Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 3. 

L-Ospitalita'





Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fl-industrija tal-ospitalità.

1 Kapaċi nidentifika l-perikli potenzjali li jistgħu jinqalgħu waqt li wieħed jaħdem fl-industrija tal-ospitalità.
Perikli: eż. żliq mal-art, wajers tal-elettriku, postijiet ta' ħruġ mhux liberi, ħżin ta' kimiki b'mod mhux korrett, kawżi ta' nirien, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena, għamara u aċċessorji mhux siguri, użu ħażin tat-tagħmir, nuqqas ta' manutenzjoni, taħriġ mhux adegwat tal-persunal, ċaqliq u tqandil, nuqqas ta' sigurtà, nuqqas ta' ħwejjeġ/prekawzjonijiet ta' sigurtà personali, x'isir mill-iskart, temperaturi.
 KONJITTIV
 
2 Kapaċi nniżżel il-punti ewlenin tal-leġislazzjoni attwali dwar is-saħħa u s-sigurtà.
Leġislazzjoni: eż. Att 27 tal-2000 - Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Avviż Legali 44 tal-2002 - Regolamenti dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà), Avviż Legali 35 tal-2003 - Regolamenti dwar il-Protezzjoni kontra Riskji ta’ Korriment tad-Dahar fil-Postijiet tax-Xogħol, Avviż Legali 36 tal-2003 -Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Avviż Legali 45 tal-2002 - Regolamenti dwar it-Twaħħil ta' Sinjali tas-Saħħa jew tas-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Avviż Legali 121 tal-2003 - Regolamenti dwar Rekwiżiti Minimi għall-Użu ta’ Tagħmir Protettiv Personali fuq ix-Xogħol, Avviż Legali 227 tal-2003 - Regolamenti dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ħaddiema minn Riskji relatati ma' Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Learning Outcome: 2. Kapaċi nservi lill-konsumaturi b'mod korrett. 

3 Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' menus u ta' stili ta' servizz. 
Tipi ta' menus: à la Carte; set menu; 
Stili ta' servizz: servizz fejn jiġu servuti platti; servizz ta' buffet.
 
PERSONALI
 
4 Kapaċi niddistingwi tipi differenti ta' dvalji u srievet użati f'ristorant, l-użu tagħhom u kif jintrefgħu tajjeb filwaqt li nqis l-ispejjeż u l-ambjent. 
Tipi u użi: dvalji għal imwejjed kwadri jew tondi; dvalja ta' fuq; sarvetta biex jintmesaħ il-ħalq; is-sarvetta tal-wejters; sarvetta għall-ħġieġ; srievet tal-kċina; dvalji tal-banquets;
Ħżin adegwat; 
Jiġu kkontrollati l-ispejjeż u jiġi protett l-ambjent.

 KONJITTIV
 
5 Kapaċi nidentifika t-tipi differenti ta' pożati, platti u tazzi. 
Tipi u użi differenti ta':
Pożati: sikkina tal-ġenb; sikkina; sikkina tal-ħut; furketta; furketta tal-ħut; furketta tal-insalata; furketta tal-ħelu; mgħarfa tal-ħelu;  
Platti: tal-ħut, platt ewlieni; tal-ġenb; tas-soppa; tal-ħelu; 
Tazzi: tazzi tal-birra tal-pinta jew nofs pinta; tazza tal-inbid (Paris goblet); tazza tal-ilma; tazza twila u rqiqa (slim jim); tazza boċċa tal-brandy (brandy balloon); tazza tal-martini.

 PRATTIKA
 
1 Kapaċi nuri li naf narma b'mod adegwat imwejjed b'modi differenti. 
Narma mejda bid-dvalji: dvalja ta' taħt; dvalja ta' fuq; 
Tliet tekniki differenti ta' kif jintwew l-imkatar tal-mejda: f'konu, imrewħa; f'forma ta' għalla tas-serduq; 
Armar ta' mejda b'modi differenti: formali; informali.

