Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

It-Taljan > LEVEL 9





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Niltaqa' ma' Oħrajn

1] Kapaċi nirrispondi b'mod xieraq f'varjetà ta' sitwazzjonijiet soċjali meta niltaqa' mal-oħrajn, filwaqt li nuri li kapaċi nuża modi formali u informali ta' indirizz u lingwa. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi nagħmel u nifhem talbiet aktar kumplessi.
3] Kapaċi niddeskrivi okkażjoni soċjali riċenti u nistaqsi lil oħrajn dwar okkażjonijiet soċjali li attendew huma bl-użu tal-lingwa fit-temp perfett u imperfett, bħal dopo, poi, in seguito, allora.Com’era?, Com'è andata?
4] Kapaċi niffissa laqgħa ma' xi ħadd, data, ħin u post eż.Quand’è l’appuntamento? A che ora? Dove ci vediamo? 
5] Kapaċi nikteb test dwar kif iltqajt mal-akbar ħabib/a tiegħi/l-għarusa/għarus tiegħi.
6] Kapaċi nikteb test dwar avveniment soċjali riċenti li attendejt għalih filwaqt li nuri rispett u għarfien tad-diversità soċjali u kulturali fis-soċjetà. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
7] Kapaċi nesprimi lili nnifsi kemm verbalment kif ukoll bil-kitba bl-użu ta' vokabolarju tajjeb u strutturi tas-sentenza adegwati.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
         
8
] Kapaċi nuża l-verbi modali dovere, potere, volere, anke fin-negattiv, b'kunfidenza, eż. Vuoi venire al cinema con me, stasera? No, non posso, devo studiare.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja, l-Annimali Domestiċi, u l-Ħbieb 

1] Kapaċi nikteb artiklu bijografiku dwar personalità famuża Taljana. 
2] Kapaċi naqra u nqassar test dwar personalità famuża Taljana.  
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi naqra u nqassar l-informazzjoni f'testi, li fihom huma ppreżentati tipi differenti ta' familji.
 IL-BIDLA SOĊJALI
4] Kapaċi nagħti, f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, preżentazzjoni dwar annimali li huma fil-periklu li jiġu estinti, filwaqt li nispjega r-raġunijiet għaliex aħna għandna nipproteġuhom u kif. 
 INTERPERSONALI
5] Kapaċi nitħaddet dwar il-kura tal-annimali, filwaqt li nuri li qed nieħu inizjattiva f'din l-interazzjoni, u li jiena lest li nippromwovi l-imħabba lejn l-annimali u r-rwol tagħhom f'dinja sostenibbli. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
 
6] Kapaċi nisma' u nifhem djalogu mhux sempliċi li jitkellem dwar xogħol domestiku li jagħmlu l-oħrajn. 
 IS-SMIGĦ U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Jien u l-Viċinanzi Tiegħi

1] Kapaċi nispjega x'nagħmel sabiex nipproteġi l-ambjent u nistaqsi lill-oħrajn x'jagħmlu huma, bl-użu ta' vokabolarju relatat mal-ambjent, bħal l’ambiente: i rifiuti, riciclare, il riciclaggio, inquinare, proteggere, conservare, l’effetto serra, l’energia, l’inquinamento da petrolio, la spazzatura. Kapaċi nuri kunfidenza fl-użu tal-imperfett u ftit użu tal-condizionale, bħal Dovremmo...
potremmo...

 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nifhem testi f'lingwa l-aktar familjari dwar kwistjonijiet ambjentali fil-pajjiż tiegħi u f'pajjiżi oħrajn.
 NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nikkollabora ma' oħrajn sabiex nirriċerka, nipproduċi, u nippreżenta poster/preżentazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola


1] Kapaċi nitħaddet dwar l-istudji tiegħi fil-futur u nisma' l-perspettivi ta' oħrajn dwar l-istudji futuri tagħhom bl-użu ta' frażijiet bħal Da grande vorrei andare all’università, Mi piacerebbe studiare all’estero.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi naqra artikli u aħbarijiet sempliċi dwar tipi differenti ta' skejjel madwar id-dinja. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nikteb test qasir/nesprimi l-opinjoni tiegħi dwar kif tista' tittejjeb il-kwalità tal-ħajja fl-iskola, eż. una lettera al preside, un suggerimento al consiglio degli studenti.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel u x-Xorb

