Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet 

Il-Ġeografija > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħseb b'mod kritiku dwar l-iżvilupp ta' proċessi fiżiċi u umani, u l-interrelazzjonijiet ta' bejniethom, fl-ispazju u fiż-żmien, biex nissuġġerixxi soluzzjonijiet għal kwistjonijiet lokali u globali. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ambjent Naturali u Uman permezz tal-Użu tal-Metodu Xjentifiku u tar-Riċerka Kwalitattiva u Kwantitattiva 

1] Kapaċi nuża ritratti mill-ajru, mapep, l-internet, mapep interattivi u software biex nillokalizza varjeta` ta’ fatturi fiżiċi u  umani importanti f’ Malta, fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja.  
2] Kapaċi nuża sorsi differenti biex niddistingwi bejn pajjiżi, kontinenti u oċeani. 
3] Kapaċi ninterpreta mappa li turi ż-żoni tal-ħin u niddeskrivi r-rabta bejn id-dawran tad-dinja u l-ħin..
4] Kapaċi nuża l-ħiliet bażiċi tal-kartografija li jinkludu l-iskala tal-mappa, it-tagħrif dwar il-mappa (key), id-direzzjonijiet tal-boxxla u l-GPS biex nippjana vjaġġi varji.
5] Kapaċi nuża s-sorsi xierqa biex nosserva u nirrekordja t-temp lokali.
 
6] Kapaċi naqra r-rapport u t-tbassir tat-temp  lokali u ta’ pajjiżi barranin minn fuq mezzi diġitali.
7] Kapaċi ninvestiga l-kompożizzjoni interkulturali tal-komunità fejn ngħix  u/jew tal-iskola tiegħi. 
8] Kapaċi nirriċerka każ (case study) biex niddiskrivi l-karatteristiċi u l-effetti ta’ wieħed minn dawn id-diżastri naturali, bħall-uragani, l-għargħar, it-tsunami, in-nirien tal-foresti (wildfire), maltempati tar-ramel, il-valangi u l-maltempati tas-silġ (blizzard).
9] Kapaċi nispjega l-presenza ta’ fossili fis-saffi ta’ blat sedimentarju ta’ Malta.
10] Kapaċi nagħraf kampjuni tal-ħames saffi ta’ blat tal-gżejjer Maltin, jiġifieri l-ġebel tal-Qawwi ta’ Fuq, ir-Rina, it-Tafal, il-Globiġerina u l-Qawwi ta’ Taħt (Żonqor). 
11] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin (porosità, permeabbilità, saħħa u kulur) tal-ħames saffi ta’ blat li nsibu fil-gżejjer Maltin.
12]  Kapaċi nispjega l-użu tal-blat tal-gżejjer Maltin.
13] Kapaċi niddiskrivi l-effetti taċ-ċaqliq tal-kontinenti (continental drift) fuq il-pajsaġġ (terremoti, vulkani u muntanji mmewġa).
14] Kapaċi nistħarreġ każ (case study) ta’ terremot u ta’ vulkan biex nispjega l-ħsara kbira li jikkaġunaw.
15] Nista’ nagħti raġunijiet għaliex in-nies tgħix f’żoni tettonikament attivi u niddiskuti strateġiji xierqa li bihom jistgħu jonqsu l-imwiet.
16] Kapaċi nqabbel il-pajsaġġ u l-klima ta’ deżert kiesaħ ma’ dik ta’ deżert sħun kif ukoll l-adatazzjonijiet tal-veġetazzjoni, l-annimali u l-bniedem li permezz tagħhom ikun jistgħu jgħixu f’dawn il-kundizzjonijiet diffiċli.
17] Neżamina kif il-bniedem juża’ d-deżerti sħan u dawk kesħin għal skopijiet ekonomiċi.




Agħti r-rispons tiegħek hawn