Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika
L-Iżvilupp Personali, Soċjali u tal-Karrieri > LEVEL 8
L-Aspett tas-Suġġett: L-Iżvilupp tal-identità personali u l-għarfien intrapersonali
1] Kapaċi nagħraf l-importanza tad-determinazzjoni u l-perseveranza, eż. l-importanza tal-perseveranza sabiex negħleb id-diffikultajiet u l-isfidi tal-ħajja.
PERSONALI
2] Kapaċi nuri b'mod kunfidenti l-importanza tal-kisbiet fuq l-istima tiegħi nnifsi u kif il-perċezzjoni tiegħi stess fuqi nnifsi tista' tinfluwenza l-għażliet li nagħmel f'ħajti.
PRATTIKA
3] Kapaċi naħseb b'mod immaġinattiv u laterali sabiex insolvi problemi waħdi u flimkien ma' oħrajn.
KONJITTIVA
4] Kapaċi nikkomunika l-ideat tiegħi u nippreżenta l-opinjonijiet tiegħi b'mod effettiv, eż. permezz ta' diskussjonijiet informati, għarfien u informazzjoni xierqa u proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet
INTERPERSONALI
5] Kapaċi nieħu gost bit-tifħir tal-pubbliku għall-kisbiet tiegħi u nkun kuntent/a meta nirnexxi f'biċċiet ta' xogħol ġodda, differenti u diffiċli.
PERSONALI
6] Kapaċi nippreżenta lili nnifsi b'mod kunfidenti f'okkażjonijiet differenti, eż. naffronta b'aktar kunfidenza sitwazzjonijiet ġodda u persuni differenti.
PERSONALI
7] Kapaċi nqassam il-ħin u t-tagħlim b'mod effettiv, eż. napprezza l-bżonn ta' mmaniġġjar tajjeb tal-ħin, nassessja l-abbiltajiet attwali ta' mmaniġġjar tal-ħin u niżviluppa modi ġodda kif nimmaniġġja l-ħin aħjar.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Kapaċi nagħraf l-importanza tat-tagħlim u jien motivat/a biex niżviluppa u nitjieb.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
9] Kapaċi napplika l-għarfien u l-fehim tiegħi f'kuntesti differenti.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
10] Kapaċi naċċessa informazzjoni mingħajr għajnuna u nuża l-ġudizzju tiegħi sabiex nassessja informazzjoni b'mod xieraq.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
11] Kapaċi niddiskuti suġġetti varji u/jew temi fi grupp.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
12] Nifhem il-valur u nħossni kompetenti fl-immaniġġjar tat-tagħlim tiegħi stess.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
13] Konxju/a tal-metodi li nippreferi biex nitgħallem u nista' nużahom biex nippjana t-tagħlim tiegħi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
14] Kapaċi nevalwa u naħdem fuq l-esperjenzi ġodda tiegħi ta' tagħlim b'rabta mal-għażla tas-suġġetti u l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tiegħi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
15] Kapaċi nagħraf u nimmaniġġja rispons pożittiv u negattiv, eż. naf id-differenza bejn kritika kostruttiva u distruttiva u nkun kapaċi nimmaniġġja r-rispons negattiv b'mod xieraq.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
16] Kapaċi nassessja l-ħiliet personali filwaqt li nissettja miri realistiċi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
17] Kapaċi nagħraf l-importanza tal-immaniġġjar tal-għanijiet u tal-ħin b'mod effettiv.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
18] Kapaċi niddeskrivi u nuża l-ħiliet meħtieġa sabiex nimmaniġġja biċċa xogħol u nlestiha fiż-żmien mixtieq.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
19] Irrid nieħu l-aqwa possibbli mill-ħajja skolastika u kapaċi nispjega kif dan hu possibbli, eż. Naf modi differenti kif il-ħajja fl-iskola kapaċi tkun interessanti, ta' gost u ta' sfida.

L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp ta' relazzjonijiet b'saħħithom u rispettabbli
1] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi ma' studenti sħabi u l-għalliema u naqsam magħhom ftit mill-interessi tiegħi, xi nħobb u x'ma nħobbx; kapaċi nikseb informazzjoni fuq l-interessi u l-ideat tagħhom.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi niddeskrivi modi differenti kif nista' nikkomunika b'mod effettiv mal-oħrajn.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nispjega għaliex ir-rispett huwa importanti f'sitwazzjonijiet soċjali u nagħti eżempji ta' komunikazzjoni mibnija fuq ir-rispett.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi napprezza l-importanza tar-regoli bażiċi biex grupp jaħdem tajjeb u kapaċi nagħti l-kontribut tiegħi sabiex jitfasslu regoli għall-grupp, eż. li nisma' b'attenzjoni u b'rispett meta membru mill-grupp ikun qed jitkellem, ma ninterrompix, ma ngħaddix ġudizzji, naċċetta l-valuri u l-viżjoni ta' ħaddieħor.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
5] Kapaċi niddiskuti fuq kif nista' nibni fuq it-tajjeb ta' ħaddieħor u kapaċi nagħti eżempji ta' dan.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
6] Kapaċi nispjega kif l-azzjonijiet tiegħi jistgħu jħallu effett fuq x'jagħmel, x'jaħseb u xi jħoss ħaddieħor, u li persuni oħra jaffettwaw dak li nagħmel, naħseb u nħoss jien.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Kapaċi nsegwi l-ideat ta' ħaddieħor u nikkummenta fuq il-viżjoni tagħhom.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
8] Kapaċi ninnegozja u nikkontribwixxi sabiex jittieħdu deċiżjonijiet bħala parti minn grupp produttiv.
