Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 2. Ħiliet artiġjanali kreattivi minn influwenzi kontemporanji u globali

L-Artiġjanat





Learning Outcome: 1. Naf il-fatturi esterni li jinfluwenzaw l-artiġjanat fis-suq globali.

1. Kapaċi nidentifika d-differenzi kulturali f'oqsma artiġjanali speċifiċi.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
Differenzi kulturali f'oqsma artiġjanali speċifiċi:
- Afrikan: eż. intaljar tal-injam, insiġ, batik, tie dye;

- Indjan: eż. xogħol tal metall (Bidriware, Dokra), tessuti (banjara, ikat, narsapur), intaljar fil-ġebel; ġojjellerija;
-
Ċiniż: eż. ċeramiki (porċellana), sengħa tal-karti, xogħol tal-injam (lacquerware), xogħol tal-bronż;
-L-Amerika t'Isfel: eż. tessut maħdum mis-suf u minsuġ (dendil tal-ħajt Messikani), ċeramika/fuħħar, xogħol tal-injam u tal-qfief (strumenti mużikali), ġojjellerija;
-Għarbi: eż. tessuti u xogħol tal-ġilda (twapet Persjani), xogħol tal-metall/inċiżjoni Marokkin, tinqix fil-ġebel/ġibs (stucco), instarsji tal-injam (Taracea).  
2. Kapaċi nidentifika kif fatturi esterni influwenzaw xejriet artiġjanali kurrenti.
Fatturi esterni (analiżi PESTLE): Politiċi, Ekonomiċi, Soċjali, Teknoloġiċi, Legali, Ambjentali.
Xejriet artiġjanali: eż. stil tad-disinn, metodi tal-produzzjoni, materjali, tagħmir, sostenibilità, ekonomija, domanda tal-konsumatur, teknoloġija.
 
1. Kapaċi niddiskuti kif fatturi esterni jistgħu jiżviluppaw oqsma artiġjanali fil-futur.



Learning Outcome: 2. Kapaċi nifhem karrieri artiġjanali fis-suq globali.

3. Kapaċi niddeskrivi kif nagħmel negozju artiġjanali ta' suċċess fis-suq globali kurrenti.
Negozju artiġjanali ta' suċċess: eż. għażliet ta' prodotti/servizzi, branding, kummerċjalizzazzjoni, riċerka tas-suq, domanda tal-konsumatur, analiżi SWOT.
 
4. Kapaċi nidentifika r-rekwiżiti tax-xogħol għal firxa ta' karrieri fl-artiġjanat fis-suq globali.
KONJITTIV
Rekwiżiti tax-Xogħol:
-kwalifiki: eż. diploma, degree, masters;
-esperjenza: eż. esperjenza ta' softwer tal-kompjuter, esperjenza f'ambjenti ta' xogħol simili, esperjenza fl-operat tal-magni;
-ħiliet: eż. ħiliet lingwistiċi, komunikazzjoni viżiva/bit-tpinġija, ħiliet kreattivi.
-ħiliet trasferibbli: eż. ħiliet ta' komunikazzjoni verbali, ħiliet organizzattivi/ħiliet amministrattivi, ħiliet tal-awtoġestjoni. 
2. Kapaċi niddiskuti opportunitajiet ta' karrieri futuri tiegħi fis-suq globali tal-artiġjanat. 
PRATTIKA



Learning Outcome: 3. Naf il-karatteristiċi u l-propjetajiet fil-materjali u t-tagħmir. 

5. Kapaċi niddeskrivi kif il-prattika tal-artiġjanat kontemporanju impatta l-ambjent.
NITGĦALLEM KIF
Impatt fuq l-ambjent: eż. konsum, ħala, użu ta' riżorsi naturali, prodotti sekondarji, kwantitajiet, daqs, materjali, karburanti, enerġija. 
6. Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi u l-propjetajiet ta' materjali u għodod moderni użati fid-dixxiplina tal-artiġjanat.
-dixxiplini tal-artiġjanat: fuħħar/ċeramika, ibbażati fuq l-injam/il-pjanti, ġojjellerija/beadwork, lavur, oġġetti tal-ħġieġ, ħwejjeġ/tessuti, xogħol tal-metall, parċmina/karta;
-karatteristiċi u propjetajiet: eż. flessibilità, inżolatur/konduttur, malleabbli, kompressjoni, tensjoni, elastiċità, saħħa/durabilità, kwalitajiet ottiċi/estetiċi, ergonomija, adattat għall-iskop.
3. Kapaċi nispjega għażliet differenti biex nirriproduċi artefatt.
KONJITTIV
Għażliet: materjali, tagħmir, tekniki li jistgħu jintużaw.



Learning Outcome: 4. Kapaċi niżviluppa ideat kreattivi u innovattivi fl-artiġjanat.

