Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

It-Taljan > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Niltaqa' ma' Oħrajn


1] Kapaċi napprezza l-ewwel lingwa tiegħi u nqabbilha ma' lingwi oħrajn.   
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nagħraf u nuża le preposizioni semplici f'kuntest partikolari. 
 
3] Kapaċi nuża l-verbi essere/avere u forom regolari ta' verbi -are, -ere, -ire fil-preżent.  
4] Kapaċi nuża xi verbi irregolari -are -ere -ire fil-preżent.  
5] Kapaċi nifforma frażijiet qosra bħal io abito/ lui/lei abita a...in...Io vengo/ lui/lei viene da...
6] Kapaċi nidentifika d-differenza bażika bejn tu u Lei, billi nagħraf l-indirizz differenti meta nitkellem ma' ħbieb, għalliema u nies li naf.
 IL-BIDLA SOĊJALI
7] Kapaċi nifhem meta l-għalliem/a qed jitkellem/titkellem ma' persuna waħda jew ma' aktar minn persuna waħda fil-klassi, bl-użu ta' ordnijiet. Apri libro! Aprite il libro! Kapaċi nuża u nifhem frażijiet ta' għajnuna bħal scusa, per favore, mi scusi eċċ.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
8] Kapaċi nuża espressjonijiet bħal La domenica vado sempre dai nonni. Il sabato esco con i miei amici.
9] Kapaċi nuża al ma' ħinijiet tal-ġurnata, eż. Al mattino/la mal-ġurnata tal-ġimgħa għal regolarità. 
10] Kapaċi nirreaġixxi b'mod xieraq meta l-għalliem/a jistaqsini/tistaqsini sabiex insegwi struzzjonijiet bażiċi tal-klassi bit-Taljan u nistaqsi għall-għajnuna jekk ma nifhimx.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
11] Kapaċi nagħraf u nuża l-maskil u l-femminil ta' nomi u aġġettivi regolari li jispiċċaw b'-o u -a.
12] Kapaċi nuża ftit verbi irregolari fil-preżent. Kapaċi nagħraf u nuża le preposizioni semplici f'kuntest partikolari.
13] Kapaċi nagħraf artikli definiti u indefiniti u nqabbilhom ma' nomi, eż. Un ragazzo alto/ Una ragazza alta eċċ. libro giallo/ La macchina rossa eċċ. Gli studenti bravi/ Le studentesse brave eċċ.
14] Kapaċi nuża konnetturi sempliċi, bħal e, anche, ma meta ngħid u nikteb frażijiet sempliċi.  
15] Kapaċi nintroduċi nies lil oħrajn bl-użu ta' frażijiet memorizzati bit-Taljan, eż. Lui è Marco/Ti presento Francesca.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
16] Kapaċi nifhem testi sempliċi li jipprovdu dettalji personali ta' oħrajn. 
 IL-QARI U L-FEHIM
17] Kapaċi nikteb introduzzjoni qasira dwari nnifsi, filwaqt li nipprovdi dettalji personali bl-użu ta' konnetturi sempliċi bħal e, ma, anche, che, kif ukoll punteġġjatura bażika.
 IL-KITBA
18] Kapaċi nintroduċi lill-oħrajn u ngħid xi ħaġa dwarhom bl-użu ta': essere, avere, chiamarsi.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kalendarju

1] Kapaċi ngħid, nagħraf, u nikteb in-numri sal-1,000.
2] Kapaċi nitħaddet dwar l-istaġuni u t-temp bl-użu ta' frażijiet sempliċi fil-preżent eż. In estate fa caldo.
3] Kapaċi ngħid jekk hux qed inħoss il-kesħa/is-sħana eż. ho caldo/freddo.
4] Kapaċi nifhem, naqra, u ngħid bl-amment in-numri ordinali eż. primo/a/i/e, secondo/a/i/e, terzo/a/i/e... sal-100.
5] Kapaċi naqra u ngħid il-ħin f'sigħat, nofs sigħat, kwart ta' sigħat u minuti. Kapaċi nistaqsi lil xi ħadd dwar il-ħin bi frażijiet bħal Che ora è?/ Che ore sono?. Kapaċi naqra u nuża l-arloġġ ta' 24 siegħa, kif użat fl-Italja, che ora inizia film? Inizia alle 17.00.
6] Kapaċi nagħraf u nqabbel dati speċjali u anniversarji fil-kalendarju Malti ma' dati speċjali u anniversarji fil-kalendarju Taljan, filwaqt li nuri rieda li nitgħallem dwar kulturi oħrajn bl-użu ta' vokabolarju bħal festa tradizionale, un giorno speciale/importante/nazionale eċċ. u anke Natale, Pasqua, Capodanno, Pasquetta eċċ. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
7] F'kollaborazzjoni ma' oħrajn, kapaċi nipprepara preżentazzjoni qasira bl-użu ta' frażijiet Taljani bażiċi.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja, l-Annimali Domestiċi, u l-Ħbieb 

1] Kapaċi ngħid kemm hemm persuni fil-familja tiegħi u min huma, bl-użu ta' vokabolarju rilevanti, si chiama fil-persuni kollha, u nuża pronomi relattivi bħal che, aġġettivi possessivi, il mio/la mia… u negattivi fi frażijiet fissi bħal non ha fratelli/sorelle
2] Kapaċi nuża konnetturi li huma użati ta' spiss fil-lingwa, inklużi e, ma, o, che.
3] Kapaċi nistaqsi lil nies oħrajn dwar membri tal-familji tagħhom, u nifhem ir-risposta tagħhom. 
4] Kapaċi nifhem meta n-nies jitħaddtu dwar il-familja tagħhom, inklużi kwalunkwe annimali domestiċi. 
5] Kapaċi nitħaddet dwar l-annimali domestiċi tiegħi, jew ngħid li m'għandi l-ebda annimal domestiku, bl-użu tal-verb avere, u l-użu tan-negattiv fi frażijiet bħal Ho un cane /Non ho animali domestici.
6] Kapaċi nidentifika annimali differenti, niddeskrivihom u nqabbilhom.
7] Kapaċi nikteb test qasir dwar l-annimal favorit tiegħi.
8] Kapaċi nipprepara preżentazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-annimal favorit tiegħi. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI
9] Kapaċi ngħid kif jien, il-familja, il-ħbieb, u l-annimali domestiċi tiegħi nidhru fiżikament, u kif aħna bħala karattru bl-użu ta' aġġettivi assoċjati ma' tul, qies, kulur tax-xagħar u l-għajnejn, il-karattru, bl-użu ta' qbil mal-aġġettiv bħal più/meno/così, come, abbastanza, un po’, molto, troppo.
10] Kapaċi nistaqsi lil oħrajn sabiex jiddeskrivu lill-familja u l-ħbieb tagħhom bl-użu ta' Com’è lui/lei? Lui/lei di che colore ha i capelli/gli occhi?
11] Kapaċi nuża l-forom tajbin tal-aġġettivi u npoġġihom fil-post tajjeb tagħhom f'sentenza. 
12] Kapaċi naqra u nisma' testi sempliċi, l-aktar b'lingwa familjari sabiex insib informazzjoni dwar nies, il-familji, il-ħbieb, u l-annimali domestiċi tagħhom. 
13] Kapaċi nikteb deskrizzjoni qasira tal-familja tiegħi għal oħrajn, filwaqt li nuri l-għarfien tiegħi ta' aġġettivi, pożizzjoni, qbil u tqabbil. 
14] Kapaċi nuża t-temp preżent ta' avere, essere, chiamarsi f'sentenza.
15] Kapaċi nikkollabora ma' oħrajn sabiex nikteb rapport dwar familji, annimali domestiċi jew ħbieb. Kapaċi nieħu sehem fil-preżentazzjoni tar-rapport bl-użu ta' Taljan sempliċi, eż. Nella mia classe… ci sono persone con…
 IL-KOLLABORAZZJONI
16] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi fiżiċi u tal-personalità tiegħi innifsi, tal-familja, tal-ħbieb u tal-annimali domestiċi tiegħi bl-użu ta' aġġettivi relatati ma' tul, qies, kulur tax-xagħar u l-għajnejn, karattru u bl-użu tajjeb tal-qbil u l-pożizzjoni tal-aġġettivi, eż. Lui/lei è…Lui/lei ha… u tqabbil, inklużi più/meno/così…come, abbastanza, un po, molto, troppo, Lui è un ragazzo carino; Lei è una ragazza carina; Lui ha gli occhi verdi; Lei ha i capelli corti.
17] Kapaċi nistaqsi lil oħrajn sabiex jiddeskrivu lilhom infushom u lil membri tal-familja, ħbieb, u annimali domestiċi tagħhom bl-użu ta' com’è lui/lei? di che colore sono i suoi capelli/occhi?. Kapaċi nqiegħed l-aġġettivi b'mod tajjeb u nuża l-qbil tajjeb fis-sentenza filwaqt li nuri li kapaċi nidentifika l-konvenzjonijiet grammatikali Taljani.  
18] Kapaċi naqra u nisma' testi sempliċi, li fihom l-aktar lingwa familjari sabiex insib informazzjoni dwar nies, il-familji, ħbieb, u l-annimali domestiċi tagħhom. 
 IL-QARI U L-FEHIM
19] Kapaċi nesprimi imħabba, mibegħda jew preferenzi għal ċerti annimali, persuni fil-familja tiegħi, suġġetti tal-iskola bi frażijiet bħal mi piace la matematica/ non mi piace mio fratello/ mio animale preferito è gatto.
20] Kapaċi nifhem testi qosra, l-aktar b'lingwa familjari dwar dak li jħobbu u jobogħdu persuni oħrajn, filwaqt li nuri rispett għal ideat u perspettivi differenti fis-soċjetà.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Jien u l-Viċinanzi Tiegħi