1] Kapaċi nistaqsi għal mejda u menù, kapaċi nordna l-ikel u x-xorb f'ristorant jew f'kafetterija, u kapaċi nitħaddet faċilment dwar l-ikel filwaqt li nqabbel ir-reġistru u l-lingwa mas-sitwazzjoni u l-udjenza.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi niddeskrivi/nitħaddet dwar kif itiehem l-ikel, eż. la zuppa è salata jew la carne non è ben cotta.
3] Kapaċi niddiskuti l-ikel u x-xorb li nħobb u li jdejjaqni ma' oħrajn bl-użu ta' lingwa bħal è disgustoso/ delizioso/ piccante’.
4] Kapaċi nipprepara, f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, fuljett/riklam dwar ristorant/ħanut tal-ikel. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
5] Kapaċi norganizza ideat, argumenti, u abbozz ta' test qabel ma niktibhom.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
6] Kapaċi nitħaddet dwar suġġetti relatati ma' servizzi ta' lukandi u ristoranti bl-użu tal-preżent u l-passat.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
7] Kapaċi niddeskrivi żjara f'ristorant bl-użu tal-passato prossimo.
8] Kapaċi nidentifika u napprezza ikel tradizzjonali Taljan u nqabblu mal-ikel f'Malta.  
9] Kapaċi naqra testi u artikli dwar stili ta' ħajja differenti fl-Italja u napprezza li d-differenzi huma minħabba kuntesti soċjokulturali u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ix-Xogħol

1] Kapaċi niddiskuti dwar il-pocket money u d-drawwiet ta' nfiq ma' oħrajn bl-użu ta' comprare, acquistare, ricevere, spendere, uscire, la paghetta .
2] Kapaċi nqassar, norganizza l-ideat u nanalizza l-informazzjoni f'testi f'lingwa familjari dwar il-pocket money/jew impjiegi part-time ta' nies oħrajn.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
3] Kapaċi nikteb test sempliċi dwar il-pocket money tiegħi/l-impjieg part-time tiegħi, filwaqt li niddeskrivi x'nagħmel bl-użu ta' prepożizzjonijiet u espressjonijiet bħal per/se voglio guadagnare la paghetta… 
 PERSONALI
4] Kapaċi nitħaddet dwar x'nixtieq nagħmel meta nitlaq mill-iskola u nistaqsi lill-oħrajn dwar l-intenzjonijiet tagħhom, bl-użu ta' frażijiet memorizzati li fihom jintuża l-condizionale, eż. Che cosa vorresti fare nella vita? Mi piacerebbe fare dentista e guadagnare molti soldi.
 PRATTIKA
5] Kapaċi nuża t-temp futur sabiex nitħaddet dwar il-proġetti futuri tiegħi, eż. Dopo gli esami farò un lungo viaggio/andrò in Inghilterra per visitare i miei parenti/lavorerò come cameriere per guadagnare dei soldi... eċċ. Kapaċi nuża dopo, più tardi, un giorno, poi.
6] Kapaċi nuża b'mod mexxej verbi regolari u irregolari f' -are, -ere, -ire fit-temp futur.
7] Kapaċi nifhem testi dwar tipi ta' għażliet ta' karrieri differenti u kapaċi nuża vokabolarju u espressjonijiet relatati max-xogħol bħal sono responsabile/mi occupo di..., tempo pieno, turno di notte, disoccupato, in cerca di lavoro, lavoro pesante.
 IS-SMIGĦ U L-FEHIM
8] Kapaċi nirriċerka, nipprepara, u nippreżenta l-perspettivi tiegħi dwar suġġett partikolari.   
 IL-KOMUNIKAZZJONI 
9] Kapaċi nuża l-verbi modali, potere, dovere, volere u espressjonijiet bħal è necessario/ bisogna + infinito.' 
10] Kapaċi nuri l-użu sempliċi ta' pronomi tal-oġġett indirett bħal vi voglio parlare di…vorrei spiegarvi…



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħin Liberu

1]  Kapaċi nitħaddet dwar logħba tal-kompjuter, ktieb jew film speċifiku u nistaqsi lill-oħrajn għall-opinjoni tagħhom. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nikteb dwar x'nagħmel/x'għamilt fi tmiem il-ġimgħa jew wara l-ħin tal-iskola bl-użu ta' frażijiet bħal Vado lezione di pianoforte due volte alla settimana; Ogni lunedì mi alleno nel mio sport preferito...; 'Nel weekend sono andato in campeggio con i miei amici...   
3] Kapaċi nitħaddet dwar logħba tal-kompjuter, ktieb jew film speċifiku u nistaqsi lill-oħrajn għall-opinjonijiet tagħhom dwar il-vjolenza u l-kunflitt li jidhru fihom, u niddiskuti kif dawn iħallu impatt fuq il-kwalità ta' ħajja tal-individwi involuti. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
4] Kapaċi naqra riċensjonijiet u artikli dwar logħba tal-kompjuter jew film.
 IL-QARI U L-FEHIM
5] Kapaċi niddiskuti ma' oħrajn kif tasal f'postijiet soċjali u x'beħsiebni nilbes, bl-użu tal-lingwa tan-negozjar, bħal Come si va a…Che cosa ti metti/ metterai?
IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ivvjaġġar u l-Vaganzi

1] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' destinazzjonijiet tal-vaganzi differenti, bl-użu ta' espressjonijiet tad-diskors, bħal da una parte...d’altra parte, al contrario, in merito a...
2] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' postijiet differenti ta' fejn wieħed jista' jgħix u jaħdem.
3] Kapaċi nitħaddet dwar ix-xogħol u l-ivvjaġġar bi frażijiet bħal In Inghilterra ci sono molte opportunità di lavoro, ma le distanze sono più lunghe. 
4] Kapaċi, individwalment jew f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, nirriċerka u nipproduċi preżentazzjoni qasira dwar ix-xogħol f'pajjiż ieħor bl-użu ta' lingwa relatata mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal le ore di lavoro; le ferie; lo stipendio mensile.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
5] Kapaċi nifhem testi f'lingwa familjari dwar li tgħix u/jew taħdem barra minn pajjiżek.
6] Kapaċi nitħaddet dwar vaganza passata u nifhem meta l-oħrajn jitkellmu vaganzi passati li turi li kapaċi nidentifika meta nuża t-tempi tal-perfett u l-imperfett.  
7] Kapaċi nitħaddet/nikteb dwar vaganza/destinazzjoni futura u nifhem lill-oħrajn meta jitħaddtu dwar vaganzi futuri filwaqt li nuri li kapaċi nuża t-temp futur. 
8] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' tipi differenti ta' vjaġġar bl-użu ta' frażijiet bħal In Italia si viaggia molto in auto; code, autostrada; prendiamo il traghetto per le isole Albergo a 5 stelle, pensione, camper...
 NITGĦALLEM KIF
9] Kapaċi nikteb test qasir dwar vaganza riċenti.
10] Kapaċi nifhem testi, f'lingwa familjari, dwar vaganzi u vjaġġar. 
11] Kapaċi nikteb test qasir dwar vaganza riċenti. 
12] Kapaċi nirriċerka u nipproduċi, f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, riklam/preżentazzjoni li tippromwovi destinazzjoni ta' vaganza, filwaqt li nagħmel referenza għall-ekoturiżmu u l-valur tal-wirt kulturali. 
 INTERPERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ħajja f'Saħħitha


1] Kapaċi nitħaddet dwar il-benefiċċji tal-isport u l-eżerċizzju fiżiku u anke stil tal-ħajja f'saħħtu bl-użu tal-vokabolarju u struttura tas-sentenza tajbin. 
2]  Kapaċi nifhem informazzjoni speċifika f'intervista fuq ir-radju dwar in-nutrizzjoni/stil ta' ħajja f'saħħitha. 
 IL-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi naqra testi u nqassar l-informazzjoni dwar drawwiet tajbin għas-saħħa. 
 IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi nikteb test sabiex ninforma lill-oħrajn dwar l-importanza li tkun f'saħħtek, u ngħid x'nagħmel jien sabiex nibqa' f'saħħti. 
 NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi ngħid x'nagħmel sabiex inżomm f'saħħti u nifhem meta oħrajn jgħiduli x'jagħmlu huma biex jibqgħu f'saħħithom.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
6] Kapaċi niddiskuti dieta tajba bl-użu ta' penso/credo che…, sia sano/ malsano/ equilibrato/ buono/ cattivo per la salute  
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
7] Kapaċi niddiskuti t-tipjip u prattiki ħżiena għas-saħħa oħrajn bl-użu ta' frażijiet bħal è molto dannoso /pericoloso/ a per la salute; … ha degli effetti negativi sulla salute. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Midja u t-Teknoloġija

1] Kapaċi niddiskuti tipi differenti ta' midja soċjali ma' oħrajn bl-użu tal-lingwa tal-midja soċjali, eż. la mia pagina personale, commentare, messaggio, la connessione, la posta, chattare, il collegamento eċċ. è utile, indispensabile, è una mania u nikkunsidra l-implikazzjonijiet soċjali u etiċi tat-teknoloġija diġitali u l-importanza li toqgħod attent meta tkun onlajn. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nitħaddet dwar it-teknoloġija li nuża fil-ħajja ta' kuljum u nistaqsi lill-oħrajn dwar it-teknoloġija li jużaw, bl-użu ta' lingwa speċjalizzata xierqa bħal tablet, portatile, computer, ipod.
3] Kapaċi nitħaddet dwar siti tal-internet li nuża għad-divertiment u għax-xogħol tal-iskola u nistaqsi lill-oħrajn dwar siti li huma jsibu utli/divertenti, filwaqt li nesprimi opinjonijiet bħal il mio sito preferito …; mi diverto a giocare/chattare… u aġġettivi inklużi comico, divertente, educativo, informativo eċċ.
4] Kapaċi nikteb test sempliċi dwar it-teknoloġija u l-użi tagħha fil-ħajja ta' kuljum.  
 PRATTIKA
5] Kapaċi naqra u nifhem testi dwar it-teknoloġija.  
6] Kapaċi nipprepara preżentazzjoni dwar suġġett stipulat minn qabel u nirrispondi mistoqsijiet prevedibbli. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: It-Triq għall-Italja

1] Kapaċi niddeskrivi xi postijiet ġeografiċi u postijiet storiċi importanti fl-Italja u norbothom ma' żjara li għamilt/ nixtieq nagħmel fl-Italja. 
2] Kapaċi nuri apprezzament għall-istil ta' ħajja u kultura Taljana u nista' nqabbilha u nikkuntrastaha mar-realtà Maltija.




Agħti r-rispons tiegħek hawn