Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Iżvilupp Personali, Soċjali u tal-Karrieri > LEVEL 5





L-Aspett tas-Suġġett: L-Iżvilupp tal-identità personali u l-għarfien intrapersonali 

1] Kapaċi nesprimi affarijiet pożittivi fuqi nnifsi u fuq l-oħrajn. 
 PERSONALI
2] Konxju/a li l-istudenti għandhom abbiltajiet, kwalitajiet, karatteristiċi u talenti differenti, eż. id-dħulija, is-sensittività, l-abbiltajiet fil-komunikazzjoni, sens ta' umoriżmu, kwalitajiet artistiċi, kwalitajiet sportivi, talenti fl-arti, talenti akkademiċi. 
 
IL-BIDLA SOĊJALI
3] Kapaċi nagħraf ideat fuq x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin, ġust u inġust. 
4] Kapaċi nagħraf fiex jien tajjeb/tajba, minn dak li jgħidli ħaddieħor, eż. ir-rispons tal-ġenituri, tal-għalliema u ta' sħabi.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
5] Naf fiex jien tajjeb/tajba u kapaċi nesprimi kwalitajiet pożittivi fuqi nnifsi. 
6] Kapaċi nagħraf l-importanza li nitgħallem u nkun involut/a f'attivitajiet u sitwazzjonijiet differenti. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
7] Kapaċi nagħraf l-importanza li nitgħallem fuq il-kuntest lokali, il-kuntest nazzjonali u l-kuntest globali tiegħi, eż. kulturi differenti, reliġjonijiet, passatempi, xogħlijiet.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
8] Qed nibda nagħti valur lill-importanza u l-gost tat-tagħlim.  
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
9] Kapaċi nagħraf fiex jien tajjeb/tajba minn dak li jgħidli ħaddieħor, eż. l-importanza li ningħata rispons mingħand ħaddieħor filwaqt li nkun kapaċi nagħmel differenza bejn rispons pożittiv u dak li jagħmel il-ħsara.  
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
10] Qed nibda nagħraf uħud mid-difetti tiegħi u kif nista' ngħix bihom.  
 IT-TAGĦLIM KREATTIV 
11] Qed nibda nifhem ir-responsabbiltajiet differenti u l-limitazzjonijiet marbuta ma' ċerta rwoli, eż. tipi differenti ta' responsabbiltajiet tal-ġenituri, l-għalliema, il-kapijiet tal-iskejjel, il-pulizija, in-ners, it-tabib. 
12] Naf fuq ir-responsabbiltà tiegħi bħala student/a, ħu/oħt, iben/bint. 
13] Naf li hija aċċettabbli li persuna tagħmel l-iżbalji. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
14] Kapaċi noħloq miri  għalija nnifsi. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
15] Kapaċi nuża vokabularju bażiku biex nesprimi ruħi u l-għanijiet u l-miri personali tiegħi.  
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
16] Nagħraf l-importanza filwaqt li nemmen fil-ġustizzja u l-ugwaljanza għal kulħadd.  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 



L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp ta' relazzjonijiet b'saħħithom u rispettabbli 

1] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi ma' tfal oħra.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Naf isem l-għalliem/a u ta' tfal oħra fil-klassi u ftit mill-affarijiet li jħobbu.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nistenna biex nitkellem meta nkun fi grupp.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
4] Kapaċi nisma' dak li qed jgħid ħaddieħor fil-grupp u nirrispondi b'mod effettiv.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
5] Naf u kapaċi nitkellem fuq xi regoli tax-xogħol fi grupp. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
6] Kapaċi nuri x'għandu jsir jekk xi ħadd jikser ir-regoli. 
7] Kapaċi nagħraf il-valur tal-ħidma mal-oħrajn.  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
8] Kapaċi nagħti l-opinjoni tiegħi b'mod sensittiv u edukat, eż. ngħid skużi, jekk jogħġbok u grazzi. 
 
