Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija
Ix-Xjenza tal-Materjali > LEVEL 9
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bilanċjati.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - Il-Baħar Tgħallem dwar l-importanza tal-baħar li jokkupa aktar minn 70% mill-wiċċ tad-dinja. L-ilma huwa solvent universali u l-baħar huwa sors rikk bil-minerali u ħafna kimiċi utli oħrajn. L-ilma huwa medium importanti għal ħafna reazzjonijiet kimiċi.
1] Kapaċi nidentifika l-jonji preżenti fis-soluzzjonijiet billi nagħmel it-testijiet adattati b'mod sigur eż.
2] Kapaċi nfassal esperimenti biex nidentifika l-jonji kostitwenti fis-solidi, eż. il-ġebla mill-ktieli u l-bojlers.
3] Kapaċi nuża l-kromatografija biex nidentifika l-komponenti ta' taħlita kkulurita, eż. il-kromatografija tal-karta.
4] Kapaċi nikkalkula l-konċentrazzjonijiet ġaladarba l-massa tas-solut iddub f'volum partikolari tas-soluzzjoni.
5] Kapaċi nipprepara soluzzjoni standard eż. il-karbonat tas-sodju.
.
6] Kapaċi nagħmel titrazzjoni biex nikkalkula l-konċentrazzjoni ta' aċidu/alkali partikolari, eż. tal-aċidi: l-aċidu idrokloriku, l-aċidu tal-kubrit, l-aċidu nitriku, l-aċidu etanojku; u tal-alkali: l-idrossidju tas-sodju, l-idrossidju tal-potassju u l-karbonat tas-sodju.
7] Kapaċi nikkalkula l-konċentrazzjoni/volum ta' soluzzjoni li tkun f'reazzjoni.
- l-identifikazzjoni tal-joni Na+, K+ permezz tat-testijiet bil-fjamma.
- l-idrossidju tas-sodju bl-ilma għall-Mg2+ Ca2+; NH4+, Cu2+, Fe2+, Fe3+, Al3+, Pb2+;
- Testijiet biex niddistingwi bejn is-Ca2+ u l-Mg2+: il-Pb2+ u l-Al3+ ;
- ir-reazzjonijiet sempliċi f'tubu tat-testijiet għas-Cl-, Br- I-; CO32- SO32- u l-SO42- ;
- NO3-3 bit-tnaqqis mal-aluminju u l-alkali (m'hemm l-ebda ekwazzjoni redox għal dan it-test)
2] Kapaċi nfassal esperimenti biex nidentifika l-jonji kostitwenti fis-solidi, eż. il-ġebla mill-ktieli u l-bojlers.
3] Kapaċi nuża l-kromatografija biex nidentifika l-komponenti ta' taħlita kkulurita, eż. il-kromatografija tal-karta.
4] Kapaċi nikkalkula l-konċentrazzjonijiet ġaladarba l-massa tas-solut iddub f'volum partikolari tas-soluzzjoni.
5] Kapaċi nipprepara soluzzjoni standard eż. il-karbonat tas-sodju.
.
6] Kapaċi nagħmel titrazzjoni biex nikkalkula l-konċentrazzjoni ta' aċidu/alkali partikolari, eż. tal-aċidi: l-aċidu idrokloriku, l-aċidu tal-kubrit, l-aċidu nitriku, l-aċidu etanojku; u tal-alkali: l-idrossidju tas-sodju, l-idrossidju tal-potassju u l-karbonat tas-sodju.
7] Kapaċi nikkalkula l-konċentrazzjoni/volum ta' soluzzjoni li tkun f'reazzjoni.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kreazzjoni ta' Materjali Ġodda - B'liema ritmu? Sa fejn jistgħu jwasslu? Kemm? Tgħallem li l-kreazzjoni ta' materjali ġodda teħtieġ li x-xjentisti jużaw l-għarfien u l-ispjegazzjonijiet kimiċi flimkien mal-ħiliet prattiċi bħat-teħid preċiż u b'reqqa tal-kejl u ħidma b'mod sigur. Huwa importanti li tkun taf kif tikkontrolla r-reazzjonijiet; ittejjeb l-effiċjenza tal-proċess kimiku u taħdem l-ammont tal-materjal li għandu jiġi prodott. Fuq kollox, jeħtieġ li x-xjentisti kollha jieħdu r-responsabbiltà soċjali u etika filwaqt li joħolqu materjali ġodda biex inaqqsu l-impatt fuq l-organiżmi ħajjin u l-ambjent.
