Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Ekonomija > LEVEL 9





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifformula u nesegwixxi diffikultajiet fl-aspetti tad-dinja kontemporanja billi nuża kunċetti umanistiċi u forom ta' raġunar biex niżviluppa, nestendi u norganizza l-għerf u l-fehim. Kapaċi nevalwa u nifformula fehim tal-linja tal-produzzjoni possibli u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ekonomiku. Kapaċi nuża t-tagħlim tiegħi fl-istudji umanistiċi biex jgħinuni nispjega l-proċess tal-bidla u l-iżvilupp kemm fil-passat u kemm fil-preżent u biex nirrefletti fuq żviluppi possibbli fil-futur.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskarsezza u l-Allokazzjoni tar-Riżorsi

1] Kapaċi nispjega għala s-sostenibbiltà tar-riżorsi hija għan ambjentali u ekonomiku importanti. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 

2] Kapaċi nispjega kif is-sostenibbiltà tar-riżorsi tista' tiġi miksuba, kif ukoll il-limitazzjonijiet li jżommuha milli sseħħ. 
 NITGĦALLEM KIF

3] Kapaċi nispjega l-irwol tas-swieq fl-allokazzjoni tar-riżorsi ma' dak li ddeskriva Adam Smith bħala "l-id inviżibbli".
 Il-KITBA

4] Kapaċi nirrelata l-iskarsezza mal-inugwaljanza i.e. għalkemm riżorsi speċifiċi huma skarsi, id-dinja tipproduċi ħafna ikel u ilma biex ngħaddu sew, għalhekk l-iskarsezza li qegħdin jaffaċċjaw miljuni ta' nies, għandha tintrabat mal-inugwaljanza.
 KONJITTIVA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-fehim tiegħi fid-dixxiplini tal-komponenti tal-istudji umanistiċi biex nillokalizza, nagħżel, nevalwa, u nirraġuna dejta li għandha x'taqsam ma' kwistjonijiet kontemporanji u biex nuża l-iżvilupp tal-fehim tiegħi fl-istudji umanistiċi biex nillokalizza dawn il-kwistjonijiet f'kuntesti storiċi, ġeografiċi u relatati usa'.

L-Aspett tas-Suġġett: Is-swieq

1] Kapaċi napplika l-kunċett tal-mekkaniżmu tal-prezz fuq kwistjonijiet differenti bħalma huma s-suq tal-bini, is-suq agrikolu, is-suq tax-xogħol u s-suq tar-rati tal-kambju. 
2] Kapaċi nidentifika t-tipi differenti ta' elastiċità tad-domanda kawża ta' ċaqliq fil-prezz i.e. relattivament elastika, relattivament inelastika, elastiċità unitarja, elastiċità perfetta, inelastiċità perfetta, u d-determinanti tal-elastiċità tal-prezz tad-domanda.
3] Kapaċi nidentifika l-użu ta' prezz minimu b'rabta mas-suq tax-xogħol u l-użu tal-prezz massimu mal-liġijiet tal-kiri preċedenti



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif is-suġġetti umanistiċi jistgħu jgħinuni niżviluppa għarfien fil-kwistjonijiet morali u etiċi u fid-diversi modi kif dawn il-kwistjonijiet ġew mifhuma, kemm fil-passat u kemm fil-preżent.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Inugwaljanza

1] Kapaċi nispjega xejriet riċenti ta' inugwaljanza akbar fid-dħul u fil-ġid fost il-pajjiżi.
 NITGĦALLEM KIF

2] Kapaċi nispjega t-tnaqqis fl-inugwaljanza bejn il-pajjiżi minħabba r-rati ogħla fit-tkabbir tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
NITGĦALLEM KIF




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-kunċetti umanistiċi biex jgħinuni nesplora kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali kontemporanji u relatati u biex naħseb fi sfidi u opportunitajiet li dawn il-kwistjonijiet joħolqu. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Falliment tas-Suq

1] Kapaċi nsemmi eżempji li għandhom x'jaqsmu ma' politika tal-gvern li jfittxu li jindirizzaw l-impatt estern kemm negattiv kif ukoll posittiv.
2] Kapaċi nispjega għala l-gvernijiet jipprovaw isewwu dawn "il-fallimenti tas-suq" permezz ta' multi / taxxi / sussidji fi sforz biex tiġi promossa prospettiva pożittiva fl-importanza tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nuża l-fehim tiegħi fil-kwistjonijiet umanistiċi biex ninforma l-ħsieb tiegħi fuq kif għandi nsolvi l-problemi fil-ħajja ta' kuljum f'kuntesti lokali u biex ngħin lili nnifsi naħseb fuq sfidi akbar fl-iskala globali.

