Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni għad-Demokrazija / L-Umanitajiet
L-Istudji Ambjentali > LEVEL 9
L-Aspett tas-Suġġett: L-ilma
1] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku kif diversi forom tal-ħajja adattaw ruħhom għall-ammont ta' ilma li jkollhom disponibbli, inkluża n-nida, b'referenza għall-veġitazzjoni ġeofita u sklerofita.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nirriċerka fatturi li jillimitaw l-aċċess għall-ilma tajjeb tax-xorb fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Nista' nagħmel lista tal-implikazzjonijiet bħan-nuqqas ta' iġjene, il-malnutrizzjoni, kwistjonijiet relatati mas-saħħa, u opportunitajiet edukattivi.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Nista' nispjega l-kimika tal-użu tal-klorin u sustanzi kimiċi oħra li jiżdiedu mal-ilma biex jiġi prodott l-ilma tajjeb għax-xorb.
4] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-impatt virtwali fuq l-ilma mill-oġġetti li nuża, eż. għal 100g laħam taċ-ċanga jintużaw madwar 1,540 litru ta' ilma; folja karti teħtieġ madwar 11-il litru ilma; u madwar 800 litru ilma huma meħtieġa għall-manifattura ta' jeans.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Kapaċi nuża kalkulatur elettroniku biex nikkalkula l-impatt tiegħi fuq l-ilma.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
6] Kapaċi ninkoraġġixxi lil sħabi jużaw kalkulatur elettroniku biex jikkalkulaw l-impatt tagħhom fuq l-ilma.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Nimpenja ruħi li nnaqqas l-impatt tiegħi fuq l-ilma u ngħin oħrajn inaqqsu l-impatt tagħhom ukoll.
NITGĦALLEM KIF
8] Kapaċi nuża l-mezzi tal-media biex nuri kif id-degradazzjoni tal-kwalità tal-ilma minħabba l-attività umana tista' twassal għad-detriment tal-abitati, u saħansitra għall-qerda ta' speċi varji, eż. il-qabru.
L-IMMANIĠJAR TAT-TAGĦLIM

2] Kapaċi nirriċerka fatturi li jillimitaw l-aċċess għall-ilma tajjeb tax-xorb fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Nista' nagħmel lista tal-implikazzjonijiet bħan-nuqqas ta' iġjene, il-malnutrizzjoni, kwistjonijiet relatati mas-saħħa, u opportunitajiet edukattivi.

3] Nista' nispjega l-kimika tal-użu tal-klorin u sustanzi kimiċi oħra li jiżdiedu mal-ilma biex jiġi prodott l-ilma tajjeb għax-xorb.
4] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-impatt virtwali fuq l-ilma mill-oġġetti li nuża, eż. għal 100g laħam taċ-ċanga jintużaw madwar 1,540 litru ta' ilma; folja karti teħtieġ madwar 11-il litru ilma; u madwar 800 litru ilma huma meħtieġa għall-manifattura ta' jeans.

5] Kapaċi nuża kalkulatur elettroniku biex nikkalkula l-impatt tiegħi fuq l-ilma.

6] Kapaċi ninkoraġġixxi lil sħabi jużaw kalkulatur elettroniku biex jikkalkulaw l-impatt tagħhom fuq l-ilma.

7] Nimpenja ruħi li nnaqqas l-impatt tiegħi fuq l-ilma u ngħin oħrajn inaqqsu l-impatt tagħhom ukoll.

8] Kapaċi nuża l-mezzi tal-media biex nuri kif id-degradazzjoni tal-kwalità tal-ilma minħabba l-attività umana tista' twassal għad-detriment tal-abitati, u saħansitra għall-qerda ta' speċi varji, eż. il-qabru.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum

3] Kapaċi nispjega r-rabta ta' bejn il-faqar u n-nuqqas ta' aċċess ugwali għar-riżorsi naturali tad-Dinja.

5] Kapaċi ninvestiga kemm nista' nwassal lill-produtturi primarji jkollhom ħajja dinjituża.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Agrikultura

3] Kapaċi nidentifika l-implikazzjonijiet tal-introduzzjoni ta' speċi aljeni fuq il-bijodiversità lokali.

4] Kapaċi nidentifika l-effetti u l-impatt tal-frammentazzjoni tal-art fuq il-bijodiversità.

5] Kapaċi nirriċerka l-fatturi dgħajfa u b'saħħithom, l-opportunitajiet u l-fatturi ta' theddida li jikkaratterizzaw ix-xenarju agrikolu lokali.

6] Kapaċi nirriċerka kif u għaliex kien hemm tnaqqis fl-art agrikola u d-daqs tal-għelieqi matul is-snin.

7] Kapaċi nsemmi l-implikazzjonijiet li jwasslu għat-tnaqqis tal-art agrikola li qed tintuża.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Enerġija
1] Kapaċi nidentifika kif f'ċerti binjiet mhux dejjem possibbli jiġu installati sorsi ta' enerġija rinnovabbli.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku diversi għażliet ta' enerġija rinnovabbli meta tqis l-ispazju limitat tal-pajjiż.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi neżamina kif tipi differenti ta' binjiet jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija b' varjetà ta' tekniki. Kapaċi nispjega kif binjiet antiki ġew mibnija b'mod xieraq biex ikollhom inqas bżonn ta' sħana/kesħa u dawl. Kapaċi nqabbel dawn it-tekniki ma' tekniki moderni.
KONJITTIVA

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Industrija

2] Kapaċi nidentifika ċ-ċiklu tal-ħajja tal-materja prima użata fl-industrija lokali, eż. il-prodotti tal-bini u tal-ikel lokali.

3] Kapaċi nidentifika modi kif kumpanija tista' tadotta mudelli sostenibbli biex tnaqqas l-impatt tagħha. Kapaċi nidentifika r-rwol ta' diversi entitajiet/organizzazzjonijiet involuti fl-ippjanar, l-immaniġġjar ambjentali u l-konservazzjoni.

L-Aspett tas-Suġġett: Xejriet ta' Produzzjoni u Konsum - L-Iskart

4] Kapaċi nanalizza u niddistingwi l-impatt tal-iskart fuq l-istili tal-ħajja ta' persuni differenti.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Mobilità
1] Kapaċi nsemmi miżuri adottati mill-awtoritajiet li jassiguraw l-aċċessibbiltà għal kulħadd bit-trasport pubbliku.
IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-popolarità tal-petrol u d-diesel ma' alternattivi sostenibbli bħall-karozzi li jaħdmu bil-biodiesel, hybrid u dawk li jaħdmu bis-sistema solari jew l-LPG.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
3] Kapaċi naħdem b'mod kollaborattiv ma' oħrajn biex jinstabu soluzzjonijiet ħalli jonqos it-traffiku, eż. l-użu tal-istess karozza minn numru ta' passiġġieri, il-mixi, tal-linja, ir-rota u l-jiem bla karozzi.
INTERPERSONALI

4] Kapaċi nirriċerka fuq prattiki sostenibbli tajbin ta' mobilità li jintużaw f'pajjiżi oħra u nanalizza l-vijabbiltà tagħhom fix-xenarju lokali.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI

4] Kapaċi nirriċerka fuq prattiki sostenibbli tajbin ta' mobilità li jintużaw f'pajjiżi oħra u nanalizza l-vijabbiltà tagħhom fix-xenarju lokali.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Temp u l-Klima

4] Kapaċi nindika l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fuq l-industrija tat-turiżmu fid-dawl li perċentwal sinifikanti tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) iserraħ ħafna fuq dan is-settur.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Turiżmu
1] Kapaċi nagħmel lista ta' numru ta' raġunijiet u attrazzjonijiet ewlenin li turisti ta' kulturi differenti jżuru Malta għalihom.
IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi nindika l-impatt tat-turiżmu f'termini ta' trasport, konsum, iġġenerar ta' skart u akkomodazzjoni, fuq l-ambjent lokali u/jew globali.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi niddiskuti ma' oħrajn ir-responsabbiltà tal-bliet/tal-irħula biex jippromwovu l-karatteristiċi uniċi tagħhom għal skopijiet turistiċi, eż. iż-żejt taż-żebbuġa fiż-Żejtun, u l-ħobż f'Ħal Qormi

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Migrazzjoni Umana
1] Kapaċi niddibatti l-obbligi ta' Malta biex tgħin lil dawk li qed ifittxu kenn.
KONJITTIVA
2] Kapaċi nuri li għandi l-ħila naħdem fi grupp ta' nies b'opinjonijiet, razez, oriġini u bi twemmin reliġjuż differenti.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Impenjat/a li nwettaq ir-rwol tiegħi bħala ċittadin/a tad-dinja u ngħin fl-integrazzjoni tal-immigranti fl-iskola/fil-komunità tiegħi.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
4] Kapaċi nikkonsolida x-xogħol li jsir mill-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) lokali għall-appoġġ tad-drittijiet umani.