Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 1. Introduzzjoni għat-terapija tax-xagħar u s-sbuħija.

Il-Kura tax-Xagħar u s-Sbuħija





Learning Outcome: 1. Kapaċi niżviluppa assessjar tar-riskji billi nikkunsidra l-leġislazzjoni lokali tas-saħħa u s-sigurtà.

1. Kapaċi niddikjara l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fil-ħanut.
L-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fil-ħanut: agħmel il-post tax-xogħol sigur għall-klijenti, il-fornituri, u l-pubbliku inġenerali; evita r-riskji għas-saħħa; uża u aħżen il-materjali b'mod addattat; uża, aħżen u agħmel il-manutenzjoni addattata tat-tagħmir; uri x'għandek tagħmel f'sitwazzjoni ta' emerġenza.
2. Kapaċi niddeskrivi r-riskji li joħorġu mill-perikli fi ħwienet tax-xagħar u tat-tisbiħ.
KONJITTIV
Perikli: e.ż. staff mhux imħarreġ, għodod mhux sanitizzati tajjeb, friskaturi u xugamani maħmuġin, użu u ħżin mhux addattat tal-kimiċi, użu u ħżin mhux addattat tat-tagħmir, nuqqas ta' ndafa, ventilazzjoni ħażina.
 
1. Kapaċi niddeskrivi tagħmir personali u protettiv addattat li għandu jintlibes waqt l-għoti ta' servizzi differenti.
KONJITTIV
Tagħmir personali u protettiv: e.ż. ingwanti, fradal, maskli tal-wiċċ.
Servizzi: waxing; facials; żebgħa; kulur mhux permanenti; perms; bliċ.
 
3. Kapaċi nelenka l-metodi differenti li għandhom jintużaw f'ħanut biex jintremew it-tipi ta' skart differenti.
PRATTIKA
Skart tal-ħanut: e.ż. aerosols, skart kimiku, oġġetti/ħġieġ li jaqtgħu, kontenituri riċiklabbli, irmied, xagħar.
 
4. Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-leġislazzjoni kurrenti tas-saħħa u s-sigurtà li jeħtieġ jiġu kkunsidrati meta taħdem f'ħanut tax-xagħar u tas-sbuħija.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Leġislazzjoni: 

  • Att 27 tal-2000 - Att tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà;

  • Avviż Legali 44 tal-2002 - Regolamenti (Rekwiżiti Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà) fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 35 tal-2003 - Regolamenti tal-Protezzjoni kontra r-Riskji ta' Korriment fid-Dahar fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 36 tal-2003 - Dispożizzjonijiet Ġenerali tar-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Postijiet tax-Xogħol,


  • Avviż Legali  45 tal-2002 - Regolamenti (Dispożizzjonijiet tas-Sinjali tas-Saħħa u/jew tas-Sigurtà) fuq il-Postijiet tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 11 tal-2002 - Regolamenti (tal-Ewwel Għajnuna) fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 121 tal-2003 - Regolamenti tar-Rekwiżiti Minimi għall-użu ta' Tagħmir Personali Protettiv fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 227 tal-2003 - Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ħaddiema mir-Riskji Relatati ma' Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 228 tal-2003 - Regolamenti tal-Protezzjoni tal-Ħaddiema minn Riskji relatati mal-espożizzjoni għal Aġenti Bijoloġiċi fuq il-Post tax-Xogħol.

 
 2. Kapaċi nispjega l-prinċipji tal-iġjene u l-kontroll tal-infezzjonijiet.
KONJITTIV
Prinċipji marbutin ma':

  • Rekwiżiti tal-lok tan-negozju:

    • Il-post għandu jkollu dawl u ventilazzjoni xierqa u suffiċjenti,

    • Il-ħitan, l-artijiet u l-uċuħ tal-ħidma għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu faċilment u jinżammu f'kundizzjoni tajba,

    • L-art għandha tinkines regolarment biex ma jinġemax ix-xagħar maqtugħ,

    • Reċipjenti għall-iskart addattati għandhom ikunu provduti, jitbattlu mill-inqas darba kuljum, u jitnaddfu u jiġu diżinfettati,

    • Għadd suffiċjenti ta' friskaturi għall-ħasil tal-idejn b'forniment addattat ta' ilma sħun u kiesaħ, u faċilitajiet tat-tnixxif tal-idejn,

    • Għandu jkun hemm biżżejjed spazju għall-ħżin ta' materjali u t-tagħmir,

    • M'għandux ikun hemm annimali fil-ħanut;




  • Rekwiżiti għall-indafa tal-materjali u t-tagħmir: e.ż.

