Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Il-Letteratura Ingliża > LEVEL 8





L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura tal-Ingliż fil-Ħin u l-Post 

1] Kapaċi, bi gwida, nittratta u nirrispondi oralment firxa wiesgħa ta' testi letterarji, bħall-poeżija, il-proża u d-drama, miktuba għall-adulti u ż-żgħażagħ bl-Ingliż, eż. testi narrattivi aktar sempliċi li jittrattaw kwistjonijiet inqas kumplessi.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi, bl-għajnuna, nifhem u napprezza kif testi letterarji jirriflettu fuq il-ħajja u l-ideat f'kuntesti differenti u kif in-nies jirrispondu għal dawn.

3] Konxju/a li u nista' niddiskuti kif testi letterarji juru kif nies differenti jirreaġixxu b'mod differenti għall-ħajja u għal dak li tippreżenta.  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI

4] Kapaċi nuri l-għarfien tiegħi ta' karattri billi npoġġi lili nnifsi fil-perspettiva tagħhom, eż. billi nipparteċipa f'logħob tal-irwol jew nikteb kitba fi djarju mill-perspettiva tagħhom.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Kapaċi nittratta testi letterarji li jittrattaw ma' kwistjonijiet estetiċi, personali, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet u nikteb paragrafi qosra dwar dawn il-kwistjonijiet kif jidhru fit-testi letterarji li nistudja.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nifhem kif il-letteratura tippreżenta opinjonijiet differenti dwar kwistjonijiet estetiċi, personali, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet u nikteb paragrafi qosra dwar dawn il-kwistjonijiet kif ippreżentati fit-testi letterarji li nistudja.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Konxju/a li l-letteratura tista' tgħinni niżviluppa l-abbiltà li nżomm moħħi miftuħ. Kapaċi nippermetti lil-letteratura biex tgħinni nsir aktar kreattiv/a, innovattiv/a u kritiku/a, eż. billi nikteb kitba fi djarju mill-perspettiva ta' karattru; billi nieħu sehem f'diskussjonijiet u logħob tal-irwol dwar is-suġġett.
 KONJITTIVA
8] Permezz tal-qari tiegħi ta' testi minn kulturi differenti, kapaċi nifhem kif il-letteratura tpinġi modi differenti tal-ħajja u tal-benesseri. Kapaċi naqra testi minn kulturi differenti li huma xierqa għall-età tiegħi u għall-kapaċitajiet tal-lingwa tiegħi.

 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
9] Permezz tal-qari tiegħi ta' testi minn jew dwar kuntesti differenti, kapaċi nara fejn l-ideat u l-aspettattivi taż-żmien tal-kittieb/a influwenzaw il-kitba tiegħu/tagħha.
10] Kapaċi nuża riżorsi onlajn biex insir naf aktar dwar il-letteratura Ingliża.
 IL-KOMUNIKAZZJONI 
11] Kapaċi, bl-għajnuna, naqra testi magħżula mis-sekli li għaddew, li jinnegozjaw bidliet fil-vokabolarju, fl-użu tal-vokabolarju u fl-istruttura tas-sentenza. 
 IL-QARI U L-FEHIM
12] Kapaċi nispjega li drammi, poeżiji u rumanzi huma miktuba għal tipi differenti ta' udjenza u li l-prattiki differenti fil-qari, fit-twettiq u fis-smigħ huma xi kultant meħtieġa. Għalhekk kapaċi naqra rumanzi fis-skiet, kapaċi nagħraf il-kwalità tas-smigħ tal-poeżija u n-natura drammatika ta' skripts tad-drammi.  
 IL-QARI U L-FEHIM

13] Kapaċi nirrispondi għal test letterarju li qrajt, għall-prestazzjoni tad-drama jew preżentazzjoni tal-poeżija li osservajt, billi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi b'mod ċar.
14] Kapaċi nirrispondi b'leħen għoli u bil-miktub għal domandi li juru li għandi fehim ta' saffi differenti ta' tifsira u kif dawn it-tifsiriet jiġu mwassla f'test letterarju li qrajt jew fi prestazzjoni tad-drama jew preżentazzjoni tal-poeżija li osservajt.



L-Aspett tas-Suġġett: Għarfien ta' ġeneri u mezzi letterarji

1] Kapaċi nagħraf il-vuċi u l-perspettiva tan-narratur fit-testi li naqra u kapaċi nibda biex niddifferenzja bejn l-ilħna tal-awtur, tan-narratur u tal-karattri. 
2] Nagħraf il-karatterizzazzjoni fit-testi letterarji u kapaċi nikkummenta dwar l-iżvilupp ta' dawn il-karattri kif tiżvolġi l-istorja/it-trama/il-poeżija.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Kapaċi nifhem kif il-karattri, it-trama, l-issettjar, it-temi u x-xbihat kollha jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw test letterarju.
3] Kapaċi, bi gwida, napplika għarfien mgħallem b'modi ġodda u kreattivi, eż. billi nikteb il-poeżiji, l-iskripts tad-drammi jew l-istejjer qosra tiegħi stess
 PRATTIKA
4] Konxju/a tad-differenzi bejn il-proża, il-poeżija u d-drama. Kapaċi niddeskrivi d-differenzi bejn dawn it-tliet tipi ta' testi letterarji.
5] Kapaċi nidentifika firxa ta' mezzi letterarji, eż. xbihat, personifikazzjoni, mezzi tal-ħoss poetiku u forom poetiċi, eż. sunett u kapaċi nispjega l-effetti letterarji u l-funzjonijiet ta' dawn il-mezzi.  
6] Kapaċi, bl-appoġġ, ninterpreta t-tifsira, it-tema u l-istruttura ta' poeżiji u biċċiet oħra ta' testi letterarji.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Konxju/a tat-tipi differenti ta' xbihat bħal viżivi u fonetiċi, u kapaċi nifhem l-effettività ta' tali xbihat. Kapaċi nsib eżempji ta' kull tip u nikkummenta dwar il-funzjoni tagħhom.
8] Konxju/a tal-ħsejjes tal-poeżija, eż. rima, ritmu, alliterazzjoni u assonanza. Kapaċi nsib eżempji ta' dawn il-mezzi u nikkummenta dwar l-effettività tagħhom. 
9] Kapaċi ngħid lil ħaddieħor kif iġegħelni nħossni test letterarju. Kapaċi nagħti l-opinjoni tiegħi dwar dan bħala biċċa ta' test u niddeċiedi jekk nirrakkomandahx lil ħaddieħor jew le u nagħti raġunijiet għal dan.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba dwar il-Letteratura Ingliża

1] Kapaċi nikteb paragrafi u esejs qosra dwar aspetti differenti tat-testi letterarji li studjajt, eż. forma u struttura poetika, karatterizzazzjoni u trama. 
2] Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet, bħal dawk li jistaqsu dwar struttura u mezzi letterarji, stabbiliti għal testi letterarji kemm studjati kif ukoll dawk mhux studjati.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi, bi gwida, inwieġeb mistoqsijiet kemm tal-ogħla ordni kif ukoll tal-ordni l-aktar baxxa, inklużi dawk li jitolbu għall-analiżi tiegħi ta' testi tal-proża, drama u poeżija mhux studjati. 
4] Kapaċi, bi gwida, inwieġeb mistoqsijiet li jitolbu għas-sinteżi u l-interpretazzjoni tiegħi ta' ideat dwar testi tal-proża u tal-poeżija mhux studjati. Kapaċi ninkludi r-reazzjoni/jiet personali tiegħi għat-test, u niddeċiedi jekk nirrakkomandahx lill-oħrajn jew le.
5] Kapaċi nikteb paragrafu qasir biex nesprimi l-fehmiet u l-opinjonijiet tiegħi dwar test tal-proża, drama jew poeżija mhux studjat, u nagħti raġunijiet għal dawn il-fehmiet u l-opinjonijiet.
6] Kapaċi nikteb apprezzamenti kritiċi f'tul ta' esej tat-test/i letterarju/i stabbilit/i bbażat/i fuq il-mistoqsija jew it-titlu mogħti. Kapaċi nikteb risposta li hija diretta u tal-punt bl-użu tat-terminoloġija korretta. Konxju/a li għandi nevita li sempliċiment nagħti sommarju tat-test/i letterarju/i.
7] Kapaċi nikteb dwar is-seting, it-trama, il-karattri, it-tema ta' test/i stabbilit/i letterarju/i, dejjem b'referenza għall-mistoqsija/titlu mogħti.
8] Kapaċi nipprovdi l-opinjonijiet personali tiegħi tat-test/i letterarju/i mogħti/ja bil-kitba tiegħi, u niġġustifika d-dikjarazzjonijiet tiegħi.
9] Kapaċi nirreferi mill-qrib għat-testi letterarji bl-użu ta' evidenza, bħal kwotazzjonijiet, parafrażi u kummentarju, biex nappoġġja l-kitba tiegħi dwarhom. Kapaċi nippreżenta dawn il-kwotazzjonijiet bl-użu ta' konvenzjonijiet stabbiliti xierqa. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn