Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza tal-Materjali > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - L-Atmosfera Tgħallem dwar il-kostitwenti naturali tal-atmosfera kif ukoll dwar il-kimiċi li jniġġsu. Uża l-karatteristiċi ta' dawn is-sustanzi biex tibni gruppi u tifhem ix-xejriet tal-imġiba fiżika u kimika. 

1] Kapaċi nirriċerka u nqabbel it-teoriji dwar l-oriġini tal-atmosfera fid-dinja u fi pjaneti oħrajn u nuża dan biex niddetermina l-fattibbiltà tal-ħajja fuq pjaneti oħrajn. 
2] Kapaċi nippjana u nagħmel investigazzjoni fuq id-differenza bejn l-arja miġbuda 'l ġewwa u dik minfuħa 'l barra, eż. l-użu tat-test kontra l-ġebla biex nuri l-preżenza tad-dijossidju tal-karbonju.
.
3] Bl-użu tal-forzi intermolekulari, kapaċi nispjega r-raġuni għala l-ilma għandu karatteristiċi speċjali u s-sinifikat ta' dan mal-ħajja fid-dinja, eż. l-ilma huwa likwidu fit-temperatura ta' kamra. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - Il-Baħar Tgħallem dwar l-importanza tal-baħar li jokkupa aktar minn 70% mill-wiċċ tad-dinja. L-ilma huwa solvent universali u l-baħar huwa sors rikk bil-minerali u ħafna kimiċi utli oħrajn. L-ilma huwa medium importanti għal ħafna reazzjonijiet kimiċi. 


1] Kapaċi nispjega kif l-elettrożi tintuża fl-industrija biex toħroġ il-kimiċi mis-salmura. eż. iċ-ċellola tal-membrana.
2] Kapaċi nikkalkula l-volum tal-gass tal-kloru prodott mill-elettrożi tas-salmura.
3] Kapaċi niddibatti dwar il-kwistjonijiet ambjentali li jqumu bl-użu tal-bliċ u nevalwa l-użu tal-aġenti tat-tindif alternattivi. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Materjali mid-Dinja - L-Art Tgħallem kif ħafna prodotti u materjali essenzjali għal ħajjitna u għall-ekonomija tagħna huma miksuba mir-riżorsi definiti preżenti fid-dinja. Jekk dawn ir-riżorsi jintużaw kollha jistgħu ma jkunux aktar disponibbli iżda jekk nirriċiklaw dawn il-materjali nkunu nistgħu nkomplu nibbenefikaw minnhom.  

1] Kapaċi nagħmel il-kalkulazzjonijiet ibbażati fuq l-esperimenti tal-estrazzjoni tal- tal-metall b'mod indipendenti, eż. mill-blata tal-bidu għall-massa tal-metall prodotta mingħajr ebda istruzzjonijiet partikolari.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kreazzjoni ta' Materjali Ġodda - B'liema ritmu? Sa fejn jistgħu jwasslu? Kemm? Tgħallem li l-kreazzjoni ta' materjali ġodda teħtieġ li x-xjentisti jużaw l-għarfien u l-ispjegazzjonijiet kimiċi flimkien mal-ħiliet prattiċi bħat-teħid preċiż u b'reqqa tal-kejl u ħidma b'mod sigur. Huwa importanti li tkun taf kif tikkontrolla r-reazzjonijiet; ittejjeb l-effiċjenza tal-proċess kimiku u taħdem l-ammont tal-materjal li għandu jiġi prodott. Fuq kollox, jeħtieġ li x-xjentisti kollha jieħdu r-responsabbiltà soċjali u etika filwaqt li joħolqu materjali ġodda biex inaqqsu l-impatt fuq l-organiżmi ħajjin u l-ambjent. 


1] Kapaċi nlesti l-kalkulazzjonijiet multistadju minn jeddi.
2] Kapaċi namministra riċerka bbażata fuq l-internet dwar kif il-fehim tagħna tal-kimika żviluppa matul iż-żmien u kif issa aħna kapaċi niddisinjaw u nagħmlu materjali ġodda skont il-karatteristiċi meħtieġa, eż. il-Kevlar, materjali tal-plastik li jgħaddi minnhom id-dawl eċċ. 
3] Kapaċi npinġi u ninterpreta l-graffs ġaladarba d-data fuq is-sustanzi reattivi u l-prodotti qiegħda f'ekwilibriju. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nittraduċi r-reazzonijiet f'ekwazzjonijiet kimiċi bbilanċjati.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-komposti tal-karbonju mid-Dinja - Nilħqu l-bżonnijiet tagħna fl-enerġija Kapaċi nevalwa l-użu tas-sorsi tal-enerġija li jkun fihom il-karbonju; il-produzzjoni u l-użu tal-materjali ġodda u l-impatt ambjentali tagħhom. Investiga l-bidliet tal-enerġija li jakkumpanjaw il-proċessi kimiċi u fiżiċi.   ​                                                                       


1] Kapaċi namministra riċerka bbażata fuq l-internet dwar is-soluzzjonijiet alternattivi possibbli għall-kriżi tal-enerġija u l-importazzjoni kontinwa taż-żejt, eż. fjuwil tal-idroġenu u ċelloli tal-fjuwil eċċ.
2] Kapaċi nqabbel u nevalwa r-rimi tal-plastik mhux bijodegredabbli bl-użu tal-kombustjoni, tar-riċiklaġġ jew tal-miżbla. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn