Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

L-Arti tal-Ispettaklu > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can demonstrate an understanding of the capacity of the visual and performing arts to address moral and ethical issues relevant to Malta and the wider world, and appreciate that the arts can benefit social and cultural cohesion.

L-Aspett tas-Suġġett: L-arti tal-mużika, taż-żfin u tad-drama fil-kuntest.

1] Kapaċi nuri li nifhem ir-rwoli differenti li taqdi l-arti f'komunità jew soċjetà: biex tinvolvi; biex trawwem il-kurżità, l-immaġinazzjoni u l-kreattività; biex toffri divertiment; biex tqiegħed sfidi; biex tittrażmetti kultura, wirt u valuri; biex tesprimi dilemmi etiċi; biex tesprimi ritwali ta' luttu, ċelebrazzjoni, qima u talb; u biex twassal għal opportunitajiet ta' karriera.
2] Jien nesplora u nitgħallem dwar il-modi kif iż-żfin, il-mużika u d-drama jwasslu l-kunċett tal-ideali, tar-reliġjonijiet ta' ċiviltajiet kontemporanji u passati, kemm f'Malta kif ukoll fil-bqija tad-dinja. 

IL-BIDLA SOĊJALI
3] Jien infittex li nqanqal mistoqsijiet dwar valuri u twemmin importanti riflessi fix-xogħlijiet tal-arti u fil-mod kif l-artisti jinfluwenzaw is-soċjetajiet ta' żmienhom. 

4] Kapaċi nuri li nifhem ir-relazzjoni bejn l-artisti u x-xogħlijiet tal-arti, u s-soċjetajiet partikolari li fihom inħolqu.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can demonstrate an understanding of how to employ basic ethical decision-making when reflecting on my own work and that of others, and when creating artworks that involve the intellectual and cultural property rights of others. I can analyse a variety of artistic forms, recognising traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: Nevalwaw l-arti tal-mużika, żfin u drama.

1] Jien infittex li nistaqsi mistoqsijiet ġenerali dwar
a) x'tifsira ried jgħaddi x-xogħol li jkun ġie ppreżentat
b) il-kuntest kulturali tiegħu
ċ) u l-effett ta' dan fuq l-udjenza.

2] Kapaċi nirreaġixxi għax-xogħol ippreżentat b'kurżità  u riflessjoni, skont il-kultura u t-twemmin tiegħi kif ukoll ta' oħrajn.
IL-BIDLA SOĊJALI

3] Kapaċi nuri għarfien ta' kunċetti bażiċi ta' metrika, temp, ritmu, piċċ u tessitura tal-vuċi, dinamika, struttura, stil, rwol u lingwa waqt li nkun qed nevalwa rappreżentazzjoni artistika.
4] Kapaċi nidentifika xi jwassal għal rappreżentazzjoni artistika effettiva.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative modes suited to a range of audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Eżekuzzjoni ta' rappreżentazzjonijiet artistiċi.

1] Żviluppajt ħiliet performattivi bażiċi fid-drama, il-mużika u ż-żfin sabiex nieħu sehem sħiħ f'rappreżentazzjonijiet artistiċi kemm improvizzati kif ukoll maħsuba, u kapaċi nuża dawn il-ħiliet biex nesplora, niżviluppa u nikkomunika ħsibijiet, ideat, esperjenzi u sentimenti.
2] Kapaċi nuri li b'mod bażiku nifhem il-modi kif joriġina l-ħsieb għal rappreżentazzjoni artistika, ippreżentat u milqugħ, kif ukoll ir-rispons mill-udjenza.
3] Kapaċi nifhem b'mod bażiku s-sengħa artistika u tal-produzzjoni meħtieġa biex wieħed jikkomunika ma' udjenza, u kapaċi nanalizza l-ħtiġijiet ta' tali rappreżentazzjonijiet kemm maħsuba u improvizzati.
4] Kapaċi noħloq, nippjana u norganizza l-aspetti ewlenin kollha ta' rappreżentazzjoni, kemm bħala parti minn ensemble kif ukoll f'rappreżentazzjoni li nieħu sehem fiha jien.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply skills and dispositions such as goal setting, working independently and collaboratively, showing initiative, experimentation and adaptability.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-ħolqien artistiku.

