Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni għad-Demokrazija / L-Umanitajiet
L-Istudji Ambjentali > LEVEL 10
L-Aspett tas-Suġġett: L-ilma
1] Kapaċi nipproponi miżuri bl-għan li r-riżorsi tal-ilma jkunu mmaniġġjati b'mod sostenibbli.
KONJITTIVA
2] Kapaċi nirriċerka l-modi tal-konservazzjoni tal-ilma li ntużaw minn missirijietna u nipproponi adattamenti għall-użu tagħhom illum il-ġurnata.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
3] Kapaċi nirrelata l-kwalità tal-ġbir tal-ilma tax-xita ma' diversi fatturi, eż. il-kwalità tal-arja, il-gassijiet differenti li jwasslu għal xita aċiduża u l-grad ta' indafa jew in-nuqqas tagħha tal-uċuħ, sakemm ma jintużawx sistemi ta' filtrazzjoni.
KONJITTIVA
4] Kapaċi ninvestiga l-inħawi ta' riżorsi lokali tal-ilma, bħall-ħażna naturali tal-ilma ta' fuq it-tafal, u nagħmel testijiet sempliċi biex niddetermina l-kwalità tal-ilma ħelu mtella'.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
5] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku d-data aċċessibbli dwar il-konsum tal-ilma u nipproponi aktar prattiċi sostenibbli għal setturi individwali.
NITGĦALLEM KIF

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum

2] Kapaċi niddiskuti kif il-ħtieġa għar-riżorsi tista' twassal għal kunflitt/gwerra u instabilità billi nagħti eżempji storiċi, eż. l-importanza li kellha Malta bħala bażi militari jew l-evoluzzjoni tal-Komunità Ewropea.

3] Kapaċi ninvestiga u nuri kif għażliet differenti għandhom effetti differenti fuq il-bijosfera, eż. permezz tal-marka tal-karbonju, l-impatt fuq l-ilma jew fuq l-ekoloġija.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Agrikultura

1] Kapaċi nindika kif il-prodotti Maltin inbidlu matul is-snin biex iwieġbu għad-domanda.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Enerġija
1] Kapaċi nesplora l-implikazzjonijiet possibbli tat-teknoloġija rinnovabbli fuq il-bijodiversità.
IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nirrelata l-ħtiġijiet attwali tal-enerġija u l-impatt tagħhom fuq it-tibdil fil-klima globali. Kapaċi niddiskuti l-istrateġija adottata minn Malta biex tassigura l-provvista tal-enerġija permezz ta' taħlita diversifikata ta' enerġija.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nqabbel l-istat attwali tal-enerġija f'Malta mal-obbligi li għandha biex tilħaq il-miri sal-2020.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Industrija

2] Kapaċi nindika metodi fuq l-aħjar użu/użu mill-ġdid tal-iskart tal-kostruzzjoni.

4] Kapaċi nanalizza r-Responsabbiltà Korporattiva u Soċjali (RKS) ta' kumpanija lokali u nassessja l-effettività tagħha.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Iskart

2] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku d-dokumenti ta' politika għat-tnaqqis tal-iskart u l-immaniġġjar tal-iskart u nibni opinjoni fuq l-effettività tagħhom.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Mobilità
1] Kapaċi nispjega kif l-emissjonijiet mill-karozzi jikkonsistu f'sustanzi kimiċi varji li huma parzjalment responsabbli għat-tisħin globali, il-produzzjoni ta' ċpar mid-dħaħen tal-karozzi u ta' ossidanti fotokimiċi.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nassessja l-vijabbiltà tal-iskemi tal-parkeb (li tipparkja u tirkeb - park & ride).
PRATTIKA
3] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku l-implikazzjonijiet ekonomiċi tat-trasport fuq il-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta' Malta.
KONJITTIVA
4] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku l-inċentivi tal-Gvern li għandhom l-għan li jinkoraġġixxu alternattivi ta' mobilità u trasport.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

2] Kapaċi nassessja l-vijabbiltà tal-iskemi tal-parkeb (li tipparkja u tirkeb - park & ride).

4] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku l-inċentivi tal-Gvern li għandhom l-għan li jinkoraġġixxu alternattivi ta' mobilità u trasport.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Temp u l-Klima
1] Kapaċi nidentifika eżempji ta' kawżi tat-tibdil fil-klima.
2] Kapaċi niddiskuti kif it-tibdil fil-klima għandu implikazzjonijiet ekonomiċi fuq in-nies, id-djar u l-affarijiet tagħhom, eż. ħlasijiet ogħla tal-assigurazzjoni.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

3] Kapaċi nagħraf l-importanza ta' konvenzjonijiet varji mmirati fuq it-tibdil fil-klima mill-attività umana, l-impatti potenzjali tagħhom, il-miżuri ta' adattament, u fuq il-mitigazzjoni, eż. il-Protokoll ta' Kyoto u r-rwol tal-Bord Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC).
IL-BIDLA SOĊJALI

L-Aspett tas-Suġġett: It-Turiżmu
1] Kapaċi nesplora l-potenzjal li għandha Malta biex toffri varjetà ta' esperjenzi kulturali/storiċi lit-turisti.
IL-KOMUNIKAZZJONI
2] Kapaċi naħdem ma' oħrajn, bl-użu tat-teknoloġija, biex nagħmel mappa tal-wirt kulturali tal-lokalità fejn noqgħod.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI

2] Kapaċi naħdem ma' oħrajn, bl-użu tat-teknoloġija, biex nagħmel mappa tal-wirt kulturali tal-lokalità fejn noqgħod.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Migrazzjoni Umana
1] Kapaċi niġbor informazzjoni diretta mill-immigranti biex nifforma opinjoni infurmata.

2] Kapaċi naħdem f'tim biex nirrapporta r-realitajiet tal-immigranti.