L-Aspett tas-Suġġett: Kif Taħdem l-Ekonomija

1] Kapaċi nispjega ċ-ċaqliq ta' flus bejn il-familji u negozji fi ħdan ekonomija magħluqa u l-kunċett ta' dħul ta' flus lejn u ħrug ta' flus mill-ekonomija. 
2] Kapaċi nispjega li f'ekonomija miftuħa hemm tliet forom ta' d
ħul ta' flus u tliet forom ta' ħrug ta' flus u li l-bilanċ jirriżulta fi stat ta' ekwilibriju.
3] Kapaċi nevalwa l-implikazzjonijiet tal-iżbilanċi bejn id-dħul ta' flus u l-ħrug ta' flus li jistgħu jirriżultaw fi tkabbir ekonomiku jew reċessjoni ekonomika. 
4] Kapaċi nispjega l-esportazzjoni u l-importazzjoni, li l-bilanċ bejniethom jiddetermina l-Bilanċ tal-Pagamenti tal-pajjiż u nikkalkula l-eċċess jew id-defiċit fil-kont kurrenti tal-Bilanċ tal-Pagamenti. 

 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI 
5] Kapaċi niddiskuti l-fatturi li jiddeterminaw il-kompetittività internazzjonali e.ż. l-ispeċjalizzazzjoni fi ħdan industrija partikolari, fatturi ġeografiċi u l-impatt tal-kompetittività kemm fuq l-esportazzjoni, kif ukoll l-importazzjoni.
 IL-KITBA
6] Kapaċi nidentifika l-għanijiet prinċipali tal-UE. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif l-istudji umanistiċi jistgħu jgħinuni nirrifletti fuq kwistjonijiet ta' identità u diversità f'kuntesti Maltin, Ewropej u dawk globalment usa' u kif dawn il-kuntesti jistgħu jkunu jinterrelataw u jinteraġixxu flimkien.

L-Aspett tas-Suġġett: Tibdil fil-Makroekonomija

1] Kapaċi niddistingwi bejn PDG nominali, PDG reali, l-użu tal-PDG reali per capita u nuża miżuri ta' PDG reali per capita biex nevalwa l-prestazzjoni tal-ekonomiji skont iż-żmien u l-pajjiżi.
2] Kapaċi nidentifika u nispjega kawżi possibbli ta' tkabbir ekonomiku kif ukoll limitazzjonijiet possibbli fuq it-tkabbir f'tul qasir u twil taż-żmien eż. l-influwenzi fuq tkabbir għandhom jinkludu n-nefqa tal-investimenti, il-bidla fil-produttività u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-tħarriġ. 
NITGĦALLEM KIF
3] 
Kapaċi nidentifika ċ-ċikli ekonomiċi mit-tibdil fil-PDG reali. 
4] Kapaċi nispjega tipi differenti ta' qgħad e.ż. frizjonali, strutturali, staġonali, tal-paga reali u ċikliku u nissuġġerixxi politka differenti biex kull wieħed jitnaqqas.
5] Kapaċi nispjega kif l-inflazzjoni hija mkejla bl-Indiċi tal-Prezz bl-Imnut (RPI) u d-diffikultajiet bażiċi b'dan il-kejl.

6] Kapaċi nanalizza varjetà ta' għażliet politiċi disponibbli biex jinkisbu l-miri makro-ekonomiċi, li jinkludu politka monitarja u fiskali, 'supply-side policies' u politki tad-dħul u nidentifika l-irwol tal-BĊE fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-politika monetarja biex tinżamm l-istabiltà tal-prezzijiet.
7] Kapaċi nanalizza l-effett tat-tibdil fir-rata tal-kambju fil-prezz relattiv tal-prodotti u s-servizzi li jikkummerċjaw il-pajjiżi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif is-suġġetti umanistiċi jistgħu jgħinuni niżviluppa għarfien f'kwistjonijiet morali u etiċi u fil-modi differenti kif dawn il-kwistjonijiet ġew mifhuma kemm fil-passat u kemm fil-preżent.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Produzzjoni, l-Ispejjeż u l-Effiċenza


1] Kapaċi niddeskrivi r-relazzjoni bejn tipi differenti ta' kontibut tar-riżorsi għal tul ta' żmien kemm twil, kif ukoll qasir i.e. il-Liġi tat-Tnaqqis kontribut tar-riżorsi u kontribut tar-riżorsi fl-Iskala u nispjega l-forma tal-kurva tal-produzzjoni u tal-ispejjeż għaż-żmien qasir.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
2] Kapaċi nispjega l-vanta
ġġi u l-iżvantaġġi ta' tkabbir fin-negozju.
 NITGĦALLEM KIF




Agħti r-rispons tiegħek hawn