Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni għad-Demokrazija / L-Umanitajiet

L-Istudji Ewropej > LEVEL 8





L-Aspett tas-Suġġett: Istituzzjonijiet tal-UE, id-Demokrazija fl-UE u ċ-Ċittadinanza Ewropea

1] Kapaċi nuri għarfien bażiku dwar l-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE: il-Kunsill tal-Ministri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u kapaċi nibda nuża sorsi onlajn biex nitgħallem iżjed dwarhom.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nidentifika avvenimenti importanti li nkisbu fl-istorja tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Komunità Ewropea għall-Faħam u l-Azzar (KEFA), il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Unjoni Ewropea (UE).
3] Kapaċi nagħmel lista u nindika fuq mappa l-pajjiżi differenti li huma membri tal-UE u oħrajn li għadhom pajjiżi kandidati.
 IL-KITBA

4] Kapaċi nidentifika l-erba' libertajiet li huma: il-libertà tal-moviment tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi u tan-nies.
5] Kapaċi niddefinixxi l-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea u nagħti eżempji tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet, eż. id-dritt li persuna tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
6] Kapaċi nidentifika xi eżempji ta' ċittadinanza attiva fuq livell lokali, nazzjonali u Ewropea.
 
NITGĦALLEM INKUN JIEN



L-Aspett tas-Suġġett: Id-Demokrazija, id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istat tad-Dritt

1] Kapaċi nidentifika l-proċess politiku ta' parteċipazzjoni, rappreżentazzjoni u ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'demokrazija u nista' norbot dan ma' kuntesti differenti bħal fuq livelli ta' skola, lokali u nazzjonali. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi niddefinixxi l-prinċipji demokratiċi li ġejjin: l-istat tad-dritt, id-diviżjoni tal-poter, il-pluraliżmu, is-suffraġju universali, il-gruppi ta' pressjoni, is-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni.
 
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nispjega xi tfisser libertà, ugwaljanza u l-istat tad-dritt u nirrikonoxxi l-importanza ta' dawn il-prinċipji fis-soċjetà.
 
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4]Kapaċi nispjega t-terminu 'drittijiet tal-bniedem' u nispjega li dawn iġibu magħhom obbligazzjonijiet billi nagħti eżempji.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
5] Għandi għarfien dwar id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) u l-Patti Internazzjonali hekk kif imwaqqfa min-Nazzjonijiet Uniti.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
6]Kapaċi nuri għarfien bażiku u fehim tad-drittijiet prinċipali li jinstabu fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) U fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.  
 IT-TAGĦLIM KREATTIV




L-Aspett tas-Suġġett: Istituzzjonijiet Ewropej Oħra

1] Kapaċi niddeskrivi l-iżvilupp, l-istruttura u r-rwol tal-Kunsill tal-Ewropa.
2]Kapaċi nagħraf li l-Kunsill tal-Ewropa hu organizzazzjoni separata mill-UE.

3] Kapaċi niddeskrivi fil-qosor ir-rwol tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB)




L-Aspett tas-Suġġett: L-Interdipendenza tas-Setturi Ekonomiċi, tan-Negozju u tal-Kummerċ

1] Kapaċi nidentifika u niddefinixxi l-erba' setturi prinċipali tal-produzzjoni: primarja, sekondarja, terzjarja u kwaternarja u nidentifika eżempji ta' kull settur f'kuntest mogħti.
 IL-QARI U L-FEHIM

2] Kapaċi nispjega l-interdipendenza tas-setturi differenti tal-produzzjoni u l-importanza tal-iżvilupp sostenibbli marbut magħhom.

