Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet
Il-Ġeografija > LEVEL 10
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħseb b'mod kritiku dwar l-iżvilupp ta' proċessi fiżiċi u umani, u l-interrelazzjonijiet ta' bejniethom, fl-ispazju u fiż-żmien, biex nissuġġerixxi soluzzjonijiet għal kwistjonijiet lokali u globali.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Ambjent Naturali u Uman permezz tal-Użu tal-Metodu Xjentifiku u tar-Riċerka Kwalitattiva u Kwantitattiva
1] Kapaċi nuri u napplika fatti, proċessi u terminoloġija ta' firxa wiesgħa ta' karatteristiċi fiżiċi ta' postijiet, ambjenti u kwistjonijiet fuq skali differenti.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nispjega, nanalizza, noħloq u ninterpreta firxa wiesgħa ta' proċessi u mudelli fiżiċi u umani, biex ninvestiga l-interazzjoni fi ħdan u bejn dawn il-proċessi bl-użu ta' sorsi differenti.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi nispjega kif iċ-ċirkulazzjoni globali tal-arja tikkawża żoni klimatiċi differenti, b'mod partikolari ċiklun temperat u s-sekwenza tat-temp assoċjata magħhom.
4] Kapaċi niddeskrivi fid-dettall kif jaħdmu ċ-ċikli naturali u kif il-proċessi jiffurmaw it-topografija u joħolqu fattizzi ġodda.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi niġġustifika ż-żieda jew it-tnaqqis tal-popolazzjoni f'partijiet differenti tad-dinja, u nirreferi għal studji tal-każ ta' politika ta' kontroll tal-popolazzjoni u ta' politika ta' tkabbir tal-popolazzjoni.
IL-BIDLA SOĊJALI
6] Inħossni kunfidenti biex naħdem bi proċessi demografiċi bħal, ngħidu aħna, id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni (mudelli spazjali) u d-densità, l-isplużjoni tal-popolazzjoni, ir-rati ta' twelid u r-rati tal-mortalità, u l-mudelli li juru l-bidla demografika.
7] Kapaċi napplika l-istudji tiegħi biex nispjega r-relazzjonijiet u l-interazzjonijiet bejn nies differenti u l-esplojtazzjoni tal-ambjent.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
8] Kapaċi nispjega u niddiskuti l-impatt ta' kif joperaw il-blokki kummerċjali b'mod ġenerali u kif il-mudelli ekonomiċi differenti jippromwovu l-ġustizzja soċjali u l-ekwità.
9] Kapaċi nargumenta dwar il-validità ta' politiki stabbiliti u nissuġġerixxi alternattivi.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
10] Kapaċi nirrelata mudelli ta' proċessi jew fenomeni soċjali u fiżiċi fuq skali differenti.
11] Kapaċi naħdem b'mod indipendenti biex nippjana l-investigazzjonijiet tiegħi u l-attivitajiet fix-xogħol prattiku.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
12] Kapaċi nikkomunika s-sejbiet, l-informazzjoni u l-ideat b'mod konsistenti bl-użu ta' terminoloġija ġeografika estiża.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ġeografija (Ġenerali)
1] Kapaċi nistħarreġ il-kawżi ta' diversi diżastri naturali bħall-uragani, l-għargħar, għargħar qerrieda, tsunami, nirien tal-foresti, maltempati tar-ramel, deżertifikazzjoni, valangi u maltempati qawwija tas-silġ.
2] Niġbor u nanalizza tagħrif dwar il-mikroklima ta' post partikolri.
3] Kapaċi nosserva u nagħti l-kummenti personali tiegħi dwar kif l-intervent mill-bniedem jaċċellera t-tekil tal-blat tul il-kosti fil-livell lokali.
4] Kapaċi niddeskrivi kif fatturi varji jinfluwenzaw t-tip ewlieni ta’ biedja pprattikata f’reġjuni differenti tad-dinja.
5] Kapaċi niddiskuti kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tal-ikel.
6] .Kapaċi nistħarreġ il-kriżi globali tal-ilma li tista' twassal għall-kooperazzjoni u l-konflitt bejn kommunitajiet u pajjiżi sħaħ.
7] Nistħarreġ każ partikolari biex nesplora l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-enerġija ġeotermali u/jew idroelettrika.
8] Kapaċi norganizza attività fil-livell tal-iskola biex nippromovi għarfien dwar azzjonijiet li jistgħu jittieħdu minn individwi biex jitnaqqas it-tisħin globali jew it-tgħawwir tal-ożonu.
9] Kapaċi niddeskrivi kif belt f'riskju ta' attività tettonika qed tħejji ruħha f'każ li tintlaqat minn terremot qawwi jew minn xi żbroff ta' vulkan.
10] Kapaċi niddeskrivi kif fatturi varji jinfluwenzaw il-klima ta' post.
11] Kapaċi nuża mappa tat-temp (synoptic chart) biex inħejji rapport u tbassir tat-temp għall-postijiet bi pressjoni għolja u pressjoni baxxa.
12] Kapaċi nissuġġerixxi modi kif tip wieħed ta’ abitat speċjalizzat li jinstab fil-gżejjer Maltin jista’ jiġi konservat.
13] Kapaċi nispjega kif l-iskart jista’ jerġa’ jintuża bħala riżorsa importanti billi nagħmel referenza għal studju tal-każ minn madwar id-dinja.