Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 1. L-iżvilupp tal-bniedem u l-kura tas-saħħa  

Il-Kura tas-Saħħa u l-Ħarsien Soċjali





Learning Outcome: 1. Nifhem l-organizzazzjoni tal-ġisem uman u r-relazzjoni bejn is-sistemi ewlenin tal-ġisem


1 Kapaċi niddeskrivi l-organi prinċipali tal-ġisem tal-bniedem u l-funzjoni ewlenija tagħhom.
IL-KITBA
Organizzazzjoni: ċelloli; tessuti; organi; sistemi
Organi prinċipali tal-ġisem: e.ż. il-ġilda, il-qalb, il-pulmuni, il-moħħ, l-għajn, il-widna, l-istonku, il-frixa, il-fwied, il-kliewi, il-borża tal-awrina, l-ovarji, it-testikoli, l-utru.
2 Kapaċi nagħti fil-qosor is-sistemi ewlenin tal-ġisem tal-bniedem u l-funzjonijiet ewlenin tagħhom.
IL-KITBA
Is-sistemi, e.ż.
Is-sistema taċ-ċirkolazzjoni: il-qalb; id-demm; il-vini u l-arterji.
Is-sistema respiratorja: l-imnieħer; it-trakea; il-bronki; il-pulmuni, l-alveoli; id-dijaframma.
Is-sistema tan-nervituri: il-moħħ; is-sinsla, in-nervituri.
Is-sistema tal-kliewi: il-kliewi; il-pajp tal-urina; il-borża tal-awrina; l-uretra.
Is-sistema diġestiva: il-ħalq; l-osofagu; l-istonku; il-musrana ż-żgħira u l-kbira; ir-rektum.
Is-sistema endokrinali: il-glandola pitwitarja; it-tirojde; il-glandola adrenali; il-frixa; l-ormoni.
 
Is-sistema muskuloskeletali: l-għadam; il-ġogi; il-ligamenti; il-muskoli
Is-sistemi prinċipali u l-funzjonijiet tagħhom, e.ż.

  • Is-sistema taċ-ċirkolazzjoni: it-trasport tal-ossiġnu, in-nutrijenti, il-prodotti tal-iskart u l-ormoni; il-protezzjoni kontra l-infezzjoni; il-manteniment ta' temperatura kostanti tal-ġisem;

  • Is-sistema respiratorja: il-manteniment tal-provvista tal-ossiġnu; eskrezzjoni tad-dijossidu tal-karbonju u l-fwar tal-ilma;

  • Is-sistema tan-nervituri: l-għarfien, l-ipproċessar tal-bidliet fl-ambjent intern jew estern tal-ġisem u r-rispons għalihom;

  • Is-sistema diġestiva: l-inġestjoni; id-diġestjoni; l-assorbiment u l-eliminazzjoni tal-ikel;

  • Is-sistema tal-kliewi: il-filtrazzjoni tad-demm; l-ibbilanċjar tal-melħ; 
    l-ibbilanċjar tal-likwidi;

  • Is-sistema endokrinali: l-għamla tal-ormoni biex jinżamm il-bilanċ tal-ġisem;


  • Is-sistema muskuloskeletali: tipprovdi s-sapport; il-moviment; il-protezzjoni tal-organi prinċipali.


1  Kapaċi niddiskuti dwar kif is-sistemi tal-organi jaħdmu flimkien bejniethom
IL-KITBA
Ir-relazzjoni bejn is-sistemi prinċipali tal-ġisem, e.ż:

  • Is-sistemi taċ-ċirkolazzjoni u respiratorji: it-trasport tal-ossiġnu meta jittieħed nifs 'il ġewwa u d-dijossidu tal-karbonju li jintrema man-nifs 'il barra permezz tad-demm lejn u mill-partijiet kollha tal-ġisem;
    is-sistemi muskuloskeletali u tan-nervituri biex iseħħ iċ-ċaqliq fiżiku;

  • Is-sistemi diġestivi u endokrinali: is-sekrezzjoni tal-insulina jew il-glucagon sabiex jinżamm livell ta' zokkor kostanti;





Learning Outcome: 2. Kapaċi nwettaq kejl u osservazzjonijiet ta' rutina tal-ġisem tal-bniedem.


3  Kapaċi ngħid meta l-qari tal-polz, tat-temperatura, tan-nifs u tal-pressjoni tad-demm ikun normali.
IL-KITBA
Qari normali tal-polz, tat-temperatura, tar-rata tan-nifs u tal-pressjoni tad-demm: e.ż. it-trabi, l-adulti, l-anzjani.
4   Kapaċi nagħmel lista tas-sinjali u s-sintomi komuni li jista' jkun hemm meta l-polz, it-temperatura, il-pressjoni tad-demm jew ir-rata tan-nifs ikunu barra mill-medda aċċettabbli. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Sinjali u sintomi: osservazzjonijiet tipiċi tas-sistemi tal-ġisem, e.ż. l-kulur tal-ġilda u kif tinħass, it-temperatura, ir-ritmu tan-nifs, l-isturdament, il-ħass ħażin, l-għatx, is-sogħla u t-tgelgil.
2  Kapaċi nispjega l-iktar raġunijiet komuni għaliex il-polz, it-temperatura, il-pressjoni tad-demm u r-rata tan-nifs jistgħu jkunu barra mill-medda normali.
IL-KITBA
Raġunijiet komuni: e.ż. l-età, id-dieta, il-piż, l-istorja tal-familja, l-istat ta' xokk, weġgħa, l-alkoħol, id-drogi, il-mediċini, li wieħed ikun attiv/sportiv, l-infezzjonijiet, il-mard.
1  Kapaċi nkejjel u nżomm rekord tal-polz, tat-temperatura, tar-rata tan-nifs u tal-pressjoni tad-demm ta' persuna.
Konsiderazzjonijiet ta' saħħa, sigurtà
u preċiżjoni waqt il-kejl: e.ż. il-preċiżjoni tat-tagħmir, il-qari doppju, is-sigurtà u l-benesseri tal-individwu waqt il-kejl, il-kontroll tal-infezzjoni. 
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
 



Learning Outcome: 3. Nagħraf l-aspetti ewlenin tal-iżvilupp tal-bniedem u l-bżonnijiet individwali f'kull stadju differenti tal-ħajja.  


5 Kapaċi nagħti fil-qosor l-aspetti ewlenin tal-iżvilupp tal-bniedem fl- istadji differenti tal-ħajja. 
IL-KITBA
Aspetti ewlenin tal-iżvilupp:

  • Fiżiku: e.ż. il-fatt li wieħed jikber, il-bidliet tal-pubertà, il-menopawża, ix-xjuħija;

  • Intellettwali: e.ż. it-tagħlim rapidu fis-snin bikrin, il-lingwa, l-iżvilupp morali, is-soluzzjoni tal-problemi;

  • Emozzjonali: e.ż. l-irbit mal-oħrajn, l-indipendenza, il-kunfidenza;

  • Soċjali: e.ż. il-koperazzjoni, il-kollaborazzjoni fi ħdan tim, ir-relazzjonijiet. 



Stadji tal-ħajja: l-infanzja (0 - 3 snin); it-tfulija (4 - 10 snin); l-adolexxenza (11 - 18-il sena; il-ħajja adulta (19 - 65 sena); ix-xjuħija (65 sena 'l quddiem).
 6 Kapaċi nidentifika l-bżonnijiet fiżiċi, intellettwali, emozzjonali u soċjali fl-istadji differenti tal-ħajja.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
FIES
Fiżiku: e.ż. dieta bilanċjata, eżerċizzju, sħana, sigurtà;
Intellettwali: e.ż. li tkun kapaċi tikkomunika, it-tagħlim tul il-ħajja, issolvi problemi, li żżomm il-moħħ attiv u stimolat;
Emozzjonali: e.ż. l-imħabba, l-affezzjoni, ir-relazzjonijiet;
Is-Sigurtà Soċjali: e.ż. il-familja, il-ħbieb, il-passatemp, il-komunità.
 3  Kapaċi nispjega aspetti ewlenin tal-iżvilupp ta' klijent fi stadju partikolari tal-ħajja.
 IL-KITBA
 2  Uri kif il-bżonnijiet fiżiċi ta' klijenti partikolari jistgħu jiġu sodisfatti.
Bżonnijiet fiżiċi ta' tarbija jew persuna b'diżabbiltà fiżika.
Titma'; tiċċaqlaq u tqandel; tbiddel il-ħarqa




Learning Outcome: 4. Nifhem il-fatturi li jinfluwenzaw is-saħħa u l-benesseri tal-individwi.


 7  Kapaċi nagħti fil-qosor il-fatturi differenti tal-ħajja li jinfluwenzaw is-saħħa u l-benesseri tal-individwi.

  • Fatturi soċjoekonomiċi: e.ż. il-klassi soċjali, il-kultura, l-impjieg, l-edukazzjoni, fejn joqgħod;

  • Fatturi fiżiċi: e.ż. il-wirt ġenetiku, id-diżabbiltà, l-età, is-sess;

  • Fatturi tal-istil tal-ħajja: e.ż. id-dieta, l-eżerċizzju, it-tipjip/l-abbuż ta' sustanzi, il-ħinijiet tax-xogħol/ stress, in-netwerks soċjali u komunitarji;

  • Fatturi tas-saħħa: e.ż. l-infezzjoni, il-mard trażmess sesswalment, il-korriment, is-saħħa mentali, il-preżenza ta' marda kronika.


8 Kapaċi nidentifika l-ġrajjiet tal-ħajja li jinfluwenzaw is-saħħa u l-benesseri tal-individwi.
Ġrajjiet tal-ħajja: e.ż. twelid ta' aħwa/tifel/tifla, bidu tal-kindergarten/tal-iskola, l-impjieg/it-telf ta' impjieg, iż-żwieġ/id-divorzju, il-korriment gravi, ix-xjuħija/ l-irtirar, il-mewt ta' persuna importanti.
 4 Kapaċi nispjega l-fatturi li jaffettwaw il-bżonnijiet ta' kuljum ta' individwu.
 IL-KITBA
 5 Kapaċi nispjega l-influwenzi pożittivi u negattivi li l-ġrajjiet tal-ħajja għandhom fuq is-saħħa u l-benesseri tal-individwi. 
 IL-KITBA



Learning Outcome: 5. Kapaċi niżviluppa pjan biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet ta' saħħa u benesseri ta' individwu.


 9 Kapaċi nagħti fil-qosor l-elementi tajbin għal ħajja b'saħħita. 
 IL-KITBA
Elementi: is-saħħa fiżika; dieta bilanċjata; stimolu intellettwali; benesseri emozzjonali u soċjali.
10 Kapaċi niddeskrivi l-punti ewlenin li wieħed għandu jżomm f'moħħu meta jiżviluppa pjan biex jindirizza l-bżonnijiet speċifiċi tal-individwu.
IL-KITBA
Miri: SMART
S -  Specific (Speċifiċi)
M - Measurable (Li jitkejlu)
A - Achievable (Fattibbli)
R - Realistic (Realistiċi)
T - Time-related (Relatati maż-żmien)

 3  Kapaċi neżamina u nipprepara pjan biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-individwu.
INTERPERSONALI




Agħti r-rispons tiegħek hawn