Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza tal-Materjali > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - L-Atmosfera Tgħallem dwar il-kostitwenti naturali tal-atmosfera kif ukoll dwar il-kimiċi li jniġġsu. Uża l-karatteristiċi ta' dawn is-sustanzi biex tibni gruppi u tifhem ix-xejriet tal-imġiba fiżika u kimika. 

1] Kapaċi nidentifika l-gassijiet li jifformaw l-arja b'mod naturali u dawk li jistgħu jiżdiedu mill-umani, eż. in-nitroġenu, l-ossiġnu, il-monossidju tal-karbonju, id-dijossidju tal-karbonju, il-fwar tal-ilma, il-gassijiet nobbli, id-dijossidju tal-kubrit u l-ossidji tan-nitroġenu.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tan-nitroġenu, tal-ossiġnu, tad-dijossidju tal-karbonju u tal-gassijiet nobbli kif ukoll nirrelata dawn il-karatteristiċi mal-użi tal-gassijiet. 
3] Kapaċi nuża t-tabella perjodika biex niddeskrivi u/jew nidentifika l-atomi biex nuri d-differenzi bejn l-atomi, eż. il-partiċelli subatomiċi - il-protoni, in-newtroni u l-elettroni; in-numru atomiku, l-isotopi u l-massa relattiva atomika. 
4] Kapaċi niddetermina l-konfigurazzjoni tal-elettroni ta' atomu partikolari bl-użu tat-tabella perjodika, eż. tal-ewwel 20 element
5] Kapaċi nispjega fejn jinsabu l-elementi gassużi fit-tabella perjodika. 
6] Kapaċi nuża t-tabella perjodika onlajn biex insib informazzjoni dwar l-elementi u nidentifika s-simboli tal-elementi komuni fit-tabella perjodika eż. l-ewwel 20 element u l-bromur, il-jodju, iċ-ċomb, ir-ram, il-ħadid, iż-żingu u l-fidda.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
7] Kapaċi nispjega d-differenza bejn l-elementi u l-komposti, eż. l-użu tal-gassijiet fl-arja bħala eżempji.
8] Kapaċi nispjega kif ir-rabtiet kovalenti huma fformati u nirrappreżentahom billi nuża d-dijagrammi dot-and-cross, eż. l-idroġenu, l-ossiġnu, in-nitroġenu, il-kloru, il-metanu, l-ilma, id-dijossidju tal-karbonju, l-ammonja u l-klorur tal-idroġenu. 
9] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tas-sustanzi kovalenti sempliċi, eż. il-punti tat-tidwib u tat-togħlija, ma jħallux l-elettriku jgħaddi. 
10] Kapaċi nuża l-karatteristiċi tas-sustanzi kovalenti sempliċi biex nispjega kif iġibu ruħhom, eż. tad-distillazzjoni frazzjoni tal-arja likwida - l-ebda dettalji dwar il-proċess industrijali mhuma meħtieġa. 
11] Kapaċi nispjega l-fatt li l-gassijiet għandhom densitajiet relattivi differenti u volumi ndaqs ta' gassijiet, meta mkejla taħt l-istess kundizzjonijiet, għandhom mases differenti, eż. il-gassijiet għandhom rati differenti ta' diffużjoni skont il-massa atomika u molekulari tagħhom.
12] Kapaċi ninvestiga kif il-gassijiet jistgħu jkunu ppreparati b'mod sigur fil-laboratorju u nevalwa metodi differenti ta' ġbir, eż. id-dijossidju tal-karbonju billi nħallat l-aċidu mal-karbonati; l-ossiġnu mill-idroġenu billi nħallat aċidu ma' metall addattat.
13] Kapaċi nidentifika l-ilma u l-monossidju tal-karbonju bħala eżempji ta' ossidji newtrali.
.
14] Kapaċi nispjega kif l-ammont ta' ċerti gassijiet u partikulari fl-ambjent jistgħu jiżdiedu minħabba r-reazzjonijiet ta' kombustjoni, eż. id-dijossidju tal-karbonju, il-monossidju tal-karbonju, id-dijossidju tal-kubrit, l-ossidji nitroġeni u n-nugrufun.
15] Kapaċi nispjega kif xi gassijiet jirreaġixxu mal-ilma biex jipproduċu soluzzjonijiet aċidi, eż. id-dijossidju tal-karbonju u d-dijossidju tal-kubrit. 
16] Kapaċi ninterpreta d-data biex nidentifika u nispjega l-effetti ambjentali ta' xi gassijiet u partikulati fl-atmosfera.
17] Kapaċi niddiskuti l-metodi biex titnaqqas l-emissjoni tas-sustanzi li jniġġsu l-arja fl-atmosfera, eż. l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli, il-konvertitur katalitiku. 
18] Kapaċi nittraduċi r-reazzjonijiet deskritti f'din it-tema f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - Il-Baħar Tgħallem dwar l-importanza tal-baħar li jokkupa aktar minn 70% mill-wiċċ tad-dinja. L-ilma huwa solvent universali u l-baħar huwa sors rikk bil-minerali u ħafna kimiċi utli oħrajn. L-ilma huwa medium importanti għal ħafna reazzjonijiet kimiċi. 

1] Kapaċi nirriċerka u nippreżenta ideat dwar għaliex l-ilma huwa riżors prezzjuż ħafna fid-dinja u sors potenzjali ta' kunflitt. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nbassar is-solubbiltà tal-imluħa fl-ilma bl-użu tar-regoli tas-solubbiltà.
3] Kapaċi ninterpreta l-kurvi tas-solubbiltà.
4] Kapaċi nippjana u nagħmel investigazzjoni fuq id-differenzi bejn l-ilma iebes u dak ħafif, eż. bl-użu tas-soluzzjoni tas-sapun, tal-ilma jagħli u tal-evaporazzjoni. 
5] Bl-użu tar-reazzjonijiet kimiċi, kapaċi nispjega minn fejn ġejja l-ebusija, kemm dik temporanja u kemm dik permanenti, u minn fejn ġejja l-ġebla. 
6] Kapaċi niddeskrivi r-riskji u l-benefiċċji tal-ilma iebes biex ninkludi l-kwistjonijiet ta' saħħa u ekonomiċi eż. il-bżonn għall-kalċju mill-ġisem, l-imblukkar tal-pajpijiet tal-ilma sħun u l-prodott li jneħħi l-ġebla fuq element elettriku għat-tisħin.
.
7] Kapaċi nispega għala t-trattib tal-ilma huwa importanti f'żoni bl-ilma iebes, eż. irreferi għax-xenarju lokali.
8] Kapaċi nevalwa l-effett tal-metodi differenti biex titneħħa l-ebusija tal-ilma, eż. ir-reżina ta' skambju joniku, l-ilma jagħli u ż-żieda tas-soda tal-ħasil.
9] Kapaċi niddeskrivi u nevalwa t-tekniki ta' desalinizzazzjoni li jistgħu jintużaw biex jinħoloq ilma demineralizzat mill-ilma baħar, eż. limitat għad-distillazzjoni u għall-ożmożi inversa.
10] Kapaċi nispjega kif inhu prodott il-melħ f'Malta mill-ilma baħar u f'pajjiżi oħrajn mill-melħ tal-blat.
11] Kapaċi nispjega li l-ilma baħar fih il-jonji ċċarġjati maħlula li jifformaw struttura kbira jonika fuq l-evaporazzjoni, eż. limitata għall-istruttura tal-klorur tas-sodju. 
12] Kapaċi nuża l-karatteristiċi tal-komposti joniċi biex nispjega kif iġibu ruħhom, eż. f'termini tas-solubbiltà, mpts/bpts u l-konduttività elettrika fi stati differenti. 
13] Kapaċi nidentifika liema elementi jifformaw jonji pożittivi u liema jifformaw jonji negattivi u fejn jinsabu fit-tabella perjodika. 
14] Kapaċi npinġi dijagrammi tad-dot-cross biex nirrappreżenta l-irbit joniku, eż. limitati għall-komposti binarji minbarra l-metalli ta' tranżizzjoni.
15] Kapaċi nfassal il-formuli tal-komposti joniċi miċ-ċarġ fuq il-jonji. 
16] Kapaċi nuża l-indikaturi biex niddistingwi bejn is-soluzzjonijiet aċidużi, alkalini u newtrali, eż. bl-użu tal-karta litmus, l-indikatur universali, l-indikaturi fenolftaleina u l-oranġjo tal-metil.
