Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 2. It-Tekniki tat-Tpinġija Arkitettonika
Il-Kostruzzjoni
Learning Outcome: 1. Kapaċi nagħraf it-tipi varji ta' tpinġijiet tekniċi li jintużaw fil-proċess tal-kostruzzjoni u tal-arkitettura.


It-tipi ta' tpinġijiet arkitettoniċi:- It-tpinġijiet tal-post: e.ż. block plans, site plans;
- It-tpinġijiet ta' arranġamenti ġenerali: e.ż. floor plans, elevations, sections;
- Assembly drawings;
- Component drawings;
- Projections: e.ż. orthographic projection, axonometric projection, isometric projection;
- Preliminary drawings;
- Sketch drawings;
- Working drawings.


L-iskop ta' kull tip:- Location drawings;
- General arrangement drawings;
- Assembly drawings;
- Component drawings;
- Projections;
- Preliminary drawings;
- Sketch drawings;
- Working drawings.


Biċċiet ta' xogħol speċifiċi:- Il-post tas-sit f'relazzjoni mal-MEPA Survey Maps, scale 1:2500,
- L-extent tas-sit mingħajr id-dettalji tal-madwar, scale 1:100,
- It-tqassim tal-kmamar inkluż id-dimensjonijiet, is-simboli standard, u l-livelli, scale 1:100,
- L-outline tal-faċċata tal-bini inkluż l-aperturi dettaljati u l-qisien, il-level datums u l-floor position, scale 1:50,
- Tpinġijiet ta' oġġett daqslikieku kienu maqtugħin biex jesponu l-kostruzzjoni ta' ġewwa, scale 1:100, 1:50, 1:20,
- Tpinġijiet li juru kif il-binja għandha tinbena fuq il-post, scale 1:50, 1:20,
- Tpinġijiet li juru xogħlijiet individwali fi stat mhux fiss, scale 1:50, 1:20,
- Freehand drawing preliminari li jintużaw bħala referenza biex jgħinu lid-drawing assistants u bħala preżentazzjoni lill-klijenti;
- Tpinġijiet preċiżi b'dimensjonijiet u speċifikazzjonijiet li jintużaw fuq il-post mit-tim tal-kostruzzjoni, scale 1:100, 1:50, 1:20.


Benefiċċji: il-kwalità, il-preċiżjoni, il-ħin, l-ispiża, it-trasferiment elettroniku tal-informazzjoni, il-konnessjonijiet ma' softwer ieħor, e.ż. CAD/CAM, rendering software, animation software.


Għodda oħra tat-tpinġija mhux tal-idejn: Computer-Aided Design (CAD),
AutoCad; Sketchup; 3D Max; TurboCad.


Tkun tista' tagħmel:
tpinġija bażika bid-draw toolbar, teditja t-tpinġijiet bl-editing toolbar, timmanipula l-veduti, tissejvja d-drawing data fil-format addattat.
Learning Outcome: 2. Jien familjari u kapaċi nagħżel l-aċċessorji, it-tagħmir, u l-materjal addattati tat-tpinġija li jintużaw fit-tpinġijiet tekniċi.

Tagħmir għat-tpinġija manwali: biros, lapsijiet, riga tal-iscale, gomma u erasing shields, set squares, kumpassi, flexible curves, stencils, drawing boards, u drafting tape.

Il-Karta: detail paper; cartridge paper; tracing paper; karti b'daqsijiet A0, A1, A2, A3, A4, A5;
Media: lapsijiet (HB, H, 2H); pinen (0.2–0.25 mm u 0.4–0.5 mm) u linka.


Firxa ta' tpinġijiet b'2 dimensjonijiet għandhom ikunu prodotti u l-forom kollha mitluba għandhom:
- ikunu mpinġija b'mod pulit u preċiżbl-użu tal-għodod tat-tpinġija adegwati
- ikunu mpinġija bl-użu ta' lapsijiet bi ħxuna addattata
- ikollhom l-informazzjoni kollha neċessarja rreġistrata b'mod korrett.
Learning Outcome: 3. Kapaċi nipproduċi tpinġija arkitettonika skont standards, simboli, u konvenzjonijiet addattati.

Proporzjonijiet: e.ż. 1:1, 1:2, 1:5, 1:10, 1:20, 1:50, 1:100, 1:1250, 1:2500.


Standards u Konvenzjonijiet: Il-Prattika tad-Disinji fil-Kostruzzjoni; BS1192; proporzjonijiet; hatchings; linji; dimensjonijiet; annotazzjonijiet; blokka tat-titlu.

Hatchings: ċangar; blockwork; konkrit rinforzat; mili; ramel; madum; biċċiet tal-ġebel/żrar; ġebel; ħamrija; injam; insulazzjoni.


It-title block u l-linja tal-bordura għandha:- tkun impinġija b'mod pulit u preċiż;
ikollha spazju addattat fit-title block u fil-bordura;
- titpinġa skont il-proporzjon addattat;
- ikollha l-ħxuna tal-lapes addattata;
- ikollha l-informazzjoni meħtieġa mdaħħla b'mod korrett.


Id-disinji għandhom jinkludu mill-anqas żewġ pjanti (waħda tal-elevazzjoni ta' quddiem u waħda tal-elevazzjoni ta' wara), sezzjoni waħda, dettall ta' pedament wieħed u dettall ta' bejt wieħed, u dawn għandhom:- ikunu mpinġija b'mod pulit u preċiż;
- ikunu teknikament preċiżi permezz tal-użu ta' standards u konvenzjonijiet addattati;
- ikunu mpinġija skont proporzjonijiet addattati permezz ta' għodod tat-tpinġija addattati;
- ikunu mpinġija bil-ħxuna addattata tal-lapes;
- ikollhom l-informazzjoni, tikketti, dimensjonijiet, u verifiki meħtieġa mdaħħla b'mod korrett.

Tipi ta' linji tad-dimensjonijiet, simboli u vleġeġ: linji tad-dimensjonijiet; linji ta' estensjoni; leader lines; simboli u vleġeġ e.ż. marka, oblikwi, magħluqa, angolu ta' 90 grad.
Metodi ta' dimensjonar: e.ż. modulari, running, għall-koordinazzjoni, għal xogħol ta' sizing.

Title block: titlu tat-tpinġija; numru tat-tpinġija; numru tar-reviżjoni; proporzjon; data; impinġija minn; noti; logo.


Skedi u speċifikazzjonijiet: informazzjoni tal-ispeċifikazzjoni; dejta tat-tpinġija tal-fabrikazzjoni tal-azzar; konkrit rinforzat; skedi tal-liwi ta' virga.

Irrapporta informazzjoni ċara, preċiża u valida:- Dimensjonijiet;
- Kwantitajiet;
- Proporzjonijiet;
- Simboli u taqsiriet.