Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Il-Letteratura Ingliża > LEVEL 10





L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura tal-Ingliż fil-Ħin u l-Post 

1] Kapaċi nittratta u nirrispondi oralment firxa wiesgħa ta' testi letterarji bħall-poeżija, il-proża u d-drama miktuba għall-adulti u ż-żgħażagħ bl-Ingliż, eż. testi narrattivi aktar kumplessi li jittrattaw kwistjonijiet aktar kumplessi.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT 
2] Kapaċi nibni l-kapaċitajiet kritiċi tiegħi bl-użu tal-għarfien miġbur mit-testi letterarji differenti li naqra.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV

3] Kapaċi nirrifletti fuq il-ħajja u l-ideat kif muri fit-testi letterarji. Ir-riflessjoni tiegħi hija infurmata bil-qari u l-ħsieb tiegħi ta' testi kemm tal-passat kif ukoll kontemporanji.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nuża r-riflessjonijiet tiegħi dwar il-qari tal-letteratura biex ninforma l-ideat u l-ħsieb tiegħi. Kapaċi nirrappreżenta dawn l-analiżi bil-miktub.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi naħseb b'mod kritiku dwar kif testi letterarji jimpenjaw ruħhom bi kwistjonijiet personali, estetiċi, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nirrifletti b'mod kritiku dwar perspettivi differenti ppreżentati fil-letteratura.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nispjega kif ċirkostanzi u esperjenzi jinfluwenzaw l-għażliet tal-ħajja, l-opinjonijiet u l-attitudnijiet tal-personaġġi poetiċi u l-karattri li niltaqa' magħhom fil-qari. Kapaċi naqra u nifhem kwalunkwe test meqjus xieraq għal-Livell 9 u kapaċi nuri fehim aktar fil-fond tal-istorja, tal-karattri, tal-mezzi letterarji u tal-kwistjonijiet li qed jiġu mpenġija.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Konxju/a u nista' nirrifletti b'mod kritiku dwar kif il-letteratura tista' tpinġi d-dinja bħala post mimli b'identitajiet differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
8] Kapaċi nikkunsidra t-test li qed naqra fil-kuntest soċjali, politiku u intellettwali tal-kitba tiegħu.

 NITGĦALLEM KIF
9] Kapaċi napprezza l-mod li l-letteratura tiddeskrivi modi differenti ta' atteġġjament u ħsieb fil-passat. Kapaċi nqabbel u nagħmel kuntrast ta' dawn il-modi ma' modi li huma aktar prominenti llum il-ġurnata.
 IL-BIDLA SOĊJALI

10] Għandi għarfien dwar l-isfond tal-poeta/awtur/drammaturgu  u kapaċi nikkummenta dwar kif dan affettwa l-kitba tat-test li qed nittratta meta dan ikun speċifikament rilevanti għat-test.
11] Kapaċi nirrispondi għal test letterarju li qrajt jew għal prestazzjoni tad-drama/preżentazzjoni ta' poeżija li osservajt billi nitkellem b'mod kritiku u fil-fond dwar l-implikazzjonijiet estetiċi varji tiegħu. 



L-Aspett tas-Suġġett: Għarfien ta' ġeneri u mezzi letterarji

1] Konxju/a li awturi differenti jużaw stili letterarji differenti.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nidentifika firxa wiesgħa ħafna ta' mezzi letterarji, eż. asindeto, kjażmi u ċeżura u forom letterarji, eż. epika, traġedja u kummiedjaKapaċi nispjega l-effetti u l-funzjonijiet letterarji ta' dawn il-mezzi.
3] Kapaċi napplika l-għarfien mgħallem b'modi ġodda u kreattivi, eż. billi nikteb il-poeżiji, skripts tad-drammi jew stejjer qosra tiegħi stess.
 PRATTIKA
4] Kapaċi ninterpreta tipi differenti ta' xbihat u nikkummenta dwar l-effettività tagħhom. Kapaċi nagħti eżempji ta' dawn it-tipi ta' xbihat mill-għarfien tiegħi stess.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
5] Kapaċi nipproduċi apprezzament kritiku ta' biċċa letteratura kemm oralment kif ukoll bil-miktub, nevalwa l-effettività tat-trama, il-karatterizzazzjoni u elementi oħra, biex nuri jekk tkunx ikklassifikata bħala biċċa letteratura effettiva għall-udjenza maħsuba tagħha.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nuża sorsi varji biex jgħinuni nsir naf aktar informazzjoni dwar l-aspetti differenti tat-testi letterarji li qed nistudja.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
7] Konxju/a tal-ħsejjes tal-poeżija, eż. rima, ritmu, alliterazzjoni u assonanza. Kapaċi nsib eżempji ta' dawn il-mezzi u nirrifletti u nikkummenta b'mod kritiku dwar l-effettività tagħhom. 



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba dwar il-Letteratura Ingliża

1] Kapaċi nikteb esejs twal dwar aspetti differenti tat-testi letterarji li studjajt, eż. forma u struttura poetika, karatterizzazzjoni, tema u trama. 
2] Kapaċi nindirizza testi li l-istudenti ma jkunux raw qabel b'mod indipendenti u nwieġeb għal kull tip ta' mistoqsija, bħal dawk tal-ordni l-aktar baxxa u tal-ogħla ordni, inklużi dawk li jitolbu għal interpretazzjoni kritika tat-test.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi nuri l-fehim tiegħi ta' karattri billi noħloq biċċiet oriġinali li jużaw il-perspettiva tagħhom, eż. nikteb dħul fid-djarju għal Lady Macbeth.
4] Kapaċi nuża evidenza mit-test, bħal kwotazzjonijiet, biex nappoġġja l-kitba tiegħi dwar testi letterarji u nippreżenta dawn il-kwotazzjonijiet bl-użu ta' konvenzjonijiet xierqa. Kapaċi nuża dawn il-kwotazzjonijiet b'mod effettiv u bħala parti integrali tal-kitba tiegħi.
5] Kapaċi nagħmel paragun u kuntrast tat-testi letterarji li huma simili fl-istruttura u fit-tema. Kapaċi nindika liema test nippreferi u nsib l-aktar effettiv.
6] Kapaċi napplika stili letterarji li studjajt għal biċċiet tal-kitba oriġinali tiegħi b'kunfidenza u għall-pjaċir, eż. nikteb stejjer qosra, poeżiji itwal.
7] Kapaċi nuża teknoloġiji diġitali kreattivi biex nippreżenta l-biċċiet kreattivi tal-kitba tiegħi, eż. bloggs jew djarji tal-vidjow.
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI




Agħti r-rispons tiegħek hawn