 PERSONALI
6 Kapaċi niddeskrivi dak li l-konsumaturi jkunu qed jistennew minn persuni li jservu l-ikel u x-xorb. 
Nilħqu l-istennijiet tal-konsumaturi: akkomodazzjoni; attitudni ta' dawk li jservu; attenzjoni; ħinijiet; bejgħ permezz ta' suġġerimenti.
 PERSONALI
1 Kapaċi nispjega s-sekwenza bażika tas-servizz. 
Proċedura bażika biex jiġi ordnat l-ikel: 
1. Insellmu u npoġġuhom 
2. Tazza u sarvetta - is-sarvetta mil-lemin 

3. Nippreżentaw il-menu mil-lemin 
4. Nieħdu l-ordni tax-xorb 
5. Noffru l-ħobż u l-butir 
6. Noffru l-ilma / Inservu x-xorb 

7. Nieħdu l-ordni tal-ikel - nieħdu l-menu mil-lemin - distribuzzjoni taċ-chits 
8. Naġġustaw l-armar tal-mejda - inbiddlu l-pożati 
9. Inġibu l-main course 
10. Inservu l-main course u l-affarijiet li jiġu miegħu 
11. Niżbarazzaw il-main course u l-pożati li ma ntużawx 
12. Inżidu l-ilma 
13. Niżbarazzaw il-main course 
14. Niżbarazzaw il-platti tal-ġenb 
15. Niżbarazzaw il-kontenituri taż-żejt u l-ħall u l-platt tal-butir 
16. Infarfru l-frak 
17. Naġġustaw il-platti tal-ħelu 
18. Nieħdu l-ordni tal-ħelu 
19. Inġibu l-ħelu/deżerta 
20. Inservu l-
ħelu/deżerta 
21. Inġibu l-ħelu 
22. Niżbarazzaw il-ħelu 
23. Nieħdu l-ordni tal-kafè 
24. Inservu l-
kafè 
25. Nippreżentaw il-kont 
26. Tluq tal-mistednin

 PERSONALI
 
2 Kapaċi nuri s-sekwenza tas-servizz meta tkun qed tiġi servuta ikla b'żewġ courses lill-konsumaturi. 
Regoli bażiċi għall-preżentazzjoni personali: Iġjene personali eż. riħa friska fil-ħalq, snien nodfa, ħasil tal-idejn adegwat, dwiefer tas-swaba' qosra, ebda kulur mad-dwiefer, ħjiel żgħir ta' fwieħa jew aftershave, ebda ġojjellerija jew arloġġi, qatgħat jew ħruq mgħotti bi stikek blu li jifilħu għall-ilma; 
Dehra: eż. uniformi, kura tal-ġisem, stil tax-xagħar, użu diskret ta' kożmetiċi; 
Is-sekwenza tas-servizz.

INTERPERSONALI



Learning Outcome: 3. Kapaċi nitkellem dwar tipi differenti ta' xarbiet mhux alkoħoliċi.

7 Kapaċi niddeskrivi modi kif jisservew xarbiet mhux alkoħoliċi. 
Xarbiet mhux alkoħoliċi: soft-drinks, ilma, meraq tal-frott, squashes, cocktails mhux alkoħoliċi eż. After Eight, Passion, Sunset; 
Tiżjin użat eż. lumi, larinġ, silġ, ċirasa; 
Tazzi użati għal xarbiet mhux alkoħoliċi differenti.

PRATTIKA
 
8 Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' xarbiet sħan. 
Tipi ta' tè: iswed; earl grey; abjad; aħdar; 
Stili ta' kafè: espresso; espresso lungo; kapuċċino; kafè latte; macchiato; kafè kiesaħ.
 PERSONALI



Learning Outcome: 4. Kapaċi nifhem il-funzjonijiet, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet differenti tad-dipartiment tal-front office.

9 Kapaċi niddeskrivi t-tipi differenti ta' kmamar, faċilitajiet u ċ-ċiklu tal-klijenti.
Tipi ta' kmamar: singoli; b'żewġ sodod singoli; doppji; għall-familja; 
Nindirizza l-ħtiġijiet differenti tal-klijenti: faċilitajiet għad-diżabbli; rekwiżiti speċjali; sodod u cots żejda; 
Iċ-ċiklu tal-klijenti: qabel ma jaslu; malli jaslu; waqt iż-żjara tagħhom; it-tluq tagħhom.