1] Kapaċi noħloq xogħlijiet oriġinali f'waħda mill-forom tal-mużika, żfin u drama jew aktar, u napplika l-lingwaġġ, il-ħiliet, il-materjal, it-teknika, il-proċess, il-konvenzjonijiet u t-teknoloġiji adegwati.
IL-KITBA
2] Kapaċi nikkopera ma' nies tampari u adulti biex nilħaq l-għanijiet tiegħi u għanijiet komuni fil-mużika, żfin u drama.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nieħu sehem bis-sħiħ fit-tliet oqsma tal-
mużika, żfin u drama, kemm fil-klassi kif ukoll barra minnha.
4] Jiena konxju/a tal-ħtiġijiet tiegħi f'dak li hu tagħlim u kapaċi nieħu riskji ta' tagħlim waqt li nesplora u ninvolvi ruħi fil-forom tal-
mużika, żfin u drama.
IT-TAGĦLIM PERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tat-teknoloġija

1] Kapaċi nuri li nifhem l-impatt li jħalli l-avvanz fit-teknoloġija fuq ir-rappreżentazzjoni u fuq l-involviment tal-udjenza.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
2] Kapaċi nuri li nifhem l-użu ta' tagħmir tekniku varju meħtieġ biex jitwettqu l-bżonnijiet ta' produzzjoni ta' rappreżentazzjoni lajv u/jew midja rrekordjati.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
3] Kapaċi nuri għarfien bażiku tat-teknoloġija f'rappreżentazzjonijiet artistiċi u l-produzzjoni.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
 




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can demonstrate an understanding of the role of the visual and performing arts in fostering lifelong learning. I am aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults in Malta and the wider world, and demonstrate an understanding of their role in fostering lifelong learning in the arts. I know how to learn about and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: Nitgħallmu nitgħallmu.

1] Kapaċi ngħaqqad l-esperjenzi fi ħdan l-arti tal-mużika, żfin u drama mal-iżvilupp personali, u kapaċi nesplora l-konnessjonijiet bejn il-mużika, żfin u drama u l-esperjenzi tal-ħajja.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nagħraf u nartikola l-fatturi li jinfluwenzaw l-effettività personali tiegħi f'rappreżentazzjonijiet artistiċi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
3] Nattendi rappreżentazzjonijiet artistiċi, kunċerti u wirjiet b'mod regolari u nuża dawn bħala sorsi ta' żvilupp konjittiv, soċjali, emozzjonali, kulturali u politiku.
4] Kapaċi nisma' mużika folkloristika Maltija u anke ninvestiga u niddiskuti l-influwenza ta' drawwiet u prattiki tradizzjonali fuq il-mużika.

5] Kapaċi nżomm aġġornat/a mal-avvenimenti kollha li jkunu qed isiru f'diversi lokalitajiet fil-gżejjer Maltin permezz tal-internet, il-gazzetti u midja oħra. Kapaċi nsegwi avvenimenti artistiċi barra minn Malta permezz tal-internet u l-midja stampata.
IL-QARI U L-FEHIM

6] Kapaċi ninvolvi ruħi fi proġetti individwali jew fi grupp sabiex nistudja rappreżentazzjonijiet  li saru fil-passat jew preżenti, jew bħala parti mill-proċess ta' tagħlim, biex nixpruna l-kreattività u noħloq rappreżentazzjonijiet.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI

7] Jiena nikkomunika għarfien li qiegħed dejjem jiżviluppa fil-mużika, żfin u drama f'forom miktubin jew mitkellma.
IL-QARI U L-GĦARFIEN
8] Kapaċi niddeskrivi, bil-fomm jew bil-miktub, mill-inqas tliet karrieri differenti fil-qasam tal-mużika, żfin u drama.
IL-KITBA




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply skills and dispositions such as goal setting, working independently and collaboratively, showing initiative, experimentation and adaptability.

L-Aspett tas-Suġġett: Iż-żfin: ħidma ma' oħrajn.

1] Kapaċi nikkollabora ma' oħrajn biex niżviluppa u nlesti b'suċċess proġetti taż-żfin. 
2] 
Kapaċi nuri li naf naħdem fi grupp u li naf ninqata' meta nkun qed naħdem ma' sħabi, naħdem ma' partner biex noħloq sekwenza u naħdem fi gruppi ta' aktar minn tlieta. 
3] Kapaċi nesplora kemm nagħti piż u kemm niflaħ nieħu meta nqis is-sigurtà tal-partners taż-żfin tiegħi.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can demonstrate an understanding of the capacity of the visual and performing arts to address moral and ethical issues relevant to Malta and the wider world, and appreciate that the arts can benefit social and cultural cohesion.

L-Aspett tas-Suġġett: Iż-żfin fil-kuntest.

1] Kapaċi nuri li nifhem il-mod kif iż-żfin jikkomunika l-ideali, ir-reliġjonijiet u t-tradizzjonijiet, u l-kwistjonijiet morali u etiċi taċ-ċivilizzazzjonijiet kontemporanji u tal-passat, kemm f'Malta kif ukoll fid-dinja usa'.
IL-BIDLA SOĊJALI
2] Jiena familjari maż-żfin tradizzjonali, folkloristiku, klassiku, kontemporanju u ma' forom u ġeneri oħra ta' żfin.
3] Kapaċi nuri li nifhem ir-relazzjoni bejn l-artisti u x-xogħol taż-żfin tagħhom u s-soċjetajiet partikolari li fihom ġie żviluppat, eż. kapaċi nara filmat ta' ballet bħal Swan Lake u niddiskuti kif l-istorja ġiet żviluppata u interpretata, filwaqt li nirrifletti fuq kif il-koreografu jħares lejn id-dinja.
IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to draw on my curiosity, imagination and thinking skills to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies. 