INTERPERSONALI
9] Kapaċi nispjega li l-persuni għandhom affarijiet komuni iżda kull individwu huwa uniku. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
10] Kapaċi nagħraf l-importanza filwaqt li nirrispetta l-bżonnijiet, l-emozzjonijiet u l-opinjonijiet ta' ħaddieħor. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
11] Kapaċi nagħraf modi li bihom l-għażliet u l-imġiba tiegħi jħallu effett fuq l-oħrajn, eż. dak li nagħmel jew li ngħid jista' jweġġa' lill-oħrajn. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
12] Kapaċi nuri l-importanza tar-rispett billi nisma' dak li jgħid ħaddieħor. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
13] Kapaċi nevalwa l-importanza ta' li tieħu ħsieb ħaddieħor. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
14] Kapaċi niddiskuti l-importanza ta' li tieħu ħsieb l-affarijiet ta' ħaddieħor. 
 NITGĦALLEM KIF 
15] Kapaċi nuri l-importanza ta' li tgħaddi u tirċievi kumpliment lil/mingħand l-għalliema tiegħi, il-ġenituri/min jieħu ħsiebi u l-ħbieb. 
 PERSONALI
16] Naf il-valur li tkun ħabib/a ta' xi ħadd u li jkollok il-ħbieb. 
17] Kapaċi nagħmel ħbieb ġodda; qed nitgħallem modi kif naffaċċja t-telfa ta' ħabib/a. 
18] Kapaċi nagħraf is-siwi ta' ħaddieħor u ngħid għaliex xi ħadd huwa speċjali għalija. 
19] Naf li tipi differenti ta' familji għandhom affarijiet u funzjonijiet komuni. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
20] Qed nibda nifhem in-natura tal-kunflitt u sitwazzjonijiet kunfliġġenti/kumplessi. 
 KONJITTIVA
21] Qed nitgħallem kif naffronta l-kunflitt, b'mod pożittiv u edukat.  
 KONJITTIVA 
22] Kapaċi nispjega x'jiġifieri bbuljar u x'għandi nagħmel jekk nesperjenza jew nara każijiet ta' bbuljar. 
23] Kapaċi nispjega d-differenza li hemm bejn uġigħ aċċidentali jew bi skop. 
24] Kapaċi nagħti opinjoni fuq għaliex l-ibbuljar mhux aċċettabbli. 
25] Kapaċi niddeskrivi x'hemm komuni u d-differenzi bejn il-persuni, eż. il-ġens, l-apparenza, il-ħiliet, il-familji, l-isfond kulturali.
 IL-BIDLA SOĊJALI 



L-Aspett tas-Suġġett: Nifhem lili nnifsi jien u nikber 

1] Kapaċi nagħraf u nsemmi emozzjonijiet differenti. 
2] Kapaċi nagħraf u nsemmi emozzjonijiet differenti, inkluż dawk marbuta mal-bidla, eż. membru ġdid fil-familja, ħabib/a ġdid/a, it-telfa ta' ħabib/a. 
3] Kapaċi nibda nimmanġġja l-emozzjonijiet tiegħi b'mod pożittiv u effettiv. 
4] Kapaċi nagħraf u nirrispondi għal numru ta' emozzjonijiet fija nnifsi u fl-oħrajn, eż. l-għira, ir-rabja, l-eċċitament
5] Kapaċi ngħid lil ħaddieħor fuq affarijiet ta' importanza għalija. 
6] Kapaċi nidentifika u nsemmi numru ta' partijiet minn ġismi. 
7] Kapaċi niddiskuti x'nistenna mill-imġiba ta' subien u bniet u kapaċi mmur kontra dawn l-istennijiet. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
8] Kapaċi nitkellem fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ta' annimali u pjanti. 
9] Kapaċi nħalli lil ħaddieħor isir jaf xi nħobb u x'ma nħobbx fil-mod kif ħaddieħor jitrattani. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
10] Naf li kapaċi niddeċiedi min għandu aċċess għal ġismi. 
11] Kapaċi nuri kif għandek taħsel idejk. 
12] Nifhem il-bżonn filwaqt li naf nieħu ħsieb l-iġjene personali, eż. ninħasel, naħsel snieni, kif nagħmel il-bżonnijiet tiegħi. 
 



