Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 3. Ugwaljanza, Diversità u Drittijiet
Il-Kura tas-Saħħa u l-Ħarsien Soċjali
Learning Outcome: 1. Kapaċi niddeskrivi l-kunċett ta' diversità li fuqu huwa mibni s-settur tal-kura tas-saħħa u l-ħarsien soċjali.


Fatturi soċjali: e.ż. kultura, etniċità, reliġjon, sess, sesswalità, età, struttura familjali, klassi soċjali, sitwazzjoni ġeografika, ideoloġija.
Fatturi bijoloġiċi: e.ż. diżabbiltà fiżika,
diżabbiltà relatata mat-tagħlim, problemi ta' saħħa mentali.


Prattiċi diskriminatorji: e.ż. l-isterjotipi, it-tikkettar, il-preġudizzji, il-bullying, l-aċċess għas-servizzi, l-aċċess għall-impjieg.

L-effetti tad-diskriminazzjoni: e.ż. ir-rabja/l-aggressività, il-kunfidenza baxxa, il-ħtija/il-mistħija, id-dwejjaq, is-saħħa mentali, in-nuqqas ta' kontroll, is-sensazzjoni li wieħed mhux f'postu, opportunitajiet ristretti, imġiba mhux tas-soltu, telf ta' drittijiet.



Learning Outcome: 2. Nifhem ir-rwol tal-leġiżlazzjoni u tal-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza.


L-istat soċjali u l-politika soċjali ddiversifikata: leġiżlazzjoni, għoti ta' servizzi tas-saħħa u ħarsien soċjali, tqassim tal-ġid.


Leġiżlazzjoni: e.ż.
- Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
- Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,
- Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
- Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà,
- Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Rifuġjati,
- Il-Kostituzzjoni ta' Malta,
- L-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa,
- L-Opportunitajiet Indaqs (Att dwar il-Persuni b'Diżabbiltà),
- L-Att dwar is-Saħħa Mentali,
- L-Att dwar L-Ordni tal-Kura,
- L-Att dwar il-Vjolenza Domestika,
- Il-Kodiċi Ċivili,
- L-Att dwar l-Unjoni Ċivili,
- L-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni,
- L-Att dwar il-Foster Care.


Servizzi: e.ż.
- Servizzi għat-tfal, e.ż. ir-residenzi, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, iċ-ċentri tal-kura tat-tfal,
Servizzi għal persuni b'diżabbiltà, - e.ż. Aġenzija Sapport, Dar tal-Providenza, Fondazzjoni Arka,
- Servizzi għal-LGBTQI, e.ż. MGRM, Drachma,
- Servizzi għall-persuni bi problemi mentali, e.ż. Richmond Foundation, Sptar Mount Carmel, Dar Victoria,
- Servizzi għall-Persuni b'Vizzju, e.ż. San Blas - Caritas, Aġenzija Sedqa, Oasis,
- Servizzi għall-Anzjani, e.ż. St Vincent de Paule, ir-residenzi, iċ-ċentri ta' riabilitazzjoni,
- Servizzi għall-Persuni Mingħajr Dar, e.ż. YMCA, Dar Tereża Spinelli, Dar Leopoldo,
- Servizzi għall-vittmi tal-abbuż, e.ż. Dar Merħba Bik, Għabex,
Servizzi ta' Protezzjoni tat-Tfal - Aġenzija Appoġġ, - Servizzi għal Persuni bi Problemi Soċjali, e.ż. Aġenzija Appoġġ, St Jeanne Antide Foundation, Caritas.


Il-professjonisti li jaħdmu mal-klijenti: e.ż. l-infermiera, it-tobba, l-assistenti soċjali, il-psikologi, il-psikjatri, il-ħaddiema tal-probation, il-ħaddiema tal-kura, il-fiżjoterapisti, il-patoloġisti tal-kelma u tal-lingwa, it-terapisti okkupazzjonali, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-komunità.

Learning Outcome: 3. Nifhem ir-responsabbiltajiet li għandhom l-assistenti soċjali biex jiġu promossi d-drittijiet tal-klijenti.


Drittijiet individwali: e.ż. rispett, trattament ugwali, trattament ta' individwu, trattament dinjituż, privatezza, ħarsien minn kull periklu u dannu, aċċess għall-informazzjoni personali, komunikazzjoni bil-metodu u bil-lingwa preferuta tal-individwu, appoġġ li jissodisfa l-bżonnijiet tal-individwu u jikkunsidra l-għażliet tiegħu.


Responsabbiltajiet professjonali, e.ż. appoġġ attiv, appoġġ għad-diversità/għall-inklużjoni, promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs, konfidenzjalità, komunikazzjoni effettiva, fehmiet u preferenzi, żamma, ħażna u aċċess għall-informazzjoni preċiżi.
Learning Outcome: 4. Kapaċi nispjega l-valuri u prinċipji ewlenin meħtieġa fis-settur tal-kura tas-saħħa u ħarsien soċjali.

Valuri: e.ż. l-altruwiżmu, l-ambizzjoni, l-adattabbiltà, il-kalma, il-ferħ, l-impenn, il-kumpassjoni, il-kuraġġ, ir-rispett, l-empatija, il-ġustizzja, il-ġenerożità, is-saħħa, l-onestà, ix-xogħol iebes, il-pożittività, il-kontroll, l-affidabilità.


Valuri: e.ż. is-servizz, il-ġustizzja soċjali, id-dinjità u l-valur ta' persuna, l-importanza tar-relazzjonijiet umani, l-integrità, il-kompetenza.


Prinċipji: is-sitt prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika għall-Ħaddiema tas-Servizzi Soċjali.