17] Kapaċi nikklassifika sustanza bħala aċidu, bażi jew alkali u nispjega d-differenza bejn aċidi/bażijiet qawwija u ħfief.
18] Kapaċi nidentifika l-ossidji bażiċi u amfoteriċi.
19] Kapaċi ngħid x'jiġri waqt ir-reazzjonijiet tal-aċidi bl-użu tal-ekwazzjonijiet kimiċi u joniċi, eż. bejn l-aċidi u l-bażijiet/alkali, l-aċidi u l-karbonati/ il-karbonati tal-idroġenu, l-aċidi u l-metalli, l-aċidi u s-sulfiti pjuttost reattivi.
20] Kapaċi ngħid x'jiġri waqt ir-reazzjoni bejn alkali u l-melħ tal-ammonju bl-użu tal-ekwazzjonijiet kimiċi u joniċi.
21] Kapaċi napplika dawn il-kunċetti tal-aċidu u l-bażi fid-dinja reali, eż. f'termini tas-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet ambjentali bħax-xita aċiduża jew in-newtralizzazzjoni tal-ħamrija aċiduża. 
22] Kapaċi niddeskrivi metodu adattat biex nagħmel u nikseb kampjun pur niexef ta' melħ solubbli/insolubbli minn materjali tal-bidu differenti, eż. il-metall mal-aċidu, il-karbonat mal-aċidu, il-bażi mal-aċidu, l-alkali mal-aċidu u mar-reazzjonijiet ta' preċipitazzjoni.
23] Kapaċi niddeskrivi u nqabbel bejn x'jiġri kimikament meta l-elettriku jkun applikat mal-komposti joniċi solidi/imdewba u mas-sustanzi kovalenti. 
24] Kapaċi niddeskrivi u nispjega x'jiġri kimikament meta l-elettriku jkun applikat mas-soluzzjonijiet tal-imluħa, eż. l-elettrożi tal-ilma aċidifikat, l-elettrożi tas-sulfat tar-ram (II) bl-użu tal-elettrodi inerti u tar-ram u l-elettrożi tas-soluzzjoni kkonċentrata tal-klorur tas-sodju. 
25] Kapaċi niddeskrivi l-elettrożi bl-użu tal-"half equations".
26] Kapaċi nsemmi l-gruppi differenti/is-sett tat-tabella perjodika, eż. bħall-metalli tal-alkali, il-metalli alkalini tal-art, il-metalli ta' tranżizzjoni, l-aloġeni u l-gassijiet nobbli. 
27] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tal-aloġeni, eż. l-istat fit-temperatura ta' kamra u l-kuluri tal-aloġeni; it-test għall-klorur; is-sublimazzjoni tal-jodju.
28] Kapaċi niddeskrivi l-użi komuni tal-aloġeni, eż. l-ibbliċjar u l-azzjoni antibatterika tal-klorur fl-ilma, il-karatteristiċi antisettiċi tal-jodju.
29] Kapaċi niddeskrivi l-estrazzjoni tal-jodju u l-bromur mill-ilma baħar, eż. limitata għall-ispostament tar-reazzjonijiet tas-soluzzjoni milwiema. 
30] Kapaċi ninvestiga l-ispostament tar-reazzjonijiet tat-taħlit tal-aloġenu/aloġenur biex nibni serje tar-reattività tal-elementi mhux metalliċi, eż. l-aloġeni limitati għall-kloru, l-bromu u l-jodju.  
31] Kapaċi niddeskrivi x-xejriet fir-reattività fis-7 grupp tat-tabella perjodika. 
32] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-1 grupp tal-metalli (Li, Na, K) fit-tabella perjodika, eż. mpt/bpt, l-ebusija u r-reazzjonijiet tal-metalli mal-ilma u l-ossiġnu biex jifforma ossidu sempliċi.
33] Kapaċi niddeskrivi x-xejriet fir-reattività fl-1 grupp tat-tabella perjodika.
34] Kapaċi nqabbel ix-xejriet fir-reattività li tinsab fl-1 u fis-7 grupp u nuża l-istrutturi atomiċi biex nispjega l-varjazzjoni tar-reattività fi grupp. 
35] Kapaċi nittraduċi r-reazzjonijiet deskritti f'din it-tema f'ekwazzjonijiet kimiċi u joniċi bbilanċjati. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - L-Art Tgħallem kif ħafna prodotti u materjali essenzjali għal ħajjitna u għall-ekonomija tagħna huma miksuba mir-riżorsi definiti preżenti fid-dinja. Jekk dawn ir-riżorsi jintużaw kollha jistgħu ma jkunux aktar disponibbli iżda jekk nirriċiklaw dawn il-materjali nkunu nistgħu nkomplu nibbenefikaw minnhom.  

1] Kapaċi niddeskrivi l-blat preżenti f'Malta u l-proċessi tad-Dinja involuti fil-ħolqien tagħhom, eż. il-franka, il-blata sedimentarja. 
2] Kapaċi niddeskrivi l-użu tal-franka fil-bini u f'industriji oħrajn, eż. il-manifattura tal-ġir verġni (quicklime), tal-ġir bl-ilma (slaked lime), tas-siment u t-tajn, il-ħadid, il-konkrit bħala l-aggregat fil-kostruzzjoni tat-toroq.
3] Kapaċi nippjana u nagħmel investigazzjoni dwar il-materjali li jintużaw biex jinbnew binjiet u nuża r-riżultati tiegħi biex nispjega għala l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom materjali adattati għall-bini, eż. il-franka, il-konkrit, l-injam, l-azzar u l-aluminju.
.
4] Kapaċi niddibatti l-impatt ekonomiku u ambjentali tat-tfittxija għall-barrieri fejn jittieħed il-ġebel bla rażan.  
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nidentifika metalli li huma estratti minn ċerti minerali li jinstabu fil-blat, eż. ir-ram mill-malakita, il-ħadid mill-ematita u l-aluminju mill-bauxite kif ukoll il-vera ftit metalli li jinstabu bħala elementi fl-art, eż. id-deheb u l-platinu.
6] Kapaċi nidentifika l-pożizzjoni tal-metalli fis-serje tar-reattività mir-reazzjonijiet tagħhom, eż. mal-ilma/fwar, mal-aċidu idrokloriku, mal-ispostament tar-reazzjonijiet u nirrelatah mal-faċilità tal-korrużjoni u l-estrazzjoni.
7] Kapaċi nuża s-serje tar-reattività tal-metalli biex inbassar l-aħjar metodu għall-estrazzjoni tal-metall - tnaqqis bil-karbonju jew bl-elettrożi.
8] Kapaċi niddeskrivi r-reazzjonijiet kimiċi essenzjali fl-estrazzjoni tal-aluminju mill-bauxite; fil-forn tal-blast għall-produzzjoni tal-ħadid.
9] Kapaċi niddeskrivi l-estrazzjoni tal-metalli mill-minerali tagħhom f'termini tar-reazzjonijiet tar-redox, eż. jiġifieri f'termini ta' telf jew gwadann tal-ossiġnu, tal-elettroni u tal-bidla fin-numri tal-ossidazzjoni.
.
10] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tipiċi tal-elementi tat-tranżizzjoni.
11] Kapaċi niddeskrivi d-differenza bejn il-metalli tat-tranżizzjoni u dawk mhux tat-tranżizzjoni.
12] Kapaċi niddiskuti u nevalwa l-kwistjonijiet ambjentali li jqumu dwar l-estrazzjoni tal-metalli inkluż l-impatt pożittiv u negattiv fuq in-nies u l-affarijiet ta' madwarhom, eż. l-ekonomija, il-karrieri, it-tniġġis.
13] Kapaċi niddeskrivi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-oġġetti li nużaw u nevalwa l-aqwa azzjoni raġonevoli meta nikkunsidra n-natura definita ta' ħafna mill-metalli eż. l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ.
14] Kapaċi nittraduċi r-reazzjonijiet deskritti f'din it-tema f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kreazzjoni ta' Materjali Ġodda - B'liema ritmu? Sa fejn jistgħu jwasslu? Kemm? Tgħallem li l-kreazzjoni ta' materjali ġodda teħtieġ li x-xjentisti jużaw l-għarfien u l-ispjegazzjonijiet kimiċi flimkien mal-ħiliet prattiċi bħat-teħid preċiż u b'reqqa tal-kejl u ħidma b'mod sigur. Huwa importanti li tkun taf kif tikkontrolla r-reazzjonijiet; ittejjeb l-effiċjenza tal-proċess kimiku u taħdem l-ammont tal-materjal li għandu jiġi prodott. Fuq kollox, jeħtieġ li x-xjentisti kollha jieħdu r-responsabbiltà soċjali u etika filwaqt li joħolqu materjali ġodda biex inaqqsu l-impatt fuq l-organiżmi ħajjin u l-ambjent. 

1] Kapaċi nispjega li xi ftit materjali huma utli fl-istat nattiv tagħhom u materjali oħrajn għandhom bżonn jinbidlu minn reazzjoni kimika biex ikunu aktar utli.
2] Kapaċi nsemmi l-bidliet li jseħħu meta jsiru r-reazzjonijiet kimiċi u nqabbel il-bidliet fiżiċi bħall-bidla fl-istat u fir-reazzjonijiet kimiċi. 
3] Kapaċi niddeskrivi l-arranġament u l-moviment tal-partiċelli fit-tliet stati tal-materja.
4] Kapaċi nuża t-teorija tal-kinetika biex nispjega l-bidliet fl-enerġija li jakkumpanjaw il-bidliet fl-istat. 
5] Kapaċi norbot il-ħtiġijiet differenti tal-enerġija għall-bidliet fl-istat man-natura tat-trattament sempliċi tal-irbit, eż. il-kunsiderazzjoni tal-istruttura molekulari sempliċi kontra dik kbira ħafna. 
6] Kapaċi nispjega li meta jseħħu r-reazzjonijiet il-massa tkun ippreservata. 
7] Kapaċi nikkalkula l-formula relattiva tal-massa u l-massa relattiva molekulari ta' kompost mill-mases atomiċi relattivi. 
8] Kapaċi naħdem il-persentaġġ bil-kalkulazzjonijiet tal-massa, eż. il-persentaġġ bil-massa ta' element f'kompost, il-valur tal-xH2O f'kompost tal-idrat. 
9] Kapaċi nikkalkula l-formula tal-mases reattivi u nirrelata l-formuli empiriċi u molekulari tas-sustanzi sempliċi. 
10] Kapaċi nbassar l-ammont, f'moli jew f'mases, tal-prodotti fformati mill-ammonti mogħtija f'moles u f'mases, tas-sustanzi reattivi f'reazzjoni u viċiversa. 
11] Kapaċi nikkalkula l-volum u l-massa tal-gass f'temperatura u pressjoni standard (STP) li jkun involut f'reazzjoni.
12] Kapaċi nikkalkula l-produzzjoni teoretika u persentaġġ ta' prodott għal reazzjoni partikolari. 
13] Kapaċi nippjana u nagħmel investigazzjonijiet biex inkejjel ir-rata tar-reazzjoni, eż. bejn l-aċidu u l-metalli differenti; bejn il-franka u l-aċidu; ir-reazzjoni ta' preċipitazzjoni bħar-reazzjoni tat-tijosulfat mal-aċidu. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
14] Kapaċi niddeċiedi fuq l-użu tal-apparat adattat biex inkejjel ir-rata tar-reazzjoni. 
15] Kapaċi nidentifika l-kundizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ir-rata ta' reazzjoni partikolari, eż. l-istat tas-sottodiviżjoni, tat-temperatura, tal-katalista, tal-konċentrazzjoni u tad-dawl. 
16] Kapaċi nippjana u nagħmel investigazzjoni biex nistudja kif ir-rata tar-reazzjoni tista' tkun affettwata minn fatturi differenti, eż. l-erja tal-wiċċ tas-sustanzi reattivi, il-konċentrazzjoni tas-sustanzi reattivi, tat-temperatura u tad-dawl, l-użu ta' katalista u/jew il-pressjoni fil-gassijiet fejn hu applikabbli. 
17] Kapaċi npinġi l-graffs bl-użu tad-data esperimentali u ninterpreta r-riżultati.
18] Kapaċi nimmarka fuq il-graffs bl-użu tad-data esperimentali u ninterpreta r-riżultati. 
19] Kapaċi nispjega kif dawn il-fatturi jaffettwaw ir-rata tar-reazzjoni, eż. bl-użu tat-teoriji tal-kinetika u tal-kolliżjoni għall-istat tas-sottodiviżjoni, tal-konċentrazzjoni u tat-temperatura. 
20] Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.




Agħti r-rispons tiegħek hawn