1] Kapaċi nitħaddet dwar fejn noqgħod, u npoġġi fejn noqgħod f'kuntest usa'.
2] Kapaċi nuża vokabolarju relatat ma' postijiet ġeografiċi, inklużi nord, sud, abitare, trovarsi eċċ.
3] Kapaċi niddeskrivi d-dar, il-kmamar u l-ambjent immedjat tiegħi.  
4] Kapaċi nistaqsi lill-oħrajn dwar fejn joqogħdu, u kif inhuma d-djar tagħhom. 
5] Kapaċi nuża il-preposizioni articolate.
6] Kapaċi nimla kwestjonarju dwar liema tip ta' dar nippreferi. 
7] Kapaċi nispjega kif tidher il-kamra tas-sodda ideali tiegħi.
8] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar fejn ċerti affarijiet qegħdin fid-dar jew fiż-żona tal-madwar bl-użu ta' c’è/non c’è, non/ci sono, dove sono?, dove si trovano eċċ.
9] Kapaċi nitħaddet dwar personaġġi u aspetti differenti tal-komunità poliziotto, l’infermiere, medico, l’insegnante, il vigile, il sindaco, il postino eċċ.
10] Kapaċi nifhem testi sempliċi qosra dwar djar u żoni tal-madwar ta' nies oħrajn, u nagħmel paraguni bl-użu ta' frażijiet bħal è più comoda, è più grande .
 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
11] Kapaċi nikteb testi qosra deskrittivi dwar id-dar tiegħi u d-djar ta' nies oħrajn.
12] Kapaċi nuża vokabolarju relatat ma' bini u postijiet famużi f'belt, eż. la chiesa, la piazza, monumento, la fontana, l’ospedale, il parco, il cinema, il teatro, l’ufficio postale, il bar.
13] Kapaċi nsemmi postijiet taż-żona tad-dar tiegħi, u nistaqsi lill-oħrajn dwar postijiet ta' interess fejn joqogħdu huma bl-użu ta' vokabolarju bħal nella mia città/nel mio paese c’è…’
14] Kapaċi nipparteċipa f'konverżazzjoni dwar x'hemm fiż-żona tad-dar tiegħi u postijiet oħrajn bl-użu ta' Malta, nell’isola di Malta …, Che cosa c’è da fare …?
15] Kapaċi nifhem direzzjonijiet u nipprovdi direzzjonijiet għal postijiet f'belt jew xi mkien ieħor bl-użu ta' per andare/al/alle//ai/agli/allo/all’…’, dov’è, dove si trova…?, vorrei andare. Kapaċi nuża l-preżent ta' verbi bħal prendere, andare, ritornare.
16] Kapaċi nuża numri ordinali fi frażijiet bħal la prima strada sinistra.
17] Kapaċi nikteb test deskrittiv qasir dwar iż-żona tad-dar/pajjiż tiegħi li jwassal l-opinjonijiet personali tiegħi waħdi jew f'kollaborazzjoni ma' oħrajn filwaqt li napplika l-għarfien u fehim tiegħi f'kuntesti differenti.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
18] Kapaċi nidentifika mudelli differenti ta' trasport, filwaqt li nenfasizza l-aktar mezzi ta' trasport sostenibbli, eż. it-trasport pubbliku, il-carpooling, ir-rota. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
19] Kapaċi nipprovdi informazzjoni dwar kif wieħed jivvjaġġa lejn postijiet differenti bl-użu ta' frażijiet bħal come si va casa/ in spiaggia/ al supermercato?



