Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 3. L-artiġjanat bħala negozju
L-Artiġjanat
Learning Outcome: 1. Naf l-istrateġiji tar-riċerka u d-disinn għal negozju tal-artiġjanat sostenibbli.


Strateġiji: eż. disinn orjentat lejn il-klijent u l-prodott, pożizzjonar u skop tal-prodott, teknoloġiji tal-integrar, disinn għas-sostenibilità u l-innovazzjoni, integrar tal-marka u l-immaġni, l-iżvilupp tal-lingwa tad-disinn, ottimizzazzjoni tal-prodott u tal-proċessi, id-direzzjoni mill-ġdid taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, allinjament mill-ġdid tad-disinn u n-negozju.

Għodod għar-riċerka tas-suq: eż. Google Insight, stħarriġ, kwestjonarji, ittestjar tal-konsumatur, statistika ppubblikata, demografika tan-negozju;
Importanza: eż. identifikar tax-xejriet, kompetituri, id-distakk fis-suq, informazzjoni dwar opportunitajiet, żviluppi sostenibbli.

Kif industriji tal-artiġjanat qed jindirizzaw ix-xejra kurrenti tas-suq: eż. titjib tal-appell tal-prodott permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni, titjib tal-proċessi tal-produzzjoni, funzjonalità u ergonomija, kwalitajiet estetiċi, aġġustament tas-sostenibilità u l-vijabilità skont id-domanda tal-klijenti, l-ekonomija u l-ambjent billi jitnaqqsu l-ispejjeż u l-iskart.
Learning Outcome: 2. Kapaċi niżviluppa prodott tal-artiġjanat adattat għal negozju/intrapriża vijabbli.


Teknoloġiji/għodod diġitali: softwer, apps, kameras, scanners u printers, magni kompjuterizzati;
Kapaċitajiet: irriċerka u interpreta; oħloq, ippreżenta, indika u mmanipula; esperimenta u pproduċi; ippromwovi u bigħ.


Passi: riċerka biex issib il-miri; il-ġenerazzjoni tal-ideat għall-innovazzjoni u l-oriġinalità; analiżi għall-identifikazzjoni tal-punti b'saħħithom u dawk dgħajfin; l-iżvilupp tad-disinn għat-titjib u l-irfinar; testjar u evalwazzjoni għas-soluzzjoni ta' problemi; ippjanar u preparazzjoni għall-ogħla effiċjenza; branding u kummerċjalizzazzjoni għal suċċess finanzjarju; aġġornament u titjib kontinwu għaż-żamma tal-kompetittività; kura tal-klijent effiċjenti għall-kisba ta' reputazzjoni tajba; stħarriġ tal-konsumaturi għall-iżgurar tas-sodisfazzjon tal-klijent.


Intenzjonijiet: irriċerka u identifika s-suq fil-mira; iġġenera u żviluppa ideat; ikkomunika u ppromwovi ideat tad-disinn; esperimenta u pproduċi artefatt.


Iddisinja u pproduċi prodott/negozju vijabbli: riċerka u analiżi tad-disinn adattat; pjanijiet ċari u żviluppi tad-disinn għal prodott/negozju vijabbli; rappreżentazzjonijiet grafiċi preċiżi permezz tat-teknoloġija; is-soluzzjoni ta' problemi permezz ta' testijiet u esperimenti; l-użu ta' metodi tal-produzzjoni b'ħila u b'mod responsabbli.
Learning Outcome: 3. Naf kif inwaqqaf negozju/intrapriża tal-artiġjanat vijabbli.


Intrapriża: eż. esibizzjonijiet, tagħlim, workshop, ħanut, fieri, servizzi, servizzi ta' produzzjoni personalizzata;
Negozju: self-employed, freelance, sole trader, sħubija jew kumpanija limitata.


Passi: riċerka tas-suq, pjan tan-negozju, premises, fornituri, liġijiet u regolamenti, kisba tal-finanzi, kummerċjalizzazzjoni, tassazzjoni, assigurazzjoni, kontabilità.


Ħtiġijiet: eż.
-dokumentazzjoni importanti meħtieġa għall-banek u entitajiet governattivi;
-entitajiet governattivi li huma importani tikkuntattjahom;
-il-liġijiet u l-leġiżlazzjonijiet li huma importanti ssegwi: eż. is-saħħa u s-sigurtà, copyright, il-protezzjoni tad-dejta;
-Kif issib u timla dokumenti: pjanijiet kummerċjali, formoli tat-taxxa, kontijiet.


Passi: kun af is-suq fil-mira; ikteb dikjarazzjoni tal-missjoni t-tajba; oħloq slogan/isem interessanti; uża viżwali adattati; logo/ikona; protezzjoni tal-identità; bini ta' reputazzjoni tajba; immaniġġjar u aġġornament tal-marka; ġbir u rispons għall-feedback; ibqa' kompetittiv/a.


Strateġiji: reklamar bil-posta; websajt; interazzjonijiet interpersonali; midja soċjali; użu ta' attivitajiet; telefonati; reklami fuq it-televiżjoni u r-radju; fuljetti stampati; pay-per-click; punt tal-bejgħ.


Kummerċjalizzazzjoni tal-marka eż.
- suq fil-mira;
-strateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni;
- għażliet tad-disinn: eż. stil, tqassim, fonts, kliem, kuluri u tekniki użati għall-branding/kummerċjalizzazzjoni;
-effikaċja tal-ispiża;
-reputazzjonijiet;
-abilità li tkun aġġornat;
-abilità li żżomm il-klijent sodisfatt.

Elementi formali: eż. linja, kulur, tip, forma, proporzjon, tessut, spazju;
Prinċipji tad-disinn: eż. repetizzjoni, bilanċ/simetrija, enfasi, kuntrast, mudell, unità u armonija, varjetà.

Materjali: eż.
-fuħħar/ċeramika: eż. uċuħ/fittings, dekorattiv;
-ibbażati fuq l-injam/il-pjanti: eż. għamara, strutturali;
-ġojjellerija/beadwork: oġġetti dekorattivi, soft furnishings;
-lavur: eż. strutturali, dekorattiv;
-oġġetti tal-ħġieġ: eż. twieqi, dekorattiv;
-xogħol tal-metall: eż. puġġamani/strutturali, arredamenti/fittings;
-ħwejjeġ/tessuti: eż: ħwejjeġ tax-xogħol, soft furnishings;
- parċmina/karta: eż. koperturi/skrins, dekorattiv.
Karatteristiċi u propjetajiet: eż. flessibilità, iżolatur/konduttur, malleabilità, kompressjoni, tensjoni, elastiċità, reżistenza/durabilità, kwalitajiet ottiċi/estetiċi, ergonomija, adattat għall-iskop.

Ambjenti: spazju għal esibizzjoni jew klassi jew ħanut jew uffiċċju.
Kunsiderazzjonijiet tad-disinn intern: eż. sejba ta' premises, materjal prattiku, arredamenti u tagħmir meħtieġ, disinn tal-ispazju u tat-tqassim, elementi u prinċipji tad-disinn ta' ġewwa, dawl adattat, fatturi tal-ergonomija, disinn għal spazji pubbliċi/tax-xogħol, leġiżlazzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà, kunsiderazzjonijiet tad-disinn bħall-funzjonalità, spejjeż finanzjarji u restrizzjonijiet oħra.


In-negozju/l-intrapriża tista' tkun: esibizzjoni jew fiera jew ħanut onlajn jew websajt.
Xogħol kollaborattiv: iddiskuti u aħdem ma' ħaddieħor; uri li inti responsabbli; aħseb fi u rrispetta lill-oħrajn; ikkontribwixxi għax-xogħol u d-diskussjonijiet kollha fi grupp; ikkontribwixxi għall-proġett f'kull stadju; ikkomunika tajjeb; wettaq responsabilitajiet individwali; imxi mar-regoli u r-regolamenti; uri xi indipendenza u inizjattiva; spiċċa l-proġett.


Proġetti jistgħu jkunu: eż. Mudelli tad-disinn ta' ġewwa li juru l-marka f'diversi modi jew il-ħolqien ta' materjal stampat jew materjal diġitali promozzjonali/ta' kummerċjalizzazzjoni.
Xogħol kollaborattiv: iddiskuti u aħdem ma' ħaddieħor; uri li inti responsabbli; aħseb fi u rrispetta lill-oħrajn; ikkontribwixxi għax-xogħol u d-diskussjonijiet kollha fi grupp; ikkontribwixxi għall-proġett f'kull stadju; ikkomunika tajjeb; wettaq responsabilitajiet individwali; imxi mar-regoli u r-regolamenti; uri xi indipendenza u inizjattiva; spiċċa l-proġett.