    • Strumenti li jintużaw darba u jintremew għandhom jintużaw fejn possibbli,

    • Gejxa u ġagagi għandhom dejjem jinżammu ndaf,

    • Kwalunkwe strumenti li jiġu f'kuntatt mal-klijenti għandhom ikunu disinfettati b'mod xieraq,

    • Kull xugaman għandu jinħasel fl-ilma sħun wara li jintuża minn kull persuna,

    • L-oġġetti użati għat-tqaxxir għandhom jitnaddfu immedjatament qabel u wara l-użu,

    • Kull oġġett li jintuża fuq klijent għandu jitnaddaf qabel jintuża fuq persuna oħra,

    • L-istilisti/terapisti għandhom iżommu lilhom infushom u l-ħwejjeġ tagħhom indaf, u għandhom jgħattu qatgħat, grif jew feriti li jista' jkollhom;




  • Rekwiżiti għall-istilisti/terapisti:

    • Ħwejjeġ/uniformi ndaf,

    • Ħasil tal-idejn frekwenti u kif xieraq,

    • Feriti miftuħa għandhom ikunu mgħottija b'faxex reżistenti għall-ilma,

    • Ingwanti mhux tal-latex li jintremew għandhom jintlibsu jekk l-istilisti/terapisti għandhom xi kundizzjoni f'idejhom jew jekk il-klijent għandu kundizzjoni fil-qurriegħa,

    • L-ingwanti għandhom jinbidlu wara kull klijent,


    • L-istilisti/terapisti għandhom ikunu mħarrġin sew u kompetenti ħafna,

    • Tagħmir adegwat tal-ewwel għajnuna u taħriġ addattat għandhom ikunu provduti.


 
1. Kapaċi nwettaq assessjar tar-riskju bażiku.
PRATTIKA
Oqsma tal-assessjar tar-riskju: identifika l-perikli; iddeċiedi min jista' jweġġa' u kif; agħmel stima tar-riskji; ikkontrolla r-riskji; agħmel monitoraġġ tal-effikaċja tal-kontrolli.



Learning Outcome: 2. Naf il-ħiliet bażiċi tal-ewwel għajnuna.

5. Kapaċi niddeskrivi t-tipi ta' sitwazzjonijiet tal-emerġenza li jistgħu jinqalgħu f'ħanut fejn hemm ħafna attività.
KONJITTIV
Sitwazzjonijiet ta' emerġenza: e.ż. nar, ħass ħażinijat, xokkijiet elettriċi, ħruq, qatgħat/feriti, waqgħat/tfixkil, tifkik/sforz.
 
2. Kapaċi nuri l-proċeuri tal-ewwel għajnuna meħtieġa f'sitwazzjoni partikolari.
PRATTIKA



Learning Outcome: 3. Nifhem il-bażi ta' mġiba professjonali fil-ħanut.

6. Kapaċi nidentifika opportunitajiet ta' karrieri differenti fis-settur tax-xagħar u s-sbuħija.
KONITTIV
Opportunitajiet ta' karrieri: edukazzjoni; sid ta' ħanut; cruise liners; l-industrija tal-moda; l-industrija tal-films; it-teatru; il-forniment ta' prodotti; il-manifattura; il-manifattura tal-parrokki; hair extensions.
 
3. Kapaċi nispjega l-importanza tal-ħiliet tal-komunikazzjoni.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
Ħiliet tal-komunikazzjoni:

  • Verbali: e.ż. kif tilqa' l-klijenti, iċċekkjar għall-fehim, mistoqsijiet miftuħa u magħluqa, empatija, konfrontazzjoni, feedback kostruttiv u distruttiv, sommarju, terminazzjoni;

  • Mhux verbali: e.ż. espressjonijiet tal-wiċċ, kuntatt tal-għajnejn, mossi, mess, qagħda, prossimità, ton tal-vuċi, għoli tal-vuċi.

 
7. Kapaċi niddeskrivi l-importanza tal-kunfidenzjalità.
L-importanza tal-kunfidenzjalità: il-bini tal-fiduċja u l-kunfidenza; il-konformità għal-leġislazzjoni; il-wiri tal-professjonaliżmu; is-sigurtà.
 
8. Kapaċi niddeskrivi l-ħiliet meħtieġa għall-konsultazzjoni mal-klijent.
PRATTIKA
Konsultazzjoni ma' klijent:


  • Il-komunikazzjoni u ż-żamma ta' reġistri:

    • Il-komunikazzjoni e.ż. is-smigħ, il-fehim, il-komunikazzjoni mal-klijenti.

    • Iż-żamma tar-reġistri: e.ż. iż-żamma tal-informazzjoni f'post sigur, ir-reġistrar tal-informazzjoni, iż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-klijenti.



  • Istruzzjonijiet tal-manifatturi: e.ż. il-qari, is-segwitu, u l-osservazzjoni tal-istruzzjonijiet.




Learning Outcome: 4. Nifhem l-istruttura bażika tax-xagħar u l-qurriegħa u l-fatturi li jinfluwenzaw, u li jistgħu jagħmlu ħsara lix-xagħar u l-ġilda.

9. Kapaċi nidentifika l-fatturi ta' influwenza li jistgħu jagħmlu ħsara lix-xagħar, u liema fatturi jikkontribwixxu għal ġilda b'saħħitha.
KONJITTIV
Fatturi li jagħmlu ħsara lix-xagħar:

  • L-użu ta' kimiċi ħorox: e.ż. bliċing żejjed, xagħar ipproċessat wisq biż-żebgħa, xagħar ipproċessat wisq bi prodotti tal-perm;


  • Ħsara fiżika: e.ż. xagħar mhux mimxut tajjeb, xagħar mhux ippettnat tajjeb, użu wisq ta' tagħmir elettriku;

  • Ħsara ambjentali: e.ż. riħ qawwi, espożizzjoni kbira għax-xemx, l-użu ta' ilma bil-klorin;

Fatturi li jikkontribwixxu għal ġilda b'saħħitha:
  • Ġilda b'saħħitha: it-tindif tal-ġilda bil-prodotti t-tajba; dieta b'saħħitha; mistrieħ; eżerċizzju.

10. Kapaċi nsemmi l-istruttura bażika tax-xagħar u l-qurriegħa.
L-istruttura tax-xagħar u l-ġilda: ir-rita; il-cortex; il-medulla; id-dermi; l-epidermi; il-glandoli sebaċei; il-muskolu erector pili; il-glandoli tal-għaraq; follikulu tax-xagħar; dermal papilla.
 
4. Kapaċi nispjega ċ-ċiklu tax-xagħar.
Iċ-ċiklu tax-xagħar: l-istadju anagen; l-istadju catagen; l-istadju telogen.
 
5. Kapaċi niddeskrivi l-anatomija bażika u l-fiżjoloġija marbuta mal-ġilda.
L-anatomija u l-fiżjoloġija tal-ġilda: e.ż. l-ipodermi, id-dermi, il-glandoli sebaċei, il-glandoli tal-għaraq, il-basla tax-xagħar.
 
3. Kapaċi nagħmel konsultazzjoni sħiħa ta' klijent u nipprepara lill-klijent għas-servizz ta' shampoo.
PRATTIKA
Konsultazzjoni ma' klijent:

  • identifikar tat-tip tax-xagħar;


  • identifikar tal-kundizzjoni tax-xagħar;


  • identifikar ta' kif inhu magħmul ix-xagħar;


  • identifikar tal-kundizzjoni tal-qurriegħa;

  • l-għażla tal-prodott it-tajjeb: e.ż. shampoo u conditioner skont il-kundizzjoni tax-xagħar.




Learning Outcome: 1. Jiena familjari mal-prodotti differenti tal-kura tal-wiċċ u l-effetti tagħhom fuq il-ġilda.


 




Agħti r-rispons tiegħek hawn