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola

1] Kapaċi nagħmel talbiet fil-klassi u nistaqsi għall-għajnuna bit-Taljan bl-użu ta' Posso…? Mi scusi/scusami ha/hai…? Ho un problema, scusi/a, per favore ripeta/i, grazie, vorrei. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI

2] Kapaċi nuża lingwa edukata u nindirizza n-nies kif xieraq, filwaqt li nuri għarfien tal-użu ta' tu u Lei, u meta jintużaw b'mod xieraq. 
3] Kapaċi niddeskrivi l-klassi tiegħi verbalment u f'testi qosra miktuba.
4] Kapaċi niddeskrivi l-iskola tiegħi u nistaqsi lill-oħrajn dwar l-iskola tagħhom bl-użu ta' vokabolarju bħal in città, in campagna, in riva al mare u si trova.
5] Kapaċi nidentifika żoni ewlenin bħal cortile, ufficio del preside, palestra, bagno, classe, u staff fl-iskola inklużi preside, l'insegnante, la segretaria.
6] Kapaċi nitħaddet dwar ir-rutina tal-iskola tiegħi u nistaqsi lill-oħrajn dwar tagħhom bl-użu ta' vokabolarju relatat mal-ħin u l-ħinijiet tal-ġurnata, eż. due volte alla settimana/al giorno u bl-użu ta' frażijiet tal-ħin, eż. Alle 10 :00 ho lezione di matematica.  La pausa è dalle 11.00  alle 11.30.
7] Kapaċi nitħaddet dwar is-suġġetti favoriti tiegħi u nistaqsi lill-oħrajn dwar tagħhom. 
8] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar fejn huma l-klassijiet differenti, jiġiferi l-post u dwar l-iskeda tal-ħinijiet u l-ħinijiet tal-lezzjonijiet.
  
9] Kapaċi nikkollabora ma' oħrajn, bl-użu tal-ICT u dizzjunarji bilingwi sabiex infittex it-tifsiriet, definizzjonijiet, u sinonimi.
 IL-KOLLABORAZZJONI
10] Kapaċi niddeskrivi l-klassi tiegħi u nirreferi għal oġġetti fil-klassi verbalment u b'testi miktuba qosra bl-użu ta' frażijiet bħal Dov'è la penna?  La penna è sul banco.
11] Kapaċi nidentifika żoni ta' suġġetti differenti fl-iskola tiegħi u l-iskejjel ta' nies oħrajn, u nipprovdi informazzjoni dwar l-iskeda tal-ħinijiet tiegħi. 
12] Kapaċi noħloq poster/materjal viżwali ieħor għall-klassi li fih nispjega għaliex nitgħallem it-Taljan u x'jogħġobni dwar il-lingwa.
 IL-KOMUNIKAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel u x-Xorb

1] Kapaċi nidentifika oġġetti tal-ikel u xorb f'varjetà ta' kuntesti differenti bl-użu ta' vokabolarju xieraq bħal al caffè, al cinema, al ristorante. 
2] Kapaċi nidentifika u nitħaddet dwar ħwienet tal-ikel/xorb speċjalizzati u nqabbilhom ma' dawk fl-Italja, eż. pasticceria, macelleria, enoteca, salumeria, panetteria, bar, trattoria, gelateria.
3] Kapaċi niġbed l-attenzjoni tal-wejter bi frażijiet bħal Cameriere, mi scusi potrei avere..., u kapaċi nordna ikel u xorb f'kafetterija jew ristorant bl-użu ta' frażijiet bħal vorrei, avete, prendo conto, il menù.
4] Kapaċi nistaqsi għall-ikel u x-xorb f'supermarket/tal-merċa/takeaway eċċ., bl-użu ta' vokabolarju relatat ma' kwantitajiet u espressjonijiet bħal un etto di…, una bottiglia di…, due confezioni di…, tre lattine di…, una scatola…, un litro di un chilo di... 
5] Kapaċi niddiskuti x'niekol f'ġurnata bl-użu ta' avverbji taż-żmien u rutina bħal normalmente, ogni giorno/ mattina/ sera, tutti i giorni, pranzo, a mezzogiorno, a colazione eċċ.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Kapaċi niddeskrivi ikliet bl-użu ta' frażijiet bħal è buono/ delizioso, è troppo salato, fa schifo.
7] Kapaċi nikteb test qasir li jiddeskrivi xi nħobb u x'ma nħobbx niekol u nixrob, u nispjega għaliex.
8] Kapaċi nitħaddet dwar ikel u xorb tipiku assoċjat ma' okkażjonijiet speċjali u nqabbel tradizzjonijiet Maltin u Taljani, eż. pandoro, colomba, panettone, zeppole.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
9] Kapaċi nifhem riċetta Taljana miktuba bl-użu tal-imperattiv u/jew verbi fl-infinittiv.
 IS-SMIGĦ U L-FEHIM
10] Kapaċi, f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, nirriċerka l-ispeċjalitajiet ta' żona tal-Italja u nipprepara preżentazzjoni qasira bit-Taljan. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
11] Kapaċi naqra u nifhem djalogu u testi dwar suġġetti relatati mal-ikel u x-xorb. 
 IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ix-Xiri

1] Kapaċi niddiskuti prezzijiet u qisien bl-użu tal-lingwa tan-negozjar, eż. avete…? vorrei…, u vokabolarju bħal costa troppo, molto caro, un affare a buon prezzo, tanto, taglia misura, taglia unica, sconto, saldi, in offerta, occasioni.
2] Kapaċi nitħaddet dwar il-ħwejjeġ tiegħi u x'nilbsu skont l-okkażjoni/żmien tas-sena/kundizzjonijiet tat-temp bl-użu ta' sentenzi kumplessi inklużi quando fa bello, vado in palestra, mi piace indossare… bl-użu ta' vokabolarju relatat mal-ħwejjeġ bħal pantaloni, vestito, camicia, maglione, giacca.
3] Kapaċi nitħaddet dwar souvenirs/rigali li xtrajt għalija u għall-oħrajn.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nitħaddet dwar impjiegi u professjonijiet differenti relatati mal-ħwienet bl-użu ta' vokabolarju bħal fare la commessa, fare cassiere, il cameriere, il barista, il cuoco, il pizzaiolo, il macellaio, u frażijiet bħal vado dal pasticciere, il meccanico ripara la macchina.
5] Kapaċi nuża vokabolarju relatat max-xiri u l-ħlas. Banca, carta di credito, pagare in contanti, assegno, spiccioli, monete, denaro, bancomat, la cassa.   



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħin Liberu

1] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar postijiet famużi u l-ħin liberu fil-belt/raħal/żona tad-dar tiegħi.
2] Kapaċi nitħaddet dwar attivitajiet ta' sport u divertiment differenti bl-użu ta' espressjonijiet u vokabolarju relatati mal-passatempi eż. che fai durante il tempo libero?; mi piace giocare a ...; mi piace ascoltare musica; mi piace suonare la chitarra.
3] Kapaċi nistaqsi u nipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' tmiem il-ġimgħa ta' persuna oħra bħal che fai o che ti piace fare il fine settimana?
4] Kapaċi niddiskuti fejn, meta, u ma' min inqatta' l-ħin liberu tiegħi. 
5] Kapaċi nitħaddet dwar meta nippreferi nagħmel attivitajiet ta' divertiment speċifiċi, eż. quando guardi la televisione?, suono la chitarra ogni mercoledì sera.
6] Kapaċi nitħaddet dwar il-passatempi tiegħi. 
7] Kapaċi nipprovdi informazzjoni dwar ir-rutina ta' filgħodu/filgħaxija tiegħi bl-użu ta' espressjonijiet bħal ogni mattina vado a scuola; poi la sera gioco a calcio; il sabato vado al cinema  bl-użu ta' avverbji ta' frekwenza bħal normalmente, generalmente...
8] Kapaċi nistaqsi lil xi ħadd dwar ir-rutina ta' filgħodu/filgħaxija tiegħu/tagħha bl-użu ta' espressjonijiet bħal che fai la sera/la notte? jew quando giochi a tennis? jew quando suoni la chitarra?
9] Kapaċi nifhem testi bażiċi qosra dwar attivitajiet ta' divertiment. 
10] Kapaċi nikteb testi qosra li jiddeskrivu x'nagħmel fil-ħin liberu tiegħi, eż. nagħmel xogħol volontarju.
 IL-KITBA  
11] Kapaċi nikkollabora ma' oħrajn sabiex nirriċerka attivitajiet ta' divertiment fl-Italja u nqabbilhom ma' dawk Maltin.  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
12] Kapaċi nitħaddet dwar, jew nikteb test qasir dwar l-organizzazzjoni ta' attività bħal festin ta' għeluq snin xi ħadd bl-użu ta' vokabolarju bħal compleanno, festa, torta, inviti, regali, portare bevande, scegliere la musica.  
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
13] Kapaċi nifhem u nirrispondi stedina għal festin bl-użu ta' kliem u frażijiet bħal accetto con piacere, mi dispiace non posso venire.
 IL-QARI U L-FEHIM
14] Kapaċi niddisinja kartolina sabiex nistieden lill-ħbieb tiegħi għal festin, filwaqt li nikkunsidra alternattivi oħrajn bħal kartolini elettroniċi jew għażliet ekoloġiċi alternattivi jekk se nipproduċi kartolina.
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ivvjaġġar u l-Vaganzi

