Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

It-Taljan > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Niltaqa' ma' Oħrajn

1] Kapaċi nirrispondi b'mod xieraq u preċiż f'varjetà ta' sitwazzjonijiet soċjali meta niltaqa' ma' oħrajn b'applikazzjoni ċara tal-indirizz bil-pulit, bħall-użu tajjeb ta' Lei, bit-tmiem tal-verb it-tajjeb.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi nintroduċi lill-oħrajn u ngħaddi isimhom, l-età u l-indirizz tagħhom lil oħrajn b'mod kunfidenti. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nuża vokabolarju u strutturi adegwati relatati ma' suġġetti varji filwaqt li nuri użu tajjeb tat-tempi tal-preżent u l-passat b'ċerta kunfidenza u b'mod mexxej.     
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT        
4] Nuri li jien kunfidenti meta nitħaddet bit-Taljan u kapaċi nuża l-istruttura tas-sentenza t-tajba.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja, l-Annimali Domestiċi, u l-Ħbieb 

1] Kapaċi nikkollabora ma' oħrajn sabiex nirriċerka l-ħajja ta' kittieb/pittur/personaġġ storiku famuż Taljan filwaqt li nuri l-abilità li nifhem u napprezza l-arti, il-letteratura, il-kultura, u l-avvenimenti storiċi.
 IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi naqra bijografija aktar kumplessa dwar persuna famuża Taljana u nqassar l-informazzjoni importanti f'test, filwaqt li nifhem u napprezza l-kulturi u l-istorja differenti madwar id-dinja.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Kapaċi nisma' u nifhem meta oħrajn jagħtu dettalji personali aktar kumplessi dwarhom infushom jew xi ħadd ieħor. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nikteb artiklu jew esej dwar annimali fil-periklu li jiġu estinti.
 NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi noħloq fuljett, f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, dwar il-ħtiġijiet u l-kura tal-annimali. 
IL-KOMUNIKAZZJONI
6] Kapaċi naqra testi kumplessi dwar inġustizzja fuq oħrajn jew moħqrija fuq l-annimali.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Kapaċi nesprimi opinjonijiet, nuri qbil/nuqqas ta' qbil bl-użu ta' vokabolarju bħal non è giusto, è crudele, è sbagliato, non è assolutamente accettabile, è una follia, è brutto. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
8] Kapaċi niddiskuti x'nista' nagħmel sabiex ngħin lill-oħrajn bl-użu ta' espressjonijiet bħal rispettare e difendere i diritti, manifestare, una campagna contro bullismo razzismo, essere un volontario, fare del volontariato. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
9] Kapaċi naqra testi aktar kumplessi li jiddeskrivu t-tipi differenti ta' familji fl-Italja.
 IL-QARI U L-FEHIM
10] Kapaċi nisma' l-opinjonijiet tal-oħrajn li juru ideat u perspettivi differenti dwar il-familja, u nagħti l-perspettiva tiegħi. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Jien u l-Viċinanzi Tiegħi

1] Kapaċi nikteb artiklu fejn nagħti l-opinjoni tiegħi dwar kwistjonijiet ambjentali aktar kumplessi.
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nuża vokabolarju u espressjonijiet relatati mal-ambjent f'kuntest eż. l’energia nucleare/solare, la coltura biologica, la siccità, riciclabile, cambiamento climatico, gli alimenti geneticamente modificati.
 NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nifhem testi dwar kwistjonijiet ambjentali fil-pajjiż tiegħi u f'pajjiżi oħrajn. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi nispjega fid-dettall x'nagħmel sabiex nipproteġi l-ambjent u nistaqsi lill-oħrajn x'jagħmlu.
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola

1] Kapaċi nikteb artikli bit-Taljan ma' oħrajn għal rivista tal-iskola. 
 IL-KITBA
2] Kapaċi naqra artikli u aħbarijiet dettaljati dwar tipi differenti ta' skejjel.  
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel u x-Xorb

1] Kapaċi nqabbel id-drawwiet tal-ikel tal-lum ma' dawk tal-passat b'mod speċjali b'referenza għall-ħela tal-ikel.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nipprepara menù bit-Taljan, filwaqt li nikkunsidra rekwiżiti ta' dieta speċjali, u nippreżentah lill-klassi.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi nikteb ilmenti dwar suġġetti relatati ma' servizzi tal-lukandi u ristoranti. 
 IL-KITBA
4] Kapaċi naqra testi dwar stili ta' ħajja u drawwiet tal-ikel differenti tan-nies skont il-kuntest soċjokulturali u l-istatus soċjoekonomiku tagħhom.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ix-Xogħol

