Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet
Il-Ġeografija > LEVEL 9
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħseb b'mod kritiku dwar l-iżvilupp ta' proċessi fiżiċi u umani, u l-interrelazzjonijiet ta' bejniethom, fl-ispazju u fiż-żmien, biex nissuġġerixxi soluzzjonijiet għal kwistjonijiet lokali u globali.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Ambjent Naturali u Uman permezz tal-Użu tal-Metodu Xjentifiku u tar-Riċerka Kwalitattiva u Kwantitattiva
1] Kapaċi niddeskrivi l-konnessjoni bejn id-dawran solari tad-dinja u l-istaġuni.
2] Kapaċi nispjega l-fatturi li jinfluwenzaw id-differenzi fit-temperatura fuq skala tal-mappa lokali, reġjonali u globali billi nirreferi għal diversi eżempji speċifiċi.
3] Kapaċi nuża diversi sorsi biex nesplora l-adattazzjonijiet tal-veġetazzjoni skont il-karatteristiċi klimatiċi tar-reġjun, billi nistudja r-reġjun tal-Mediterran u żewġ bijomi importanti oħra.
4] Kapaċi niddeskrivi kif taħdem ekosistema billi nirreferi għal xi eżempji.
5] Kapaċi niddeskrivi l-proċessi glaċjali li ffurmaw il-pajsaġġ tar-reġjuni ta' fuq fid-dinja, billi nirreferi għal postijiet partikolari.
6] Kapaċi nispjega l-kawżi u l-effetti ta' żewġ eżempji ta' perikli ambjentali maġġuri bħad-deforestazzjoni u l-erożjoni tal-ħamrija, billi nirreferi għal postijiet partikolari.
7] Kapaċi nipprovdi eżempji biex nuri l-globalizzazzjoni tal-industrija u tal-kummerċ, u tal-impatt tagħhom fuq is-soċjetà u fuq l-ambjent fuq skala tal-mappa lokali u globali.
8] Kapaċi nispjega kif joperaw il-blokki kummerċjali b'mod ġenerali.
9] Kapaċi nuża sorsi grafiċi, kartografiċi u statistiċi biex inqabbel l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' reġjuni differenti tad-dinja.
10] Kapaċi nissintetizza argumenti differenti biex nasal għal opinjoni dwar kwistjonijiet ġeografiċi kurrenti.
11] Kapaċi nuża sorsi primarji u sekondarji ta' evidenza bħal data ta' statistika, siltiet minn gazzetti u browxers, b'mod independenti, biex insir naf dwar tendenzi globali ġeografiċi u dwar l-impatt tagħhom madwar id-dinja.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
12] Kapaċi nuża ħiliet mix-xogħol prattiku biex ninvestiga, nanalizza fil-fond u nirrapporta fuq xi kwistjoni ġeografika f'post partikolari.
13] Kapaċi nippreżenta s-sejbiet tiegħi grafikament bl-użu ta' firxa ta' tekniki bħal mapep u grafs skeċċjati; u bil-kitba bl-użu tal-ICT.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
14] Kapaċi nasal għal u nikkomunika konklużjonijiet li huma konsistenti mal-evidenza.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ġeografija (Ġenerali)
1] Kapaċi nuża ritratti meħudin mill-ajru, mapep, l-internet, mapep interattivi u softwer biex nillokalizza diversi karatteristiċi ewlenin fiżiċi u umani ta’ Malta, il-Mediterran, l-Ewropa u aktar lil hinn fid-dinja.
2] Kapaċi nagħmel distinzjoni bejn it-temp u l-klima.
3] Kapaċi nispjega kif il-latitudni, id-distanza mill-baħar, l-irjiħat komuni u l-altitudni jinfluwenzaw it-temperatura.
4] Kapaċi niddeskrivi kif il-moviment vertikali tal-arja f’żoni ta’ pressjoni għolja jew baxxa jinfluwenza t-temp.
5] Kapaċi nuża sorsi differenti biex nillokalizza l-bijomi ewlenin, inkluż il-bijoma Mediterranja.
6] Kapaċi niddeskrivi l-proċess tat-tliet tipi ta’ xita bl-għajnuna ta’ dijagrammi u nagħti eżempji ta’ postijiet fejn kull tip ta’ xita huwa l-aktar komuni.
7] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-klima u l-veġetazzjoni tar-reġjun Mediterranju ma’ dawk ta’ bijoma ewlenija oħra.
8] Kapaċi ninterpreta graff klimatika tal-bijoma Mediterranja u dak ta’ bijoma ewlenija oħra.
9] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-erba’ tipi ewlenin ta’ abitati terrestri fil-gżejjer Maltin, prinċipalment l-imsaġar, il-makkji, ix-xagħri u l-isteppi.
10] Kapaċi nuża sorsi differenti biex nagħmel riċerka dwar il-karatteristiċi ewlenin ta’ tip ta’ abitat speċjalizzat fil-gżejjer Maltin, billi nagħżel minn bwar salmastri, għaram tar-ramel, mogħdijiet tal-ilma fil-widien, irdum u abitati bi blat imdaqqas.
11] Kapaċi niddeskrivi l-kawżi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità fil-gżejjer Maltin, bħat-tixrid tal-bini, il-kaċċa u s-sajd mhux sostenibbli, l-importazzjoni ta’ speċi ta’ pjanti u annimali aljeni kif ukoll l-użu eċċessiv tal-bexx u l-fertilizzanti.
12] Kapaċi nagħmel riċerka dwar kif NGO lokali u internazzjonali indirizzat kwistjoni ambjentali importanti.
13] Kapaċi nqassam fi prijoritajiet u nagħti raġunijiet għal strateġiji differenti ta’ immaniġġjar tal-iskart (bħat-tnaqqis, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, il-miżbliet, l-inċinerazzjoni u l-irkupru tal-enerġija)