Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

It-Taljan > LEVEL 6





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Niltaqa' ma' Oħrajn

1] Kapaċi nagħraf il-ħsejjes tal-alfabett Taljan.
2] Kapaċi nagħraf l-alfabett Taljan stampat jew miktub.
3] Kapaċi nirriproduċi, bit-taħdit, il-ħsejjes awtentiċi tas-sistema tal-vokali u konsonanti Taljana. Kapaċi nidentifika u nagħraf kliem komuni bit-Taljan li huwa użat ukoll fil-Malti jew fil-kuntest kulturali Malti bħal pizza, ristorante, televisione, però eċċ.
  IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nsellem lin-nies kif suppost, bl-użu ta' espressjonijiet bħal Ciao, come stai?, Sto bene/male. E tu?
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
5] Kapaċi nagħraf u nuża numri kardinali, f'multipli ta' għaxra mill-20 sal-100.
6] Kapaċi naqra u ngħid kliem skont il-pożizzjoni tal-aċċent.
7] Kapaċi naqra kliem u sillabi li m'għandhomx korrispondenza fonetika, inklużi chi, ghe, u ciò.
8] Kapaċi nesprimi u nirrispondi tislimiet bażiċi skont il-ħin tal-ġurnata eż. Buongiorno, Buon pomeriggio, Buonasera, Buonanotte.
9] Kapaċi nitlob skuża, nesprimi gratitudni, nilqa' lil xi ħadd u ngħid ċaw bl-użu ta' frażijiet bħal scusa, grazie, prego, arrivederci, ciao...
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
10] Kapaċi nistaqsi l-isem ta' xi ħadd u ngħid ismi bit-Taljan.
11] Kapaċi nippreżenta lili nnifsi fil-qosor. 
12] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar l-età. 
13] Kapaċi nuża espressjonijiet relatati mal-ħin inklużi a presto, a tra poco, a più tardi, a domani, alla settimana prossima.
14] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi bl-użu tal-verb chiamarsi. Kapaċi ngħid l-età tiegħi u għeluq snini. Kapaċi ngħid in-nazzjonalità tiegħi u fejn ngħix. Kapaċi nistaqsi lil oħrajn isimhom, l-età tagħhom, in-nazzjonalità tagħhom, u fejn joqogħdu.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
15] Kapaċi nimla formoli qosra b'dettalji personali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kalendarju

1] Kapaċi ngħid, nagħraf, u nikteb in-numri sal-100. 
2] Kapaċi ngħid, nagħraf, u nikteb il-ġranet tal-ġimgħa. 
3] Kapaċi ngħid, nagħraf, u nikteb ix-xhur tas-sena. 
4] Kapaċi ngħid, nagħraf, u nikteb il-kuluri ewlenin u liema huma l-favoriti tiegħi.
5] Kapaċi nirrispondi mistoqsijiet dwar id-data ta' twelid tiegħi, u dwar kemm għandi żmien.
6] Kapaċi nifhem testi sempliċi bl-għajnuna ta' stampi.
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja, l-Annimali Domestiċi, u l-Ħbieb 

1] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar il-membri tal-familja.
2] Kapaċi niddeskrivi r-relazzjoni bejn il-membri tal-familja.  
3] Kapaċi nuża u nagħraf vokabolarju relatat ma' annimali domestiċi eż. cane, gatto, tartaruga, uccello, pesce eċċ.
4] Kapaċi nitħaddet fil-qosor dwar annimal domestiku.
5] Kapaċi nistaqsi lin-nies jekk għandhomx annimali domestiċi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Jien u l-Viċinanzi Tiegħi

1] Kapaċi nuża u nagħraf vokabolarju relatat ma' tipi differenti ta' djar.
2] Kapaċi nuża u nagħraf vokabolarju relatat ma' kmamar, għamara u żoni fid-dar.
3] Kapaċi niddeskrivi fil-qosor żona jew kamra f'dar.
4] Kapaċi ngħid fejn noqgħod.
5] Kapaċi nistaqsi lill-oħrajn dwar fejn joqogħdu bl-użu ta' frażijiet bħal Dov’è esattamente?, u Dove si trova?



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola

1] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat mal-klassi u l-ambjent tal-iskola. 
2] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat mal-istationery.
3] Kapaċi nuża frażijiet qosra sabiex niddeskrivi l-klassi u x'hemm fiha. 
4] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar kif nasal l-iskola. 
5] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat mal-aktar mezzi ta' trasport komuni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel u x-Xorb

1] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat mal-ikel u x-xorb.
2] Kapaċi nistaqsi u nifhem mistoqsijiet dwar l-ikel favorit tiegħi.
3] Kapaċi nuża frażijiet qosra sabiex nesprimi dak li jogħġobni u dak li jdejjaqni. 
4] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat mal-menù f'ristorant.
5] Kapaċi nagħmel u nieħu ordnijiet relatati mal-ikel f'ristoranti bl-użu ta' frażijiet sempliċi.
6] Kapaċi nitlob menù bl-użu ta' frażijiet bħal menù per favore?
7] Kapaċi nitlob il-kont.
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ix-Xiri

1] Kapaċi nistaqsi u nifhem mistoqsijiet dwar il-prezz ta' oġġetti speċifiċi. 
2] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat ma' tipi differenti ta' ħwienet.
 
3] Kapaċi nikkategorizza tipi differenti ta' ħwienet u nipprovdi direzzjonijiet sempliċi għal ħwienet speċifiċi fiż-żona tiegħi.
4] Kapaċi nkun involut f'konverżazzjoni sempliċi sabiex nixtri oġġett partikolari. 
5] Kapaċi nuża u nifhem vokabolarju relatat mal-ħin u l-ħinijiet tal-ftuħ u l-għeluq. 
6] Kapaċi nagħraf tipi differenti ta' muniti/flus u l-valur tagħhom.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: It-Triq għall-Italja

1] Kapaċi nagħraf mappa tal-Italja, iż-żewġ gżejjer ewlenin ta' Sqallija u Sardinja u nidentifika l-erba' pajjiżi li jmissu mal-Italja fit-Tramuntana, jiġifieri Franza, l-Iżvizzera, l-Awstrija, u s-Slovenja. 
2] Kapaċi nidentifika, nagħraf, u nsib l-Alpi u l-Appennini fuq mappa. 
3] Kapaċi nidentifika t-tliet xmajjar ewlenin fl-Italja, jiġifieri l-Po, it-Tevere, l-Arno u l-lagi ewlenin, jiġifieri Lago di Garda u Lago Maggiore.
4] Kapaċi nidentifika u nsib vulkani fl-Italja, jiġifieri l-Vessuvju f'Napli u l-Etna fi Sqallija. 
5] Kapaċi nagħraf u nsib postijiet famużi fl-Italja bħall-Colosseo a Roma, Piazza San Pietro a Città del Vaticano, Ponte di Rialto a Venezia u La Torre Pendente a Pisa.
6] Kapaċi nagħraf postijiet li jidhru ta' spiss fl-Italja u nkun naf f'liema belt qegħdin bħad-Duomo Milano u Piazza del Campo a Siena.
7] Kapaċi niddistingwi l-forom differenti ta' trasport pubbliku użat fl-Italja u nqabbilhom ma' dawk użati f'Malta: 'l’aereo, il catamarano, il treno, la metropolitana, il tram, l’autobus eċċ.  
8] Kapaċi nirreferi għall-iskeda tal-ħinijiet jew l’orario dei treni/dell’autobus u anke għal stazione ferroviaria, pjattaformi u fermata dell’autobus, biglietteria, tabaccheria.   




Agħti r-rispons tiegħek hawn