7. Kapaċi niddeskrivi kif tekniki tal-iżvilupp ta' idea fil-proċess tad-disinn jista' jtejjeb l-innovazzjoni.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
Tekniki tal-tal-iżvilupp ta' ideat: eż. brainstorming viżwali, storyboards, teknika SCAMER, lista tal-attributi, ħsieb bil-maqlub, diskussjonijiet kollaborattivi, teknika ta' żewġ kpiepel, immudellar simulatorju, analiżi u riflessjoni. 
8. Kapaċi niddeskrivi l-elementi u l-prinċipji tad-disinn f'eżempji tal-artiġjanat.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
Elementi formali: eż. linja, kulur, tip, forma, proporzjon, tessut, volum;
Prinċipji tad-disinn: eż. repetizzjoni, bilanċ/simetrija, enfasi, kuntrast, xejriet, unità u armonija, varjetà. 

1. Kapaċi niżviluppa firxa ta' ideat kreattivi b'mod sigur, billi nsegwi l-proċess tad-disinn.
PRATTIKA
L-ideat juru kunsiderazzjonijiet għal: xejriet kurrenti, analiżi PESTLE, elementi u prinċipji, adattat għall-iskop, tekniki adattati, materjali u tagħmir;
Isegwi proċessi ta': jagħmel biżżejjed riċerka; jiġġenera l-ideat personali permezz ta' tekniki differenti; isegwi proċessi adattati tad-disinn; isolvi l-problemi tagħhom proprji b'mod xieraq; jipproduċi ideat kreattivi u jagħmel deċiżjonijiet tad-disinn b'mod indipendenti.



Learning Outcome: 5. Naf il-proċessi tad-disinn u l-produzzjoni.

9. Kapaċi niddeskrivi l-użu tat-teknoloġiji disponibbli bħalissa.
Teknoloġiji Kurrenti:
- printers 3D;

- laser cutters;
- preses kompjuterizzati;
- rapid prototyping;
-softwer CAD/CAM: eż. Inventor, 3DS max, Cinema 4D, Photoshop, Sketch up. 
4. Kapaċi niddiskuti l-impatt ta' teknoloġiji li qed jiġu żviluppati fuq l-artiġjanat tal-futur.
Impatt: eż. ħiliet, metodi tal-produzzjoni, ħinijiet tal-produzzjoni, spejjeż, negozju, karrieri, sostenibilità, suq, kwalità, kwantità. 
10. Kapaċi niddeskrivi kif nipprepara dokumentazzjoni tal-ippjanar differenti għall-produzzjoni.
TAGĦLIM KONJITTIV
Dokumentazzjoni: dokumenti tal-ispeċifikazzjoni tad-disinn, disinji tekniċi, pjanijiet f'dimensjoni, dokumenti tal-ispejjeż tal-materjali u tat-tagħmir, assessjar tar-riskju tas-saħħa u s-sigurtà.



Learning Outcome: 6. Naf kif insegwi l-proċessi tad-disinn biex nipproduċi artefatti li huma innovattivi u vijabbilment sostenibbli.

5. Kapaċi niddiskuti l-ideat tad-disinji tiegħi permezz ta' analiżi SWOT.
KONJITTIV
Analiżi SWOT:
-prattikalitajiet/adattat għall-iskop;

-materjali, tagħmir u tekniki adattati;
-estetika, innovazzjoni u sostenibilità;
-vijabilità għal swieq globali preżenti u futuri, kunsiderazzjoni ta' kwistjonijiet kulturali, soċjali, ekonomiċi, etiċi u ambjentali. 

2. Kapaċi nipproduċi rappreżentazzjonijiet grafiċi biex nikkomunika ideat kreattivi tad-disinnji.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
Rappreżentazzjonijiet Grafiċi:
-grafika eż. id-disinji juru l-użu ta' softwer diġitali u tekniki grafiċi;

-kreattività u innovazzjoni murija;
-ħtiġijiet tal-materjali u tagħmir elenkati;
-dimensjonijiet immarkati preċiż;
-finitura estetika eż. kuluri u tip tat-tessut. 

3. Kapaċi nsegwi l-proċeduri adattati biex nipproduċi firxa ta' artefatti kreattivi b'mod sigur.
PRATTIKA
Proċeduri adattati: uża dokumenti tal-ispeċifikazzjoni tad-disinn; kejl preċiż; ippjana l-ammont tal-materjal u l-ispejjeż meħtieġa; organizzazzjoni tajba; soluzzjoni tal-problemi; lest b'mod kompetenti; biċċiet funzjonali; standards tajbin; uża l-ħiliet li tgħallimt; segwi s-saħħa u s-sigurtà.




Agħti r-rispons tiegħek hawn