 KONJITTIVA
3] Kapaċi niddefinixxi terminoloġiji assoċjati man-negozju u l-kummerċ bħal kummerċ liberu, il-kummerċ ġust, il-protezzjoniżmu, l-ostakli tad-dwana, it-tariffi, il-vojt kummerċjali u l-kwoti, u naf nagħti eżempji kontestwali.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi niddefinixxi l-kunċett ta' kumpanija transnazzjonali/multinazzjonali, u permezz ta' riċerka onlajn nidentifika eżempji ta' kumpaniji li joperaw f'setturi ekonomiċi differenti.
 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

5] Kapaċi nispjega r-rwol soċjoekonomiku ta' kumpaniji multinazzjonali, eż. it-titjib tat-tkabbir ekonomiku; il-migrazzjoni ekonomika.
 NITGĦALLEM KIF

6] Kapaċi nagħraf l-iżvilupp u r-rwol tal-gruppi ekonomiċi l-kbar fl-Ewropa.
7]Kapaċi nidentifika u nagħmel lista ta' xi wħud mill-fatturi prinċipali tal-globalizzazzjoni.
 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN




L-Aspett tas-Suġġett: Il-Komunikazzjoni u l-Kummerċ Elettroniku fl-Ewropa

1]Kapaċi nidentifika u nispjega xi vantaġġi u żvantaġġi tar-rotot ta' trasport tal-passiġġieri/merkanzija fuq l-art, bil-baħar, bl-ajru u bil-ferrovija.
2] Kapaċi nidentifika xi ajruporti u portijiet kummerċjali ewlenin fl-Ewropa. Kapaċi niddiskuti l-importanza fi ħdan l-ekonomija Ewropea tal-Ajruport ta' Heathrow u tal-Ewroport ta' Rotterdam. 

 3]Kapaċi nagħraf u niddiskuti kif metodi ta' komunikazzjoni differenti jinkuraġġixxu l-attività ekonomika u t-tkabbir fl-Ewropa.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi niddefinixxi l-kummerċ elettroniku, niddeskrivi l-importanza dejjem tikber tiegħu fil-kummerċ u nidentifika xi vantaġġi u żvantaġġi bażiċi mill-perspettiva Ewropea.
  KONJITTIVA



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjoni u l-Migrazzjoni fl-Ewropa - Ir-Realtajiet Demografiċi u Soċjali

1]Kapaċi niddefinixxi u nuża terminoloġija marbuta mal-istudji tal-popolazzjoni eż. ir-rata ta' twelid, ir-rata ta' mwiet, ir-rata ta' mewt tat-trabi, l-għomor, il-proporzjon ta' dipendenza.
 
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi ninterpreta grafiċi u mapep li jqabblu u jikkuntrastaw id-densità tal-popolazzjoni u t-tqassim f'reġjuni Ewropej differenti u kapaċi nagħmel riċerka onlajn biex insib eżempji ta' statistiċi relatati. Kapaċi niddiskuti t-tqassim u d-densità tal-popolazzjoni f'bosta reġjuni Ewropej b'mod speċjali f'żoni b'densità baxxa u għolja.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
3] Kapaċi niddiskuti fatturi differenti li jikkawżaw tnaqqis fil-popolazzjoni Ewropea, billi nagħti eżempji minn żminijiet passati u preżenti.
 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi nidentifika u niddibatti xi wħud mill-implikazzjonijiet ta' għomor itwal.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
5]Kapaċi nidentifika l-bosta xejriet ta' migrazzjoni kemm interni kif ukoll esterni lejn l-Ewropa u fl-Ewropa.
6] Kapaċi niddiskuti l-fatturi li jnaffru u jattiraw il-migrazzjoni u l-mobilità tal-bnedmin, eż. il-ġuħ, il-gwerer, in-nuqqas ta' libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, sistema ta' edukazzjoni attraenti. 
 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
7] Kapaċi niddefinixxi u nuża xi terminoloġija marbuta mal-migrazzjoni, id-diversità u l-etniċità: il-multikulturaliżmu, l-minoranzi etniċi, il-preġudizzju razzjali, il-ksenofobija, l-integrazzjoni tal-kultura u l-kultura eteroġenea.
 

 IL-LINGWA ESPRESSIVA
8] Permezz ta' gwidi u studji ta' każijiet, kapaċi nagħti eżempji ta' xi xejriet ta' migrazzjoni fl-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija eż. it-Torok fil-Ġermanja; l-Afrikani tat-Tramuntana fi Franza; il-kunċett ta' 'ħaddiema barranin' bħala immigranti regolari fl-Ewropa.

9]
 Kapaċi niddiskuti xi sfidi prinċipali li jiffaċċjaw l-immigranti, eż. id-diffikultajiet tal-lingwa u l-kunflitti etniċi.
  IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
10] Kapaċi niddefinixxi t-termini 'soċjetajiet multikulturali' u 'multikulturaliżmu', f'kuntest Ewropew u kapaċi nidentifika xi benefiċċji u sfidi relatati ma' dan.
 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
11] Kapaċi niddiskuti xi raġunijiet prinċipali għall-iżvilupp u t-tkabbir tat-turiżmu fl-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija, eż. it-titjib fit-teknoloġija tat-trasport bl-ajru, iżjed mezzi ta' komunikazzjoni u paga iżjed għolja għall-ħaddiema.
 INTERPERSONALI
12] Kapaċi niddeskrivi u niddiskuti l-attrazzjonijiet f'destinazzjonijiet turistiċi fl-Ewropa skont is-sit, l-istaġun, il-kultura, in-natura, l-isport u l-faċilitajiet ta' rikreazzjoni.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
13] Kapaċi nidentifika u nispjega kif ir-Revoluzzjoni Industrijali wasslet għall-urbanizzazzjoni, il-ħolqien ta' żoni ċentrali tal-bliet u żviluppi soċjoekonomiċi oħra fl-Ewropa. Kapaċi niddeskrivi t-tipi ta' abitazzjonijiet fl-Ewropa u l-fatturi li wasslu għall-iżvilupp ta' dan, eż. Id-Distrett Kummerċjali Ċentrali (DKĊ), il-proċess ta' ħolqien ta' subborgi u ż-żoni urbani u rurali fil-periferija. 



L-Aspett tas-Suġġett: L-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Istat Soċjali

1] Kapaċi niddeskrivi r-rabta bejn l-edukazzjoni u x-xogħol.
 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nispjega t-terminoloġija ewlenija marbuta max-xogħol eż. libertà ta' assoċjazzjoni, negozjar kollettiv u opportunitajiet ta' xogħol.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nagħmel lista tal-kawżi u l-effetti differenti tal-qgħad u nagħti eżempji bħal qgħad strutturali u qgħad frizzjonali.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi niddefinixxi u nispjega t-termini 'stat soċjali' u 'l-benesseri soċjali'.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Konfini Ewropej, il-Pajsaġġi u l-Klimi

1]Kapaċi nidentifika u nagħmel differenza bejn il-konfini naturali u dawk politiċi tal-Ewropa. Kapaċi nidentifika oċeani, ibħra, xmajjar ewlenin, katini ta' muntanji, widien u gżejjer li jmissu jew qegħdin fil-periferija tal-kontinent Ewropew.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2]Kapaċi nidentifika u niddeskrivi fil-qosor il-klimi prinċipali u ma' dawn norbot il-veġetazzjoni li nsibu fl-Ewropa.
3]Kapaċi nidentifika u nispjega xi wħud mill-kawżi u l-implikazzjonijiet tal-effett serra fl-Ewropa.
.

NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
4] Kapaċi norbot it-tibdil tal-klima mal-effett serra. Kapaċi niddiskuti l-impatt tat-tibdil tal-klima fuq bosta pajjiżi Ewropej.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nispjega l-kriżi tal-ilma li qed jesperjenzaw il-pajjiżi fil-Mediterran, eż. Malta, Ċipru u Spanja.
 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
6] Kapaċi niddiskuti xi miżuri li qed jiġu implimentati u li għandhom bżonn jiġu implimentati minn Malta, Ċipru u Spanja biex jittrattaw in-nuqqas ta' ilma.
 