L-Aspett tas-Suġġett: Noħolqu ż-żfin

1] Kapaċi nieħu riskji biex nitgħallem fi ħdan kuntest taż-żfin. Kapaċi niċċaqlaq b'rispons għal diversi stimoli u nesplora u nesperimenta bl-ispazju, il-ħin, id-dinamika u r-relazzjonijiet.
IT-TAGĦLIM KREATTIV

2]  Kapaċi nuża vokabularju tal-moviment biex niżviluppa attivitajiet u żifniet li jesprimu tifsiriet personali u jwasslu tema definita.
3] Niċċaqlaq bl-għarfien tat-tip ta' ġisem li għandi u tal-kapaċitajiet tiegħi, u b'hekk innaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li nweġġa'.
4. Kapaċi nesplora tekniki ta' rakkontar ta' stejjer u nwassal sentimenti fil-moviment u ż-żfin.
5] Kapaċi nwettaq preżentazzjoni orali fi klassi dwar l-istorja, il-kultura, il-ġeografija, il-politika, l-istorja tal-mużika u l-istat tal-arti ta' pajjiż speċifiku, billi ninkorpora varjetà ta' esperjenzi multisensorjali bħall-ikel, il-mużika, il-moda, l-istrumenti u fejn jinsab pajjiż ġeografikament.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Kapaċi nuri li nifhem ir-relazzjonijiet bejn il-ġisem, il-koreografija u t-teknoloġija u l-użu tal-kamera fix-xogħol taż-żfin.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can demonstrate an understanding of how to employ basic ethical decision-making when reflecting on my own and others' artistic works, and when creating artistic works that involve the intellectual and cultural property rights of others. I can analyse a variety of artistic forms, recognising traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: Evalwazzjoni taż-żfin

1] Kapaċi nirrispondi għal xogħol ta' żfin b'kurżità, inkwiżizzjoni u riflessjoni, billi nuri apprezzament tal-kultura u t-twemmin tiegħi stess kif ukoll ta' oħrajn.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
2] Nistħarreġ u niżviluppa għarfien tar-relazzjoni bejn il-performer u l-udjenza.
3] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku u niddeskrivi l-ispettakli taż-żfin tiegħi stess u dawk tal-oħrajn, billi nuri abbiltà li nesplora u niddiskuti t-tifsiriet possibbli tax-xogħlijiet.
IL-KITBA
4] Kapaċi nartikola u nappoġġja t-tifsir mibni fuq l-ispettakli taż-żfin tiegħi stess u tal-oħrajn u nuri li jien konxju/a tal-ambjent li fih isiru dawn l-ispettakli.
IL-KITBA
5] Kapaċi niddiskuti l-użu tad-dinamiċi u r-relazzjonijiet bejn l-ispazju u ż-żmien meta nanalizza x-xogħol tiegħi stess kif ukoll dak tal-oħrajn.
IL-LINGWA ESPRESSIVA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative modes suited to a range of audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Żfin: eżekuzzjoni

1] Kapaċi nuri kif il-ħin, l-ispazju, id-dinamika u r-relazzjonijiet huma użati fil-moviment, eż. kapaċi noħloq collages ta' moviment li jesploraw id-dinamiċi tar-relazzjonijiet.
2] Kapaċi nuri għarfien dejjem akbar ta' ġismi u l-kapaċitajiet ta' moviment tiegħi, għarfien kinestetiku, konċentrazzjoni u abbiltà li niffoka fil-ħiliet 
ta' eżekuzzjoni ta' moviment.
3] Kapaċi nuża movimenti li jikkuntrastaw lil xulxin fiż-żfin u nadatta movimenti ta' kuljum billi nuża partijiet tal-ġisem iżolati.
4] Kapaċi neżegwixxi firxa ta' ħiliet ta' moviment u nuri li nifhem il-prinċipji li jreġuhom: il-bilanċ, it-tibdil tal-punt fejn ikun hemm il-piż, il-qbiż u l-mess mal-art, l-artikolazzjoni ta' partijiet tal-ġisem iżolati, il-bidu ta' moviment, il-waqgħa u l-irkupru.
5] Kapaċi nikkombina movimenti ma' ġesti u espressjonijiet tal-wiċċ biex noħloq sekwenza, u kapaċi nuri sentimenti u emozzjonijiet b'rabta mal-moviment.
6] Kapaċi nuri li
nifhem il-proċessi involuti fl-organizzazzjoni ta' spettaklu taż-żfin. 




L-Aspett tas-Suġġett:

.




Agħti r-rispons tiegħek hawn