1] Kapaċi nikklassifika r-reazzjonijiet eż. bħala redox, ta' spostament, tal-aċidu-bażi, tal-kombustjoni, tad-dekompożizzjoni termika
2] Kapaċi niddeskrivi kif il-prodotti tar-reazzjonijiet jistgħu jkunu utli u kif il-kimiċi kapaċi jiddisinjaw ir-reazzjonijiet adattati għal riżultat partikolari.
3] Kapaċi niddeskrivi xi bidliet riversibbli eż. il-bidla fl-istat; l-idrazzjoni tas-sulfat (II) tar-ram; id-dissoċjazzjoni termika tal-ammonju tal-klorur.
4] Kapaċi niddeskrivi kif xi reazzjonijiet kimiċi f'kundizzjonijiet magħluqa ma jitlestewx iżda jispiċċaw f'pożizzjoni ta' ekwilibriju.
5] Kapaċi nispjega n-natura dinamika tal-ekwilibriju u nuża s-simbolu adattat biex nindikaha.
6] Kapaċi nuża l-prinċipju Le Chatelier biex nispjega kif jinbidlu l-ekwilibriji bil-bdil tal-kundizzjonijiet għar-reazzjonijiet, eż. it-temperatura, il-konċentrazzjoni, il-pressjoni fejn hu xieraq.
7] Kapaċi nuża l-prinċipju Le Chatelier biex nispjega kif jinbidlu l-ekwilibriji bil-bdil tal-kundizzjonijiet għar-reazzjonijiet. Kapaċi napplika din l-idea għall-proċessi industrijali, eż. bħall-proċess Haber u nispjega kif il-prodott huwa affettwat kemm mir-rata tar-reazzjoni kif ukoll mill-pożizzjoni tal-ekwilibriju.
8] Kapaċi nevalwa l-bżonnijiet għall-prodotti kimiċi, eż. il-fertilizzant mill-proċess Haber u niddiskuti l-kwistjonijiet ambjentali mdawrin mal-produzzjoni u l-użu.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-komposti tal-karbonju mid-Dinja - Nilħqu l-bżonnijiet tagħna fl-enerġija Kapaċi nevalwa l-użu tas-sorsi tal-enerġija li jkun fihom il-karbonju; il-produzzjoni u l-użu tal-materjali ġodda u l-impatt ambjentali tagħhom. Investiga l-bidliet tal-enerġija li jakkumpanjaw il-proċessi kimiċi u fiżiċi.
1] Kapaċi nevalwa l-importanza taż-żejt mhux maħdum bħala sors tal-enerġija għat-trasport u l-produzzjoni tal-elettriku kif ukoll bħala l-bażi għall-produzzjoni kimika.
2] Kapaċi nippreżenta argument li juri li ż-żejt mhux maħdum huwa materja prima kruċjali u li l-kontroll tat-tali żejt possibbilment huwa sors għall-kunflitt fid-dinja.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
3] Kapaċi nevalwa r-riskji u l-benefiċċji tat-trasport u l-ħażna tal-fjuwils lejn xi gżira u l-użu taż-żejt mhux maħdum bħala fjuwil finit.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
4] Kapaċi niddeskrivi kif iż-żejt mhux maħdum huwa sseparat minn distillazzjoni frazzjonali u kif jistgħu jintużaw il-frazzjonijiet prodotti.
5] Kapaċi nispjega għala l-karbonju huwa element speċjali li jifforma numru kbir differenti ta' komposti u li numru kbir minn dawn jinsabu fin-natura u/jew huma magħmula b'mod sintetiku.
6] Kapaċi nuża t-termini serje omoloġika, formula empirika, formula strutturali, formula molekulari, formula ġenerali u grupp funzjonali għas-serje omoloġika, eż. l-alkani, l-alkeni, l-alkini, l-alkoħol, l-aċidi karbossiliċi.
7] Kapaċi nsemmi u npinġi l-istrutturi ta' molekuli organiċi sempliċi, eż. limitati għall-ewwel 4 membri tal-katina dritta tas-serje omoloġika tal-alkani, l-alkeni, l-alkini, l-alkoħol u l-aċidi karbossiliċi.
8] Kapaċi nidentifika u nuri kif l-alkani u l-alkeni jistgħu jinkisbu mill-qsim tal-katini twal tal-alkani.
9] Kapaċi niddeskrivi u nqabbel l-irbit intramolekulari (kovalenti) u l-forzi intermolekulari, eż. imsejħa bħala forzi dgħajfa tal-attrazzjoni fl-alkani u nużahom biex nispjega x-xejriet fil-karatteristiċi tal-alkani, eż. bħall-punt tat-togħlija u tat-tidwib.
