Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza > LEVEL 6





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: L-istudenti jistgħu juru kif waslu għar-riżultati b'modi differenti, bħal pereżempju billi jitkellmu fuq is-suġġett, iwieġbu l-mistoqsijiet bil-fomm, ipinġu dijagrammi relevanti, juru li fehmu permezz tad-drama (role play), joħolqu preżentazzjoni jew b'xi metodu ieħor, jew taħlita ta' metodi adattati; it-termini "niddeskrivi" jew "nispjega" fl-eżiti mhux neċessarjament jeħtieġu deskrizzjoni jew spjegazzjoni bil-miktub. 

L-Aspett tas-Suġġett: X'inhu xogħol ix-xjentisti?

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet dwar suġġett xjentifiku li jkun qed jiġi diskuss fil-klassi. 
2] Kapaċi nsib ir-risposti għall-mistoqsijiet sempliċi fuq suġġett xjentifiku.
3] Kapaċi nuża għarfien xjentifiku limitat biex inbassar ir-riżultat ta' esperiment.
4] Kapaċi nagħmel investigazzjoni prattika sempliċi, li tinvolvi żewġ varjabbli, bil-gwida tal-għalliem/a. 
5] Kapaċi niddokumenta l-osservazzjonijiet billi nimla t-tabella tar-riżultati.
6] Kapaċi nidentifika r-relazzjonijiet sempliċi tal-kawża u l-effett.
7] Kapaċi nippreżenta informazzjoni dwar ix-xogħol li nkun għamilt u norbotha mar-riżultati diretti bl-użu ta' xi termini xjentifiċi ewlenin.
8] Kapaċi nispjega kif xjentist/a j/tuża mudell biex jispjega l-ideat. 
9] Kapaċi, permezz ta' eżerċizzju tal-istħajjil tal-irwol, nirreċta stejjer sempliċi dwar xjentisti famużi.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
10] Kapaċi nagħti eżempji u nispjega kif it-teknoloġija u x-xjenza tejbu l-ħajja. 
11] Kapaċi nippreżenta informazzjoni dwar xi okkupazzjonijiet xjentifiċi.
12] Kapaċi nsemmi, nuża, u niddeskrivi l-iskop ta' apparat bażiku xjentifiku varju. 
13] Kapaċi nieħu l-qisien bażiċi tad-daqs, tal-massa, u tat-temperatura u nuri ċ-ċifri bl-użu tal-units adattati. 
PRATTIKA
14] Kapaċi napplika regoli bażiċi tas-sigurtà meta qed naħdem fuq investigazzjoni. 
15] Kapaċi nieħu xi deċiżjonijiet filwaqt li qed naħdem fuq esperiment fi grupp. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI



L-Aspett tas-Suġġett: Kif nibqgħu ħajjin?

1] Kapaċi nsemmi s-7 karatteristiċi tal-ħajja u nispjega r-raġuni għaliex kull waħda hija essenzjali. 
2] Kapaċi nikklassifika l-bnedmin bħala mammiferi u nista' nidentifika xi karatteristiċi li jagħmluk mammiferu. 
3] Kapaċi nsemmi u nagħti eżempji ta' 5 gruppi differenti ta' vertebrati. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nispjega li l-pjanti jeħtieġu d-dijossidu tal-karbonju u l-ilma biex jagħmlu l-ikel u jipproduċu l-ossiġnu. 
5] Kapaċi neżamina l-istruttura tal-fjuri u nsemmi l-partijiet differenti tal-fjura f'dijagramma.  
 
6] Kapaċi niddeskrivi l-irwol ewlieni tas-sistemi importanti tal-ġisem tal-bniedem bħas-sistema diġestiva, dik taċ-ċirkulazzjoni, dik respiratorja, u dik nervuża. 
7] Kapaċi niddeskrivi ċ-ċikli tal-ħajja tal-għasafar, tal-insetti, u taż-żrinġijiet. 
8] Kapaċi ninvestiga u nagħti eżempji tal-addattazzjonijiet tal-pjanti biex ikunu adattati mal-ambjent tagħhom. 
9] Kapaċi nippreżenta informazzjoni fuq l-ispeċi mhedda u niddeskrivi kif din tista' twassal għall-qerda tagħhom. 
IL-KOMUNIKAZZJONI



L-Aspett tas-Suġġett: Kif inżommu ruħna f'kundizzjoni tajba u b'saħħitna? 

1] Kapaċi niżviluppa storja fuq dieta tajba, u nidentifika l-ikel li m'għandux jittiekel iżżejjed. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi nsemmi l-5 nutrijenti ewlenin li għandu bżonn il-ġisem tal-bniedem u nispjega l-irwol tagħhom, u l-importanza tal-fibra f'dieta tajba. 
3] Kapaċi nfittex fuq l-effetti li jistgħu jħallu l-interventi tal-bniedem fuq l-abitati naturali u l-organiżmi li jgħixu fihom.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
4] Kapaċi nispjega kif il-mikrobi jikkawżaw il-mard.



L-Aspett tas-Suġġett: ​Kif is-sensi tagħna jgħinuna niksbu l-informazzjoni?

1] Kapaċi nagħti eżempji ta' kif aħna nużaw il-5 sensi tagħna biex niksbu informazzjoni dwar id-dinja ta' madwarna. 
2] Kapaċi nuri kif isiru l-ħsejjes.
 PRATTIKA
3] Kapaċi nuri kif il-vibrazzjonijiet tal-ħoss jinġarru mill-waves fl-ilma u f'materjali oħrajn. 
 PRATTIKA
4] Kapaċi niddeskrivi kif il-widna taqbad ħoss. 
5] Kapaċi nuża l-istrumenti mużikali biex niskopri modi differenti biex nagħmel il-ħsejjes u kif inbiddel il-pitch tal-ħoss.
6] Kapaċi nispjega li aħna naraw oġġett meta jirrifletti għal ġo għajnejna d-dawl li jkun ġej minn xi sors tad-dawl. 
7] Kapaċi nispjega kif jifformaw id-dellijiet u ninvestiga l-fatturi li jaffettwaw il-forma u d-daqs tad-dell.
8] Kapaċi ninvestiga kif mera tbiddel id-direzzjoni tad-dawl billi tirriflettih.
PRATTIKA
9] Kapaċi nuża l-mirja biex nara n-naħa ta' wara tal-oġġetti.
10] Kapaċi nibni periskopju.
11] Kapaċi nagħti eżempji tal-importanza tax-xamm u tal-mess f'diversi attivitajiet, passatempi, u xogħlijiet. 
12] Kapaċi niskopri modi kif it-togħma u r-riħa tal-ikel jista' jinbidel bis-sajran. 
13] Kapaċi nuri kif il-ponot tas-swaba' huma sensittivi għall-mess.



L-Aspett tas-Suġġett: X'inhi l-enerġija?

1] Kapaċi niddeskrivi f'termini sempliċi kif il-pjanti jiksbu l-enerġija. 
2] Kapaċi nsemmi l-inputs u l-outputs tal-fotosinteżi u nispjega għaliex hi importanti għall-ħajja tal-bnedmin.
3] Kapaċi ngħid liema huma t-tipi tal-ikel li għandhom enerġija tajba għall-ġisem tagħna. 
4] Kapaċi nfittex dwar ix-xjentisti li kienu responsabbli għal diversi skoperti elettriċi. 
5] Kapaċi niddeskrivi kif kienet il-ħajja qabel ma kien hawn l-elettriku. 
6] Kapaċi nispjega kif Malta tiġġenera l-elettriku tagħha. 
7] Kapaċi nuri l-irwol ta' swiċċ f'ċirkwit elettriku. 
 PRATTIKA
8] Kapaċi nagħraf u nuża s-simboli komuni taċ-ċirkwit elettriku. 
9] Kapaċi nuri eżempji ta' kif forom ta' enerġija jistgħu jinbidlu. 
10] Kapaċi nsemmi l-forom ewlenin tal-enerġija inkluż dik maħżuna (stored), mill-moviment, mis-sħana, mill-elettriku, u mill-ħoss. 
11] Kapaċi nidentifika tipi differenti ta' fjuwil.



L-Aspett tas-Suġġett: Minn xiex huma magħmulin l-affarijiet?

1] Kapaċi nikklassifika l-materjali bħala dawk naturali u dawk magħmulin mill-bniedem.
2] Kapaċi ninvestiga u nqabbel il-karatteristiċi tal-istati differenti tal-materja. 
3] Kapaċi nosserva u niddeskrivi eżempji tal-iffriżar, tal-kondensazzjoni, tal-evaporazzjoni, tat-tidwib (melting), u tat-togħlija (boiling).
4] Kapaċi nuża l-istrumenti tal-kejl biex inkejjel il-massa u l-volum ta' diversi oġġetti. 
 PRATTIKA
5] Kapaċi nikkuntrasta diversi materjali differenti billi niddeskrivi l-karatteristiċi l-aktar importanti tagħhom. 
6] Kapaċi niddeskrivi eżempji tal-materjali li huma addattati l-aħjar għall-użi partikolari.
7] Kapaċi ninvestiga kif xi sustanzi jifformaw is-sospensjonijiet filwaqt li oħrajn jitħalltu fl-ilma. 
 L-INTERPERSONALI
8] Kapaċi nagħmel esperimenti sempliċi biex nissepara xi taħlitiet. 
9] Kapaċi nġiegħel  xi taħlitiet jirreaġixxu biex jifformaw materjali ġodda. 
10] Kapaċi nosserva r-reazzjonijiet kimiċi u niddokumenta r-riżultati.
11] Kapaċi nsemmi xi aċidi u alkali li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta' kuljum.



L-Aspett tas-Suġġett: Kif id-dinja ssostni l-ħajja?

1] Kapaċi nispjega li l-ambjent tagħna huwa sistema bbilanċjata bil-partijiet differenti kollha interrelatati.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi nispjega l-importanza tat-3Rs: naqqas (reduce), użu mill-ġdid (reuse), u rriċikla (recycle).
3] Kapaċi nispjega kif il-pjanti u l-annimali jaqsmu l-istess abitat maġġuri u liema tipi jgħixu f'tip ta' abitat f'Malta. 
4] Kapaċi nispjega x'jeħtieġu l-organiżmi ħajjin mill-abitat tagħhom: l-ikel, l-ilma, u l-kenn.
5] Kapaċi nosserva u nsemmi xi organiżmi li jinstabu fil-ħamrija.
6] Kapaċi nidentifika u nikklassifika varjetà ta' pjanti fiż-żona lokali tiegħi billi nagħmel field work.
 NITGĦALLEM KIF
7] Kapaċi niddeskrivi liema pjanti, li huma importanti għall-ikel, ma jitkabbrux f'Malta u nsib minn fejn ġejjin.
8] Kapaċi nispjega d-differenza bejn l-ilma tal-vit u l-ilma baħar. 
9] Kapaċi nidentifika sorsi fejn jinstab ilma tajjeb għax-xorb.
10] Kapaċi nosserva u niddeskrivi kif il-baħar qed jitniġġes, u l-effett tat-tniġġis fuq il-ħajja fil-baħar. 
11] Kapaċi niddeskrivi l-atmosfera u nsemmi l-gassijiet ewlenin preżenti.
12] Kapaċi niddistingwi bejn l-4 staġuni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-temp.
13] Kapaċi ninterpreta mappa bażika tat-temp u s-simboli użati.
14] Kapaċi nispjega l-importanza tal-gravità biex tinżamm l-atmosfera tagħna. 
15] Kapaċi nispjega li d-dinja qisha kalamita kbira bit-Tramuntana u bin-Nofsinhar manjetiċi. 
16] Kapaċi nikklassifika l-materjali bħala manjetiċi jew mhux manjetiċi.
 PRATTIKA



L-Aspett tas-Suġġett: Kif jiċċaqalqu l-affarijiet? 

1] Kapaċi nispjega x'inhi forza u nagħti eżempji tat-tipi differenti ta' forzi. 
2] Kapaċi nidentifika x-xjentisti differenti li ħadmu fuq it-teoriji gravitazzjonali.
3] Kapaċi nuri l-effett tar-reżistenza għall-arja fuq oġġetti b'forma differenti. 
4] Kapaċi nuri sitwazzjonijiet fejn il-frizzjoni tipproduċi s-sħana. 
5] Kapaċi ninvestiga kif jaħdmu magni sempliċi, u kapaċi nagħti eżempji ta' kuljum. 
6] Kapaċi niddeskrivi eżempji ta' sport fejn il-forzi bbilanċjati huma importanti. 
7] Kapaċi niddeskrivi u npinġi dijagramma li turi l-forzi jaġixxu fuq persuna li tkun fuq żurżieqa.
8] Kapaċi nfittex dwar l-ilbies speċifiku li jintlibes għall-isport minħabba raġunijiet prattiċi, ta' kumdità u ta' sigurtà. 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
9] Kapaċi niddeskrivi l-funzjonijiet tal-muskoli fil-ġisem tagħna u kif huma mehmuża mal-għadam tagħna.  
10] Kapaċi nispjega li l-kranju jipproteġi lil moħħna u li l-kustilji jipproteġu lill-qalb u lill-pulmun tagħna. 



L-Aspett tas-Suġġett: X'hemm fl-Ispazju?

1] Kapaċi niddeskrivi l-moviment tad-dinja madwar ix-xemx. 
2] Kapaċi nfittex il-karatteristiċi ta' kull pjaneta. 
3] Kapaċi niddeskrivi l-moviment tal-pjaneti madwar ix-xemx.
4] Kapaċi nuri bl-użu ta' tpinġijiet jew ta' xi mudell għaliex aħna għandna l-lejl u n-nhar.
 PRATTIKA



L-Aspett tas-Suġġett: X'jagħmlu x-Xjentisti Forensiċi?

1] Kapaċi nippreżenta eżempji ta' kif ix-xjentisti forensiċi solvew reati reali.
2] Kapaċi nuża l-ħiliet osservatorji tiegħi biex nidentifika l-affarijiet ewlenin fuq il-post tar-reat. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn