Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi
Il-Letteratura Ingliża > LEVEL 9
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura tal-Ingliż fil-Ħin u l-Post
1] Kapaċi nittratta u nirrispondi oralment firxa wiesgħa ta' testi letterarji bħall-poeżija, il-proża u d-drama, miktuba għall-adulti u ż-żgħażagħ bl-Ingliż, eż. testi narrattivi aktar kumplessi li jittrattaw kwistjonijiet kumplessi.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nifhem u napprezza kif testi letterarji jirriflettu fuq il-ħajja u l-ideat f'kuntesti differenti u kif in-nies jirrispondu għal dawn.
3] Konxju/a li l-letteratura turi kif nies differenti jirreaġixxu b'mod differenti għall-ħajja u għal dak li tippreżenta. Kapaċi nifhem il-perspettivi varji.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi nittratta testi letterarji li jesploraw kwistjonijiet estetiċi, personali, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nirrifletti b'mod kritiku fuq u nikteb esejs dwar kif it-testi letterarji studjati jittrattaw dawn il-kwistjonijiet.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Kapaċi nifhem kif il-letteratura tippreżenta opinjonijiet differenti dwar kwistjonijiet estetiċi, personali, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nikteb esejs dwar dawn il-kwistjonijiet kif ippreżentati fit-testi letterarji li naqra.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
6] Konxju/a li l-letteratura tista' tgħinni niżviluppa l-ħsieb kritiku tiegħi u biex inżomm moħħi miftuħ.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Kapaċi nuri kif differenzi fil-vuċi u fil-perspettiva jinkisbu billi nispjega l-għażliet letterarji u narrattivi tal-awturi li naqra.
8] Kapaċi nispjega kif ċirkostanzi u esperjenzi jinfluwenzaw l-għażliet tal-ħajja, l-opinjonijiet u l-attitudnijiet ta' karattri u personaġġi poetiċi li niltaqa' magħhom fil-qari tiegħi. Kapaċi naqra testi minn kulturi differenti li huma aktar impenjattivi u li jittrattaw kwistjonijiet aktar kumplessi.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
9] Konxju/a ta' kif il-letteratura tista' tpinġi d-dinja bħala post mimli b'identitajiet diversi.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
10] Kapaċi, permezz tal-qari tiegħi ta' testi minn kuntesti differenti, nuri li filwaqt li ideat, motivazzjonijiet u emozzjonijiet jibqgħu kostanti matul is-sekli, l-espressjoni, il-ġestjoni u l-aċċettazzjoni ta' dawk l-ideat, motivazzjonijiet u emozzjonijiet jistgħu jinbidlu.
11] Kapaċi nispjega għaliex il-letteratura hija prodott tal-era li nkitbet fiha u kapaċi nanalizza d-differenzi bejn testi letterarji mill-passat u dawk li huma aktar kontemporanji.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
12] Kapaċi nirrifletti fuq l-ideat u l-kuntesti li influwenzaw il-kitba tat-testi letterarji li nistudja.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
13] Kapaċi, bi gwida, naqra testi minn Shakespeare u mis-sekli 19, 20 u 21 b'kunfidenza u fehim xieraq.
14] Kapaċi nuża riżorsi onlajn jew mezzi oħra interattivi biex inkompli nitgħallem dwar il-letteratura Ingliża.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
15] Kapaċi nirrispondi għal test letterarju li qrajt jew prestazzjoni tad-drama/preżentazzjoni ta' poeżija li osservajt billi nesprimi l-ħsibijiet tiegħi b'leħni u nuri livell tajjeb ta' kuxjenza kritika.
16] Kapaċi niddiskuti mistoqsijiet dwar il-livelli sottili u simboliċi tat-tifsira ta' test letterarju, drama, jew preżentazzjoni ta' poeżija b'mod kritiku u fil-fond.

L-Aspett tas-Suġġett: Għarfien ta' ġeneri u mezzi letterarji
1] Kapaċi, billi nirrifletti fuq it-tekniki tan-narrattiva u t-tekniki letterarji magħżula mill-awtur, nispjega kif jinkisbu differenzi ta' vuċi u l-perspettiva.
2] Konxju/a li awturi differenti jużaw stili letterarji differenti u kapaċi niddeskrivi l-aspetti ta' dawn l-istili.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nidentifika firxa wiesgħa ta' mezzi letterarji, eż. antiteżi, metafora estiża, analoġija u xi forom poetiċi, eż. ballata u eleġija, u kapaċi nispjega l-effetti letterarji u l-funzjonijiet ta' dawn il-mezzi.
4] Kapaċi, bi gwida, napplika l-għarfien mgħallem b'modi ġodda u kreattivi, eż. billi nikteb il-poeżiji, skripts tad-drammi jew stejjer qosra tiegħi stess.
PRATTIKA
5] Kapaċi nikkummenta dwar il-karatterizzazzjoni fil-poeżija, proża u drama. Kapaċi nikkummenta dwar is-seting, it-trama, il-karattru, u t-temi kif japplikaw fil-kuntest tat-tipi differenti ta' testi.
6] Kapaċi ninterpreta poeżiji u biċċiet oħra ta' testi letterarji mingħajr appoġġ jew għajnuna.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Konxju/a tal-mezzi letterarji differenti u ta' kif ħafna minnhom huma organizzati fi xbihat fonetiċi u viżwali. Kapaċi nsib eżempji ta' tali mezzi f'test u kapaċi nikkummenta dwar l-effettività ta' tali eżempji.
8] Kapaċi ngħid lill-oħrajn kif u għaliex test letterarju huwa ta' suċċess fl-involviment tal-udjenza maħsuba tiegħu u kapaċi nikkummenta dwar ir-reazzjonijiet tiegħi stess għat-test.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
9] Konxju/a tal-ħsejjes tal-poeżija, eż. rima, ritmu, alliterazzjoni u assonanza. Kapaċi nsib eżempji ta' dawn il-mezzi u nikkummenta dwar l-effettività tagħhom.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba dwar il-Letteratura Ingliża
1] Kapaċi nikteb esejs dwar aspetti differenti tat-testi letterarji li studjajt, eż. forma u struttura poetika, karatterizzazzjoni, tema u trama.
2] Kapaċi nippreżenta l-għarfien tiegħi dwar il-letteratura billi nikteb esejs organizzati sew, bl-użu tal-konvenzjonijiet xierqa, eż. nikkwota b'mod effettiv u nuża t-terminoloġija letterarja korretta.
3] Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet bil-kunfidenza, speċjalment dawk tal-ogħla ordni, li jirrikjedu l-analiżi kritika tiegħi ta' proża, drama u testi tal-poeżija mhux studjati, eż. dawk li jistaqsu dwar l-udjenza maħsuba u l-interpretazzjoni personali.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
4] Kapaċi nuri l-fehma u l-apprezzament tiegħi tal-aspetti estetiċi tal-lingwa letterarja f'testi letterarji kemm mogħtija kif ukoll mhux studjati billi nirreferi mill-qrib għal-lingwa letterarja użata u nirrispondi għall-effettività tagħha.
5] Kapaċi nikteb bl-użu tal-perspettiva ta' karattru jew persunaġġ poetiku li deher fit-test letterarju mogħti.
6] Kapaċi nuża evidenza mit-test, bħal referenza mill-qrib, parafrażi u kummentarju, biex nappoġġja l-kitba tiegħi dwar testi letterarji u kapaċi nippreżenta dawn il-kwotazzjonijiet bl-użu tal-konvenzjonijiet xierqa.
7] Kapaċi nħejji paraguni bejn biċċiet ta' test li jittrattaw ma' suġġett jew tema simili. Kapaċi nikteb dwar similaritajiet u differenzi bejn dawn it-testi.
8] Kapaċi nirfina l-kitba tiegħi dwar testi li jkunu studjaw għal perjodu ta' żmien biex tinkludi vokabolarju aktar avvanzat u konnessjoni aħjar ta' ideat u talbiet. Kapaċi li issa norganizza l-ideat u t-talbiet tiegħi b'mod li huwa aktar faċli li wieħed jifhem.