Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 2. Komunikazzjoni effettiva u prattiċi siguri fil-Kura tas-Saħħa u l-Ħarsien Soċjali.
Il-Kura tas-Saħħa u l-Ħarsien Soċjali
Learning Outcome: 1. Naf iċ-ċiklu tal-komunikazzjoni u d-diversi forom ta' komunikazzjoni.

Stadji taċ-ċiklu ta' komunikazzjoni:
- Min jibgħat: l-ideat iseħħu; il-messaġġ jiġi kkowdjat; il-messaġġ jintbagħat;
Min jirċievi: il-messaġġ jiġi rċevut; il-messaġġ jiġi ddekowdjat; il-messaġġ jinftiehemIL-KITBA


Forom differenti ta' komunikazzjoni: diretta bejn żewġ persuni; fi grupp; formali; informali.
Kuntesti differenti: klijenti; kollegi; maniġers.
Learning Outcome: 2. Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv mal-klijenti, assistenti soċjali u staff professjonali ieħor.


Ostakoli għall-komunikazzjoni effettiva: e.ż. problemi sensorjali, problemi viżwali, problemi biex jitkellem, lingwa barranija, terminoloġija, lingwaġġ mitkellem, djalett, l-użu ta' akronimi, differenzi kulturali, diffikultajiet emozzjonali, imġiba diffiċli, problemi ta' saħħa mentali, diżabbiltà fiżika, diżabbiltà intellettwali, demenzja, problemi ambjentali, interpretazzjoni ħażina ta' messaġġ, sens umoristiku differenti, imġiba inadegwata.


Ħiliet għal komunikazzjoni effettiva:
Verbali: e.ż. it-tislim, il-verifika tal-ftehim, mistoqsijiet miftuħin jew magħluqin, l-empatija, il-konfrontazzjoni, ir-rispons kostruttiv jew destruttiv, il-ftehim fil-qosor, l-għeluq;
Non-verbali: e.ż. l-espressjonijiet tal-wiċċ, il-kuntatt tal-għajnejn, il-ġesti, il-mess, il-postura, il-prossimità, it-ton tal-vuċi;
Il-kitba: e.ż. ir-rapporti tal-inċidenti, il-ġurnali, il-ktejjeb tal-kuntatti, il-proċeduri, il-memos, ir-rekords mediċi, in-noti telefoniċi, ir-riċetti tat-tabib, il-konsultazzjonijiet;
Għajnuniet teknoloġiċi: e.ż. il-hearing aids, il-qniepen tal-bieb bid-dwal, il-bords elettroniċi għall-kitba, il-kompjuters.- Forom alternattivi ta' komunikazzjoni: e.ż. il-lingwaġġ tas-sinjali, il-qari tax-xofftejn, il-flash cards, is-sinjali u s-simboli, l-oġġetti ta' referenza, il-Makaton, il-Braille;
- Għajnuniet umani: e.ż. interpreti, tradutturi, persuni li jinterpretaw bis-sinjali;


Negħlbu l-ostakoli għall-komunikazzjoni: e.ż. nadattaw l-ambjent, nifhmu l-bżonnijiet u l-preferenzi lingwistiċi, nużaw il-lingwa preferuta tal-individwu, insibu l-aħjar ħin, l-istrumenti elettroniċi (it-telefon ċellulari, l-amplifikaturi tat-telefon u hearing loops), komunikazzjoni non-verbali effettiva.




Learning Outcome: 3. Kapaċi nidentifika l-perikli potenzjali fl-ambiti tal-kura tas-saħħa u ħarsien soċjali u nagħraf il-prinċipji ewlenin tal-leġiżlazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà meta applikata għall-kura tas-saħħa u l-ħarsien soċjali.


Perikli fl-ambiti tal-kura tas-saħħa u ambjenti socjali: e.ż. it-tagħmir, il-ġugarelli, ħżin mhux adegwat tal-prodotti kimiċi, kontroll mhux adegwat tal-mard infettiv, kawżi ta' nar, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux tajbin, tagħmir u għamara mhux siguri, użu ħażin tat-tagħmir, intrappolament minħabba l-barriera ta' protezzjoni tas-sodda, nuqqas ta' manutenzjoni, taħriġ inadegwat tal-istaff, iċ-ċaqliq u t-tqandil, il-waqgħat u ż-żliq, in-nuqqas ta' sigurtà, prekawzjonijiet ta' sigurtà personali mhux adegwati.

Leġislazzjoni: e.ż.
- Att 27 tal-2000 - Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà
fuq il-Post tax-Xogħol, - Avviż Legali 44 tal-2002 - Regolamenti dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà),
- Avviż Legali 35 tal-2003 - Regolamenti dwar il-Protezzjoni kontra Riskji ta’ Korriment tad-Dahar fil-Postijiet tax-Xogħol,
- Avviż Legali 36 tal-2003 -Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,
Avviż Legali 45 of 2002 - Regolamenti dwar it-Twaħħil ta' Sinjali tas-Saħħa jew ta' Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,
Avviż Legali 121 tal-2003 - Regolamenti dwar Rekwiżiti Minimi għall-Użu ta’ Tagħmir Protettiv Personali fuq ix-Xogħol,- Avviż Legali 228 tal-2003 - Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema minn Riskji relatati mal-Espożizzjoni għal Aġenti Bijoloġiċi fuq il-Post tax-Xogħol.


Learning Outcome: 4. Kapaċi nwettaq valutazzjoni tar-riskju bażiku biex nassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-klijenti.


Oqsma ewlenin:
- Identifikazzjoni tal-perikli: jiġu identifikati l-perikli li jistgħu jkunu ta' riskju fl-attività ta' kuljum.
- Jiġi deċiż min jista' jweġġa' u kif: klijenti, assistenti soċjali, kollegi oħrajn (xi klijenti/ħaddiema jista' jkollhom bżonnijiet speċjali pereżempju ħaddiema ġodda jew żgħażagħ, nisa tqal jew persuni b'diżabbiltà).
- Jiġi vvalutat ir-riskju: l-iskala tar-riskju; il-kunċett ta' probabbiltà tar-riskju; il-livell ta' korriment possibbli għad-diversi gruppi ta' klijenti.
- Kontroll tar-riskji: azzjonijiet possibbli biex il-perikli jitneħħew kompletament jew biex jiġu kkontrollati b'mod li r-riskju ta' korriment ikun limitat.
- Monitoraġġ tal-effettività tal-kontrolli: struzzjonijiet biex jiġu kkontrollati r-riskji; implimentazzjoni tal-kontrolli.
- Żamma ta' rekord u reviżjoni regolari tar-riskji u l-kontrolli.
Persuna: Uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà u Min Iħaddem



Tipi ta' riskji: fiżiċi; psikoloġiċi; soċjali.


Oqsma: fil-kċina; fil-kamra tas-sodda; fil-kamra tal-banju; fis-salott; fil-kuritur/fit-taraġ.
Learning Outcome: 5. Naf il-ħiliet bażiċi tal-ewwel għajnuna.


Raġunijiet. e.ż. ħidma ma' klijenti vulnerabbli, sitwazzjonijiet perikolużi, l-għoti ta' assistenza sakemm tasal l-għajnuna professjonali, li wieħed jagħraf sitwazzjonijiet meta għandu jitlob l-assistenza medika, li wieħed ikollu l-ħiliet neċessarji li jnisslu l-kunfidenza, sabiex tinżamm il-kalma f'sitwazzjoni ta' kriżi, biex ikun hemm proċeduri ċari li wieħed jista' jsegwi.

Sitwazzjonijiet: e.ż.attakk tal-qalb, waqgħat, ksur ta' għadam, demm, ħruq, persuna qed tifga, telf mis- sensi.



L-Ewwel Għajuna għas-sitwazzjonijiet t'hawn fuq.