Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet
L-Ekonomija > LEVEL 10
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifformula u nesegwixxi diffikultajiet fl-aspetti tad-dinja kontemporanja billi nuża kunċetti umanistiċi u forom ta' raġunar biex niżviluppa, nestendi u norganizza l-għerf u l-fehim. Kapaċi nevalwa u nifformula fehim tal-linja tal-produzzjoni possibli u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ekonomiku. Kapaċi nuża t-tagħlim tiegħi fl-istudji umanistiċi biex jgħinuni nispjega l-proċess tal-bidla u l-iżvilupp kemm fil-passat u kemm fil-preżent u biex nirrefletti fuq żviluppi possibbli fil-futur.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskarsezza u l-Allokazzjoni tar-Riżorsi
1] Kapaċi nirriċerka u nanalizza materjal b'każijiet ekonomiċi biex nivvaluta l-implikazzjonijiet ambjentali tad-diversi allokazzjonijiet tar-riżorsi fil-produzzjoni ta' prodotti / provvista ta' servizz.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nirriċerka r-raġunijiet għall-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millenju u nevalwa l-punt tal-kisba tagħhom.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nirriċerka r-raġunijiet għall-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millenju u nevalwa l-punt tal-kisba tagħhom.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-fehim tiegħi fid-dixxiplini tal-komponenti tal-istudji umanistiċi biex nillokalizza, nagħżel, nevalwa, u nirraġuna dejta li għandha x'taqsam ma' kwistjonijiet kontemporanji u biex nuża l-iżvilupp tal-fehim tiegħi fl-istudji umanistiċi biex nillokalizza dawn il-kwistjonijiet f'kuntesti storiċi, ġeografiċi u relatati usa'.
L-Aspett tas-Suġġett: Is-swieq
1] Kapaċi nistaqsi fuq diversi livelli ta' ċertezzi li jinkludu kurvi tad-domanda individwali u nidentifika l-utilità ta' mistoqsija ta' dan it-tip għan-negozji li qed jipproġettaw id-domanda tal-konsumatur tagħhom.
KONJITTIVA
2] Kapaċi niddetermina l-veloċità li biha s-suq kapaċi jirritorna f'ekwilibriju.
3] Kapaċi nispjega l-importanza tal-elastiċità tal-prezz tad-domanda f'sitwazzjonijiet partikolari u l-impatt fuq id-dħul tal-produttur.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif is-suġġetti umanistiċi jistgħu jgħinuni niżviluppa għarfien fil-kwistjonijiet morali u etiċi u fid-diversi modi kif dawn il-kwistjonijiet ġew mifhuma, kemm fil-passat u kemm fil-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Inugwaljanza
1] Kapaċi niddiskuti għala d-dħul huwa mqassam b'mod li mhux indaqs bejn pajjiżi żviluppati u li qed jiżviluppaw.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-kunċetti umanistiċi biex jgħinuni nesplora kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali kontemporanji u relatati u biex naħseb fi sfidi u opportunitajiet li dawn il-kwistjonijiet joħolqu.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Falliment tas-Suq
1] Kapaċi nanalizza studji tal-każijiet biex nifhem il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-modi bbażati fuq is-suq kontra dawk ibbażati fuq il-liġijiet biex jiġi ttrattat il-falliment tas-suq.
2] Kapaċi niddibatti s-sinifikat tal-falliment tas-suq fil-kuntest ta' ekonomija ddominata minn imġiba ta' suq ħieles u l-isfruttament ta' pajjiżi inqas żviluppati.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi niddibatti s-sinifikat tal-falliment tas-suq fil-kuntest ta' ekonomija ddominata minn imġiba ta' suq ħieles u l-isfruttament ta' pajjiżi inqas żviluppati.
NITGĦALLEM KIF
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nuża l-fehim tiegħi fil-kwistjonijiet umanistiċi biex ninforma l-ħsieb tiegħi fuq kif għandi nsolvi l-problemi fil-ħajja ta' kuljum f'kuntesti lokali u biex ngħin lili nnifsi naħseb fuq sfidi akbar fl-iskala globali.
L-Aspett tas-Suġġett: Kif Taħdem l-Ekonomija
1] Kapaċi ninvestiga jekk il-gvern huwiex jirridistriwixxi il-ġid b'mod sew u ġust, b'attenzjoni speċjali għall-kategoriji vulnerabbli.
2] Kapaċi nevalwa l-gravità ta' defiċit jew is-surplus b'referenza għal fatturi oħra e.ż. nuqqas temporanju fid-domanda tal-pajjiżi klijenti ewlenin.
KONJITTIVA
2] Kapaċi nevalwa l-gravità ta' defiċit jew is-surplus b'referenza għal fatturi oħra e.ż. nuqqas temporanju fid-domanda tal-pajjiżi klijenti ewlenin.
KONJITTIVA
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif l-istudji umanistiċi jistgħu jgħinuni nirrifletti fuq kwistjonijiet ta' identità u diversità f'kuntesti Maltin, Ewropej u dawk globalment usa' u kif dawn il-kuntesti jistgħu jkunu jinterrelataw u jinteraġixxu flimkien.
L-Aspett tas-Suġġett: Tibdil fil-Makroekonomija
1] Kapaċi nidentifika l-limitazzjonijiet tal-PDG reali per capita waqt li niġġudika l-prestazzjoni tal-ekonomiji.
2] Kapaċi nanalizza t-tentattivi tal-gvern biex jistabilixxi l-attività ekonomika billi jimplementa politka fiskali, waqt li jżomm f'moħħu l-possibiltà għall-kompromess eżempju bejn ix-xewqa biex jittejjeb it-tkabbir u x-xewqa biex id-dejn tal-gvern jinżamm taħt kontroll.
3] Kapaċi nispjega l-kunflitti biex jintlaħqu l-miri makro-ekonomiċi e.ż. Kapaċi nispjega l-kompromess bejn l-inflazzjoni u l-qgħad.
4] Kapaċi nevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta' munita waħda bħalma hi l-ewro.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif is-suġġetti umanistiċi jistgħu jgħinuni niżviluppa għarfien f'kwistjonijiet morali u etiċi u fil-modi differenti kif dawn il-kwistjonijiet ġew mifhuma kemm fil-passat u kemm fil-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Produzzjoni, l-Ispejjeż u l-Effiċenza
1] Kapaċi niddiskuti li t-tnaqqis tal-ispejjeż m'għandux jiġi mill-isfruttament ta' xogħol bl-irħis jew b'detriment għall-kummerċ ġust.
NITGĦALLEM KIF