L-Aspett tas-Suġġett: Is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri 

1] Kapaċi nagħmel għażliet bażiċi li jaffettwaw is-saħħa u l-benesseri tiegħi, eż. fl-ikel, fl-attivitajiet, fil-ħin liberu. 
2] Naf x'jiġifieri dieta bbilanċjata. 
3] Kapaċi niddeskrivi t-tip ta' ikel li jagħmel ikla bbilanċjata. 
4] Naf il-preferenzi tal-ikel u d-dieta tat-tfal f'kulturi/pajjiżi differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
5] Kapaċi nuri lil ħaddieħor x'nagħmel biex inżomm ruħi fiżikament f'saħħti. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
6] Irrid inkun f'saħħti u nadif/a, eż. Naf għaliex huwa importanti li nieħu ħsieb lili nnifsi u nkun sigur/a f'dak li nagħmel. 
7] Kapaċi niddeskrivi kif permezz ta' rutini sempliċi u siguri jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' mard. 
8] Kapaċi nifhem illi meta tintalab tagħmel xi xogħol jista' joħloq ansjetà u/jew jgħinni nħossni aħjar, eż. stress li jgħin (li jkabbar l-istima fil-persuna nnifisha)  jew li jdgħajjef (li joħloq ansjetà u jnaqqas l-istima fil-persuna nnifisha).
9] Kapaċi nitlob l-għajnuna tal-adulti. 
10] Naf għand liem għalliem/a għandi mmur f'każ ta' problema. 
11] Naf l-importanza tal-immaniġġjar tal-ħin u għandi l-ħiliet bażiċi biex nuża ħini b'mod xieraq. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
12] Naf għand min immur jekk imweġġa' fiżikament jew emozzjonalment. 
13] Naf il-persuni li jieħdu ħsiebi, u l-irwoli u r-responsabbiltajiet differenti tagħhom. 
14] Nifhem xi tfisser il-kelma 'riskju' u kapaċi niddeskrivi sitwazzjoni riskjuża. 
15] Kapaċi niddeskrivi kif tħossha persuna meta għandha problema. 
 IL-BDILA SOĊJALI 
16] Kapaċi ngħid 'le' meta nkun taħt pressjoni. 
 PERSONALI
17] Kapaċi ngħid 'le' meta nħoss li xi ħaġa hija ħażina. 
18] Naf li l-mediċini kollha huma drogi iżda mhux id-drogi kollha huma mediċini. 
19] Konxju/a mill-periklu li nista' niffaċċja meta nidħol f'siti li ma nafx fuqhom jew mhux tas-soltu. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET 
20] Naf fuq ir-riskji meta naqsam informazzjoni personali onlajn e.ż. nikkomunika waqt li qed nilgħab xi logħob. 
 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
21] Naf kif nillimita l-ħin tiegħi fl-użu ta' ċerta apparat.

IL-KOLLABORAZZJONI
22] Kapaċi nsegwi regoli u istruzzjonijiet sempliċi fuq is-sigurtà. 
23] Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' 'riskji' fid-dar, fl-iskola u barra. 
24] Naf proċeduri bażiċi ta' emerġenza u minn fejn nista' nsib l-għajnuna f'sitwazzjonijiet differenti, eż. il-linja ta' sapport: 179, emerġenza: 112. 