1] Kapaċi nidentifika pajjiżi/reġjuni kemm fl-Ewropa kif ukoll f'kontinenti oħrajn. 
2] Kapaċi nidentifika n-nazzjonalitajiet ta' persuni minn pajjiżi differenti. 
3] Kapaċi nifhem testi qosra dwar l-Italja, u l-kultura u tradizzjonijiet tagħha. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
4] Kapaċi nidentifika u napprezza l-preżenza tal-kultura Taljana f'Malta u madwar id-dinja.
 IL-BIDLA SOĊJALI
5] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar liema pajjiżi nħobb/fejn joqogħdu qraba/ħbieb/nies oħrajn bl-użu ta' frażijiet bħal mi piace l’Italia; abito a…; vengo da…; da dove vieni?; dove abiti/vivi?
6] Kapaċi ngħid liema mezz ta' trasport neħtieġ biex nivvjaġġa għal pajjiżi oħrajn bl-użu ta' frażijiet bħal prendere l'aereo; viaggiare in treno.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Kapaċi nikteb test qasir dwar Malta u/jew l-Italja. 
 IL-KITBA
8] Kapaċi nifhem test li fih hija deskritta belt.   
9] F'kollaborazzjoni ma' oħrajn, kapaċi nipprepara poster/preżentazzjoni bil-power point dwar Malta u/jew pajjiż ieħor. 
 IL-KOLLABORAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ħajja f'Saħħitha

1] Kapaċi ngħid x'inhuma partijiet tal-ġisem differenti. 
2] Kapaċi ngħid jekk qed iħossni ħażin bl-użu ta' espressjonijiet bħal mi fa male lo stomaco, la testa...
3] Kapaċi nistaqsi u nirrispondi mistoqsijiet dwar kif oħrajn iħossuhom bl-użu ta' espressjonijiet bħal Come stai? Stai bene?
4] Kapaċi nifhem meta oħrajn jgħiduli x'għandhom ħażin.
5] Kapaċi nitħaddet dwar sport/eżerċizzji fiżiċi differenti li nagħmel biex nibqa' f'saħħti. 
6] Kapaċi nifhem testi sempliċi dwar sport u eżerċizzju fiżiku.  
7] Kapaċi nitħaddet dwar jew nikteb test sabiex nuri liema tip ta' sport nipprattika sabiex inżomm f'saħħti.  
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Midja u t-Teknoloġija

1] Kapaċi naqra informazzjoni bażika dwar in-nies fuq forum/blog tal-internet, f'emails u fuq il-midja soċjali. 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
2] Kapaċi nuża dizzjunarju bilingwi onlajn.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
3] Kapaċi nuża t-teknoloġija, inkluż l-internet, sabiex ningħaqad ma' oħrajn u sabiex napprezza l-kulturi, il-perspettivi u opinjonijiet differenti tagħhom.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
4] Kapaċi nuża vokabolarju bażiku relatat mat-teknoloġija, eż. computer, stampante, cellulare, email.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: It-Triq għall-Italja

1] Kapaċi nidentifika r-reġjuni u l-bliet ewlenin tal-Italja fuq mappa u niddeskrivihom fil-qosor lil xi ħadd li jixtieq imur l-Italja. 
2] Kapaċi nirreferi għall-fatt li fi ħdan il-konfini nazzjonali tal-Italja hemm żewġ stati indipendenti, jiġifieri l-Belt tal-Vatikan u San Marino.
3] Kapaċi nispjega l-importanza tal-Belt tal-Vatikan minn perspettiva reliġjuża, anke billi nikkunsidra dan fid-dawl tat-tradizzjonijiet kulturali u reliġjużi Maltin.
4] Kapaċi nagħraf u nitħaddet dwar mezzi ta' trasport differenti użati biex tivvjaġġa bejn bliet fl-Italja, kif ukoll dawk użati biex tivvjaġġa minn post għal ieħor. 
5] Kapaċi nuri li jien kapaċi nippjana żjara f'waħda mill-ibliet ewlenin fl-Italja. 
6] Kapaċi nitħaddet fil-qosor dwar il-bliet ta' Milan, Ruma, Napli u Turin, u l-postijiet ta' interess tagħhom. 
7] Kapaċi nitħaddet dwar Sqallija bħala gżira li hija qrib Malta u nqabbel it-tradizzjonijiet taż-żewġ gżejjer.




Agħti r-rispons tiegħek hawn