PERSONALI
 
2 Kapaċi niddiskuti kif nindirizza tipi differenti ta' lmenti. 
Tipi differenti ta' lmenti: verbali u bil-miktub; 
Nindirizzaw l-ilmenti: isma' bir-reqqa; poġġi lilek innifsek flok il-klijent; staqsi mistoqsija b'interess; itlob skuża mingħajr ma twaħħal f'xi ħadd.

INTERPERSONALI
 
3 Kapaċi nispjega l-għan u r-rwoli tal-front office. 
L-għan tal-front office:
Li jagħti l-ewwel impressjoni; eż. kodiċi tal-ilbies, atmosfera

Iħeġġeġ lill-klijenti jagħmlu riservazzjoni u jonfqu l-flus fil-lukanda; 
Jikkomunika l-ħtiġijiet tal-klijenti lil dipartimenti oħra; 
Jiżgura li l-klijenti huma ferħanin bil-waqfa tagħhom; 
Rwoli: r
eceptionist; concierge; persuna li tieħu ħsieb ir-relazzjonijiet mal-klijenti.
PRATTIKA
 
4 Kapaċi nispjega dmirijiet differenti fid-dipartiment tal-front office. 
Naħżen u nikkomunika l-informazzjoni: sistema ta' riservazzjonijiet; 
Rapporti eż. lista ta' wasliet, lista tal-klijenti tal-lukanda, lista ta' min se jitlaq, talbiet speċjali, rapport dwar l-istatus tal-kmamar jew rapport dwar kemm hi okkupata l-lukanda; 
Kollaborazzjoni ma' dipartimenti oħra: eż. front office ma' dak tat-tindif tal-kmamar, dan tal-aħħar mal-front office, front office mar-ristorant u/jew il-kċina; 

Kwistjonijiet ta' sigurtà f'lukanda eż. kaxxi tad-depożiti li jissakkru, post għall-affarijiet li jkunu ntilfu;
Kontroll taċ-ċwievet eż. master key, sub master key, ċwievet tal-kmamar individwali.

PRATTIKA
 
3 Kapaċi nuri l-istadji tal-ħiliet għal fuq it-telefown. 
Ħiliet għal fuq it-telefown: tislim fil-bidu u fl-aħħar adegwat; ħila li wieħed jisma'; ħila li jingħataw suġġerimenti u li jiġi verifikat kors ta' azzjoni; teħid ta' noti; indirizzar ta' klijenti diffiċli; etiquette ta' fuq it-telefown.
 INTERPERSONALI



Learning Outcome: 5. Kapaċi nifhem ir-rwoli tad-dipartiment tat-tindif tal-kmamar u l-oqsma ta' responsabbiltà.

10 Kapaċi nidentifika talbiet differenti mill-konsumaturi u kwistjonijiet ambjentali marbutin mal-kmamar. 
Talbiet mill-konsumaturi u kwistjonijiet ambjentali: 
Kards ta' "Do not disturb" fuq il-bibien tal-kmamar tas-sodda; 

Kwistjonijiet ambjentali: ħasil tal-ħwejjeġ; rimi ta' skart; konsum ta' enerġija.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
 
5 Kapaċi nispjega r-rwoli fi ħdan id-dipartiment tat-tindif tal-kmamar u l-oqsma ta' responsabbiltà. 
Rwoli fi ħdan id-dipartiment tat-tindif tal-kmamar: Tmexxija: executive housekeeper; 
Fis-sulari: superviżur tas-sular; persuni li jnaddfu l-kmamar; ġardinier/florista; 
Żona pubblika: persuni li jieħdu ħsieb iż-żona pubblika; 
Ħasil tal-ħwejjeġ;
Oqsma ta' responsabbiltà: Iż-żoni pubbliċi kollha tal-lukanda: eż. id-daħla u l-lobby, kmamar fejn jinżammu l-kowtijiet, kmamar tal-laqgħat u tal-ballu, uffiċċji u amministrazzjoni, toilets pubbliċi, bars u ristoranti, swali, lifts, turġien, kurituri. 
Kmamar fejn jorqdu l-klijenti; 
Żoni fejn ma jidħlux il-klijenti;

PRATTIKA




Agħti r-rispons tiegħek hawn