding bevel, combination sets.

Għodod tal-idejn: imrietel/mazez; pincers; tnalji; serrieq; tornaviti; limi; spaners u sokits; morsa; ċana; taps u dies.

Għodda li taħdem bl-enerġija u makkinarju: brejsijiet; torn; magni li jixkatlaw; band saw; strip wire heater; blowers tal-arja sħuna; vacuum former; angle grinder; cross cut; jigsaw/scroll saw.

Għodod differenti: għodod tal-immarkar; għodod tal-kejl; għodod tal-idejn; għodod li jaħdmu bl-enerġija u bil-makkinarju.