 KONJITTIVA



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Protezzjoni tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli


1] Permezz ta' eżempji kapaċi nidentifika u nispjega s-sorsi prinċipali tat-tniġġis tal-arja, tal-art u tal-ilma. Kapaċi niddiskuti miżuri ta' prevenzjoni li jnaqqsu l-impatt fuq l-ambjent.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
 2] Kapaċi nispjega fil-qosor il-kawżi u l-effetti tax-xita aċiduża.  Kapaċi niddiskuti xi miżuri ta' prevenzjoni li jistgħu jittieħdu biex titnaqqas ix-xita aċiduża fl-Ewropa, eż. l-użu ta' enerġija rinnovabbli minflok il-ħruq ta' karburanti fossili.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi niddeskrivi u nispjega l-prattiċi ta' biedja moderna fl-Ewropa.
 NITGĦALLEM KIF
4]Kapaċi nirrikonoxxi l-bżonn tal-konservazzjoni fir-reġjun Mediterran eż. il-Camargue bħala l-uniku ekosistema u art mistagħdra fil-Mediterran.
 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
5] Kapaċi niddefinixxi t-terminu - żvilupp sostenibbli, u t-tliet pilastri tiegħu: dak ekonomiku, soċjali u ambjentali.
 .
PRATTIKA
6] Kapaċi nidentifika r-riġenerazzjoni urbana bħala forma ta' żvilupp sostenibbli u nagħti eżempji ta' ċentri ta' bliet li dan l-aħħar ġew riġenerati, eż. iż-żoni tal-port ta' Londra, il-belt Valletta.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



L-Aspett tas-Suġġett: L-Identità Nazzjonali, id-Diversità u l-Idea Ewropea

1] Kapaċi nidentifika l-fatturi ewlenin li jiffurmaw identità nazzjonali bħall-innu nazzjonali, il-lingwa, il-kultura, it-tradizzjonijiet, il-memorji storiċi u l-identità Ewropea bħall-bandiera tal-UE, il-munita tal-ewro, Jum l-Ewropa u l-motto li jgħid Magħqudin fid-Diversità.
 IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi nidentifika l-kunflitti reġjonali fl-Ewropa fis-seklu 20, u kapaċi wkoll ninterpreta kif in-nazzjonaliżmu, ir-reġjonaliżmu u l-intolleranzi reliġjużi wasslu għal dawn il-kunflitti eż. ir-Reġjun Bask fi Spanja, Ċipru, u l-Irlanda ta' Fuq.
 
IL-BIDLA SOĊJALI
3] Kapaċi nidentifika u niddiskuti proċessi mhux vjolenti ta' paċi, . id-djalogu, il-kompromess, il-medjazzjoni u n-negozjati u nassoċja dawn il-proċessi biex nindirizza kunflitti interpersonali.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Wirt Kulturali Ewropew u l-Esperjenza Ewropea

1]Kapaċi norbot l-importanza tal-wirt kulturali u l-ġrajjiet storiċi tagħna mal-identità Ewropea tagħna tal-lum.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nagħmel lista tal-kawżi u l-effetti tal-iżviluppi storiċi importanti madwar l-Ewropa bħar-Rinaxximent, ir-Riforma, ir-Rivoluzzjoni Industrijali u l-kolonjaliżmu.
3] Kapaċi nidentifika xi wħud mill-elementi ewlenin tal-wirt kulturali Ewropew bħall-iżvilupp tal-istampar fiż-żmien tar-Rinaxximent.
4]
 Kapaċi nagħti eżempji ta' ċelebrazzjonijiet, festi, tradizzjonijiet, ikliet u ġeneri ta' mużika differenti fl-Ewropa.
 
IL-BIDLA SOĊJALI



L-Aspett tas-Suġġett: L-Iżvilupp tad-Demokrazija Moderna fl-Ewropa

1] Kapaċi nifhem l-iżvilupp tad-demokrazija mill-Greċja tal-Qedem, l-Illuminiżmu, ir-Rivoluzzjoni Franċiża sas-suffraġju Universali modern.

2]Kapaċi nidentifika l-bosta effetti tal-globalizzazzjoni fl-Ewropa.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET

3] Kapaċi niddiskuti l-importanza tal-midja soċjali u diġitali fil-proċess tal-globalizzazzjoni.
 
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI




Agħti r-rispons tiegħek hawn