L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza 

1] Kapaċi nisma' lill-għalliem/a u lill-ħbieb u kapaċi nżomm l-attenzjoni tas-semmiegħ/a. 
2] Kapaċi naqbel ma' sett ta' regoli għall-grupp/klassi. 
3] Kapaċi nagħraf filwaqt li nagħmel għażliet bil-għaqal mibnija fuq it-tajjeb u l-ħażin. 
4] Naf u kapaċi niddeskrivi l-għażliet li hemm għalija u kapaċi nitkellem fuq xi ħiliet bażiċi marbuta mat-teħid ta' deċiżjonijiet, eż. fuq l-ikel, fil-logħob, l-attivitajiet, il-ħin liberu, ix-xogħol għad-dar. 
5] Kapaċi nitkellem fuq x'inhuma d-drittijiet tat-tfal u fiex jistgħu jgħinu lit-tfal, eż. id-dritt għall-protezzjoni u l-kura, li jinkludu: id-drittijiet bażiċi għall-ikel, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa; protezzjoni ugwali tad-drittijiet ċivili tat-tfal; u l-ħelsien mid-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, in-nazzjonalità, ir-reliġjon, id-diżabbiltà, il-kulur tal-ġilda, l-etniċità u karatteristiċi oħra tat-tfal. 
6] Kapaċi nispjega b'mod ċar xi tfisser imġiba abbużiva u kapaċi nagħmel id-differenza bejn abbuż u dixxiplina, eż. nidentifika sinjali ta' abbuż fiżiku, emozzjonali u sesswali għall-kuntrarju ta' dixxiplina pożittiva. 
7] Kapaċi niddeskrivi xi affarijiet li l-persuni għandhom komuni u xi affarijiet li għandhom differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
8] Kapaċi nitkellem fuq persuni li għandhom bżonnijiet partikolari filwaqt li nempatizza magħhom.
9] Kapaċi niddeskrivi affarijiet li jogħġbuni u li jdejquni fuq is-soċjetà lokali. 
10] Kapaċi nsemmi nies li jmexxu l-iskola u x'jagħmlu. 
11] Kapaċi nsemmi affarijiet li jistgħu jsiru meta xi ħadd jikser ir-regoli. 
12] Kapaċi nispjega kif nista' nagħti kontribut għas-soċjetà lokali. 
13] Kapaċi nuri kif nista' naħdem flimkien ma' grupp/klassi fi proġett fuq suġġetti soċjali u ambjentali. 
 NITGĦALLEM KIF 
14] Kapaċi nosserva dak li hemm madwari u kapaċi nagħti suġġerimenti fuq kif nista' ngħin biex intejjibhom, eż. Kapaċi nidentifika x'jista' jsir fl-iskola, fid-dar. 
15] Kapaċi nagħraf l-impatt tal-azzjonijiet tiegħi fuq ħaddieħor u fuq l-ambjent u kapaċi nidentifika affarijiet li jagħmlu n-nies li jistgħu jagħmlu ħsara jew jgħinu lill-ambjent. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
16] Nagħti valur lir-riżorsi umani u kapaċi niddiskuti għaliex dawn huma limitati. 
 NITGĦALLEM KIF 
17] Kapaċi nispjega t-tifsira tal-kelma 'midja' u kapaċi nagħti eżempji tat-tipi differenti ta' midja. 
18] Kapaċi nuri kif il-midja hija parti integrali mill-ħajja ta' kuljum. 
19] Kapaċi nagħraf l-influwenza tal-midja fil-ħajja ta' kuljum. 
20] Kapaċi nibda nagħraf, nanalizza u ninterpreta l-messaġġi tal-midja. 
21] Kapaċi nsemmi modi bażiċi kif nista' nimmaniġġja l-flus fil-but (pocket money) b'mod effettiv. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV 
22] Kapaċi nitkellem fuq il-modi bażiċi kif tfaddal il-flus. 
23] Kapaċi niddeskrivi x'nonfoq u xi nfaddal kull ġimgħa jew kull xahar. 
24] Kapaċi ngħin fil-kura tal-annimali u l-pjanti. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
25] Kapaċi nitkellem fuq kif tieħu ħsieb annimali domestiċi u annimali differenti. 
26] Kapaċi nitkellem fuq il-gruppi u s-sottogruppi li nagħmel parti minnhom, eż. minn globali għal nazzjonali u lokali għall-familja, ħbieb, attivitajiet differenti, l-iskola, il-klassi. 
 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



L-Aspett tas-Suġġett: L-Ippjanar tal-Karriera u l-Esplorazzjoni 

1] Kapaċi nispjega kif il-kontribut tiegħi fid-dar huwa importanti għall-familja. 
2] Kapaċi nsemmi x-xogħlijiet differenti li nsibu fil-komunità tiegħi. 
3] Kapaċi niddiskuti u nispjega l-importanza tax-xogħlijiet differenti li nsibu fil-komunità tiegħi. 
4] Kapaċi nuri xi jfissru t-termini 'drittijiet', 'obbligi' u 'responsabbiltajiet'. 
5] Kapaċi niddiskuti rwoli sterjotipiċi u mhux fi ħdan il-familja. 
 



L-Aspett tas-Suġġett: L-Għeluq 

1] Kapaċi nitkellem fuq suġġetti li għoġbuni u sibt utli fil-PSCD u kapaċi niddiskuti għaliex kienu ta' importanza għalija. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Kapaċi nitkellem fuq dak li nixtieq nitgħallem is-sena d-dieħla fil-PSCD u naqsam dan ma' ħaddieħor. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
3] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi li bihom nista' ngħin lili nnifsi nagħmel l-almu tiegħi u lill-oħrajn jagħmlu l-almu tagħhom ukoll.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV




Agħti r-rispons tiegħek hawn