10] Kapaċi niddeskrivi r-reazzjonijiet kimiċi ewlenin tal-alkani, eż. il-qsim, il-kombustjoni u l-aloġenazzjoni - limitati għall-monosostituzzjoni.
11] Kapaċi norbot in-natura saturata tal-alkani man-nuqqas tar-reattività tagħhom u mar-reazzjonijiet ta' sostituzzjoni.
12] Kapaċi nittraduċi r-reazzjonijiet tal-alkani f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.
13] Kapaċi niddeskrivi r-reazzjoni tal-kombustjoni u nispjega li l-enerġija hija prodotta mir-reazzjoni.
14] Kapaċi nippjana u nagħmel investigazzjoni fuq l-ammont tal-enerġija rilaxxata mill-fjuwils differenti u nagħmel stima tas-sħana tal-kombustjoni, eż. l-alkoħol.
15] Kapaċi nagħmel dijagrammi tal-livell tal-enerġija bl-użu tal-enerġiji tal-irbit biex nispjega kif ir-reazzjonijiet tal-kombustjoni tal-fjuwils huma eżotermiċi.
16] Kapaċi nispjega kif kemm il-bidliet fiżiċi kif ukoll dawk kimiċi huma akkumpanjati mill-bidliet tal-enerġija u li dawk il-proċessi jistgħu jkunu eżotermiċi jew endotermiċi, eż. il-bidla fl-istat, fil-preċipitazzjoni, fin-newtralizzazzjoni, fis-soluzzjoni.
17] Kapaċi nqabbel ir-reazzjonijiet eżotermiċi, eż. il-kombustjoni u r-reazzjonijiet endotermiċi, eż. il-fotosinteżi u niftakar li l-enerġija tkun ikkonservata.
18] Kapaċi niddeskrivi r-reazzjonijiet tal-alkeni, eż. il-brominazzjoni, l-idrazzjoni, l-idroġenizzazzjoni, il-polimerizzazzjoni fejn jistgħu jinkisbu
prodotti utli miż-żejt mhux maħdum.
19] Kapaċi norbot ir-reattività tal-alkeni u r-reazzjonijiet addizzjonali tagħhom man-nuqqas ta' saturazzjoni.
20] Kapaċi nuri l-produzzjoni tal-plastik mill-alkeni u komposti mhux saturati oħrajn permezz tal-polimerizzazzjoni, eż. limitata għall-politin, il-PTFE u l-PVC.
21] Kapaċi nittraduċi r-reazzjonijiet tal-alkeni f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.
22] Kapaċi niddeskrivi l-problemi tal-kontenut għoli tal-kubrit fiż-żejt mhux maħdum u l-importanza tal-proċess tat-tneħħija tal-kubrit.
23] Kapaċi niddeskrivi kif l-użu tal-fjuwils jikkontribwixxi għall-problemi bħat-tniġġis u t-tisħin globali u ninterpreta d-data fuq dawn il-kwistjonijiet.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
24] Kapaċi niddeskrivi kif ċerti sustanzi organiċi, apparti l-fjuwils, jistgħu jikkontribwixxu għall-problemi ambjentali, eż. il-plastik mhux bijodegradabbli, l-effett kontinwu tas-CFCs fuq it-tnaqqis tal-ożonu u s-sostitut tagħhom.
25] Kapaċi nispjega kif il-kombustjoni tal-fjuwils tirrilaxxa l-partikulati, il-monossidju tal-karbonju, l-ossidji tan-nitroġenu u d-dijossidju tal-kubrit fl-atmosfera.
26] Kapaċi nippjana u nagħmel dibattitu dwar l-użu tal-karozzi personali u trasport ieħor kontra t-trasport pubbliku.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
27] Kapaċi nispjega kif l-alkoħol jista' jkun prodott permess tal-fermentazzjoni u l-idrazzjoni tal-alkeni u nista' niddibatti dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn iż-żewġ metodi.
28] Kapaċi niddeskrivi xi ftit mill-użi importanti tal-etanol, eż. bħala solvent, fjuwil, xarbiet alkoħoliċi.
29] Kapaċi niddeskrivi kif l-etanol jista' jkun ossidat f'aċidu etanojku, eż. bl-użu tad-dikromat tal-potassju aċidifikat.
30] Kapaċi nispjega kif il-bidla tal-inbid f'ħall tinvolvi l-ossidazzjoni mill-ajru tal-etanol għall-aċidu etanojku.