1] Kapaċi niddiskuti b'kunfidenza x-xogħol part-time ma' oħrajn. 
 INTERPERSONALI
2] Kapaċi niddiskuti dwar il-pocket money u d-drawwiet ta' nfiq ma' oħrajn.
 INTERPERSONALI
3] Kapaċi nuża b'kunfidenza pronomi diretti, indiretti e combinati, eż. lo/la/li/le mal-preżent u l-passat. 
4] Kapaċi nitħaddet dwar impjieg bi qligħ u l-problemi assoċjati mal-qgħad jew precariato. 
 KONJITTIVA
5] Kapaċi ngħid b'kunfidenza liema suġġetti għandi bżonn nistudja għall-karriera tiegħi u nifhem l-importanza ta' tagħlim tul il-ħajja, filwaqt li nuri li qed niżviluppa perspettiva orjentata lejn il-futur. Kapaċi nuża vokabolarju bħal in futuro, più tardi, dopo, un giorno, in seguito, studiare, fare un corso/ un corso di formazione…
 PRATTIKA
6] Kapaċi nuża l-condizionale b'kunfidenza, eż. vorrei essere, diventare, lavorerei per/come… 
7] Kapaċi nuża espressjonijiet bħal è necessario + infinito, è necessario che… ma' ċerti verbi fil-congiuntivo, bħal è necessario che io vada (all’università/ all’estero), è necessario che io studi…
8] Kapaċi nitħaddet dwar kwalitajiet u kwalifiki differenti li għandi bżonn sabiex insegwi l-karriera futura tiegħi u nikteb curriculum vitae qasir.
9] Kapaċi nifhem testi dwar kwistjonijiet relatati ma' tipi differenti ta' għażliet tal-karriera u l-qgħad.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
10] Kapaċi nuri sofistikazzjoni dejjem akbar fl-użu tal-lingwa, bħall-użu ta' sentenzi kumplessi, użu usa' ta' konnetturi u preċiżjoni akbar.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħin Liberu

1] Kapaċi nikteb riċensjoni dettaljata dwar logħba tal-kompjuter, jew film, li fiha nanalizza l-informazzjoni u nesprimi l-opinjoni tiegħi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi naqra artikli kumplessi dwar metodi biex tiddeverti waqt il-ħin liberu u tibqa' sikur billi żżomm 'il bogħod mid-droga, ma tixrobx u ssuq eċċ.
 IL-QARI U L-FEHIM 
3] Kapaċi niddiskuti u nagħti l-perspettiva tiegħi dwar firxa ta' interessi filwaqt li nuri rispett lejn perspettivi u opinjonijiet differenti.
 IL-BIDLA SOĊJALI
4] Kapaċi nagħmel laqgħa ma' persuna waħda jew aktar filwaqt li nuża lingwa kumplessa, eż. Se andassimo..., Che ne pensi di..., A mio avviso/secondo me/c’è da dire, voglio dire... eċċ.
5] Kapaċi niddeskrivi okkażjoni soċjali riċenti bl-użu perfett u imperfett, u konnetturi relatati maż-żmien, eż. dopo, poi, di seguito, allora, in questo momento, durante il giorno/ nel pomeriggio/ alla sera and Come è stato? Cosa è successo? Com’è andata?
6] Kapaċi nistaqsi u nipprovdi informazzjoni dwar il-preferenza ta' xi ħadd ieħor għal attività jew avveniment soċjali, bl-użu ta' discorso indiretto u l-forom tal-lingwa użati sabiex isir argument u/jew negozjar, bl-użu ta' konnetturi bħal tuttavia, comunque, in nessun caso.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ivvjaġġar u l-Vaganzi


1] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' postijiet differenti biex tgħix u taħdem fihom bl-użu ta' konnetturi sofistikati u espressjonijiet kumplessi, bħal devo ammettere/ devo dire/ accettare che…'
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi nifhem testi aktar diffiċli dwar li tgħix u/jew taħdem barra mill-pajjiż u l-implikazzjonijiet li tagħżel li tgħix f'ambjent kulturali/lingwistiku differenti bl-użu ta' vokabolarju aktar avvanzat relatat max-xogħol bħal lo stipendio medio, l’affitto, il costo della vita, le spese giornaliere. 
3] Kapaċi nitħaddet dwar vaganza passata u nifhem lill-oħrajn meta jitkellmu dwar vaganzi passati li turi li kapaċi nidentifika meta nuża t-tempi tal-perfett u l-imperfett. 
4] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' tipi differenti ta' vjaġġar, nippreżenta l-ideat tiegħi b'mod ċar bl-użu ta' lingwa kumplessa relatata ma' opinjonijiet u emozzjonijiet personali. 
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ħajja f'Saħħitha


1] Kapaċi ngħid jekk qed iħossni ħażin bl-użu ta' vokabolarju aktar kumpless u espressjonijiet bħal mi gira la testa, mi manca il respiro...
2] Kapaċi nistaqsi lill-oħrajn dwar kif qed iħossuhom fid-dettall bl-użu ta' espressjonijiet li jintużaw għal viżti għand it-tabib jew dentist u vokabolarju u espressjonijiet bħal Che cos’hai? Dove ti fa male?, Credo che..., Da quanto tempo ti fa male?
3] Kapaċi nagħmel appuntament ma' tabib jew dentist filwaqt li nkun involut f'diskussjoni dettaljata dwar il-kundizzjoni tiegħi. 
4] Kapaċi niddiskuti dieta tajba bl-użu ta' frażijiet bħal chi…/ che…/quale…; ho letto che... ho capito che...mi hanno detto che... apparentemente.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Kapaċi niddiskuti t-tipjip u prattiki ħżiena għas-saħħa oħrajn b'kunfidenza, bl-użu tan-negattivi u l-condizionale, bħal non fumerei mai, non potrei mai fumare/ bere alcolici/ drogarmi. Gli effetti negativi sulla salute potrebbero essere…
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nikteb artiklu jew rapport sabiex ninforma lill-oħrajn dwar l-importanza li tkun f'saħħtek u x'nagħmel jien sabiex inżomm f'saħħti bl-użu ta' sentenzi kumplessi u użu preċiż, u kreattiv tal-lingwa, filwaqt li nagħti u niġġustifika l-opinjonijiet u ideat tiegħi.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Kapaċi naqra testi aktar avvanzati u nqassar informazzjoni dwar drawwiet tajbin għas-saħħa.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Midja u t-Teknoloġija

1] Kapaċi nagħraf text speak Taljan bħal qlk, qlk1, tvb, cmq, C6, grz, xche li juri li kapaċi nikkomunika bl-użu ta' tagħmir diġitali. 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
 2] Kapaċi nikteb artiklu jew rapport għar-rivista tal-iskola bl-użu ta' ftit vokabolarju tekniku dwar kif tuża t-teknoloġija b'mod responsabbli. .
 IL-KITBA
3] Kapaċi nikteb b'kunfidenza u perżważjoni dwar it-teknoloġija u l-użu tagħha fil-ħajja ta' kuljum, bl-użu ta' strutturi tas-sentenza kumplessi, u r-reġistru u l-lingwa xierqa skont is-sitwazzjoni u l-udjenza.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
4] Kapaċi naqra u nifhem testi aktar diffiċli dwar it-teknoloġija u l-użu tagħha fil-ħajja ta' kuljum u l-midja soċjali. 
5] Kapaċi nispjega u nagħti l-opinjoni personali tiegħi dwar il-midja soċjali, bl-użu tal-lingwa tal-argumentazzjoni/negozjar u t-tempi xierqa, kif ukoll espressjonijiet bħal I mezzi di comunicazione sociali; quello che…/ciò che…; quello che è pericoloso nei mezzi di comunicazione sociali’…; u konnetturi aktar sofistikati, bħal: tuttavia, comunque, in nessun caso.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-MIDJA TAL-INTERNET



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: It-Triq għall-Italja

1] Kapaċi nikteb dwar l-Italja, l-istorja u l-kultura tagħha f'dettall, filwaqt li nuri għarfien tar-relevanza tal-kuntatti u rabtiet bejn l-Italja u Malta.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett:





Agħti r-rispons tiegħek hawn