INTERPERSONALI
9] Kapaċi nsegwi diskussjonijiet fi grupp, nikkollabora u nqassar dak li qed jingħad jew isir.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
10] Kapaċi napplika l-ħiliet personali għal xogħol fi grupp u individwali.
INTERPERSONALI
11] Kapaċi nuri tħassib għal ħaddieħor filwaqt li niddefendi lil ħaddieħor billi mmur kontra l-preġudizzju u d-diskriminazzjoni.
IL-BIDLA SOĊJALI
12] Kapaċi nara lili nnifsi minn għajnejn ħaddieħor.
IL-BIDLA SOĊJALI
13] Kapaċi nagħraf il-valur tad-differenzi fl-opinjonijiet, it-twemmin, il-kulturi ta' ħaddieħor,
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
14] Kapaċi nagħti u nirċievi s-sapport u kapaċi nfittex l-għajnuna mingħand sħabi u l-adulti.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
15] Kapaċi nistaqsi lill-oħrajn x'jaraw bħala pożittiv fihom u kapaċi nistaqsi lill-oħrajn x'jaraw tajjeb fija.
PERSONALI
16] Kapaċi nifhem kif meta nħossni tajjeb miegħi nnifsi jaffettwa r-relazzjonijiet tiegħi.
17] Kapaċi nispjega xi jfissru relazzjonijiet importanti u niddiskuti l-importanza tagħhom għalija u għall-oħrajn.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
18] Kapaċi nispjega kif relazzjonijiet importanti jinbnew maż-żmien u jibbażaw fuq il-valuri u t-tamiet tal-individwi.
19] Kapaċi niddeskrivi kif wieħed juri interess f'ħaddieħor, ma jagħtix kas jew ikollu relazzjonijiet li jagħmlu l-ħsara.
20] Kapaċi nidentifika l-pożittiv u l-partijiet li jeħtieġu żvilupp f'numru differenti ta' relazzjonijiet.
21] Kapaċi nagħti eżempji kif relazzjonijiet intimi jistgħu jibdew u jintemmu fi żminijiet differenti fil-ħajja tal-persuni.
22] Kapaċi nispjega xi nfisser bi mħabba u nista' nifhem x'jifhem ħaddieħor meta juża din il-kelma.
23] Kapaċi nitkellem ma' ħaddieħor fuq il-persuni li nħobb u nagħti r-raġunijiet tiegħi għaliex inħobbhom.
24] Kapaċi nagħti valur lil modi differenti ta' mħabba u l-importanza tal-imħabba fir-relazzjonijiet.
25] Kapaċi nuri l-importanza tat-tolleranza u r-rispett lejn ħaddieħor.
IL-BIDLA SOĊJALI
26] Kapaċi nispjega kif il-fatt li jkollok tarbija jbiddel il-ħajja tal-individwu u jġib miegħu responsabbilità kbira.
27] Kapaċi nagħmel u nibqa' ħbieb ma' persuni tal-istess sess u tas-sess oppost, eż. il-ħiliet meħtieġa sabiex iżżomm ħbiberiji ma' persuni tal-istess sess jew tas-sess oppost.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
28] Kapaċi nitkellem fuq il-pressjonijiet li jista' jkun hemm fir-relazzjonijiet u l-bidliet fin-natura tar-relazzjonijiet mal-ħbieb u l-familja.
IL-BIDLA SOĊJALI
29] Kapaċi nuri l-importanza filwaqt li ngħaddi kummenti pożittivi lill-ħbieb u lill-membri tal-familja.
30] Kapaċi nevalwa l-emozzjonijiet personali fuq persuni li huma differenti u kapaċi nuri kif nista' ngħix kuntent miegħi nnifsi, mal-oħrajn u mad-dinja fuq numru ta' livelli minn dak lokali għal dak globali.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
31] Kapaċi nitkellem fuq l-uniċità tal-familja tiegħi u npoġġi lili nnifsi fiż-żarbun tal-ġenituri tiegħi jew ta' min jieħu ħsiebi.
32] Kapaċi nispjega kif iż-żwieġ u relazzjonijiet oħra stabbli huma ta' sapport għall-iżvilupp tat-tfal.
33] Kapaċi nsemmi fatturi li jikkontribwixxu għall-kwalità fil-ħajja tal-familja.
34] Kapaċi niddeskrivi u nsib modi kif il-persuni jistgħu jsolvu l-kunflitti jew in-nuqqas ta' qbil mingħajr il-bżonn ta' għajjat u storbju jew azzjonijiet mhux aċċettabbli.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
35] Kapaċi nsolvi kunflitti mingħajr inkwiet ma' ħadd, eż. fid-dar, fl-iskola, mal-ħbieb u mal-adulti.
KONJITTIVA
36] Kapaċi niddibatti u niddefendi l-argument tiegħi mingħajr il-bżonn li ngħaddi ġudizzji u fl-istess ħin nuri empatija ma' ħaddieħor.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
37] Kapaċi niddiskuti fuq li ma naċċettax l-ibbuljar u l-pressjoni ta' sħabi.
IL-BIDLA SOĊJALI
38] Napprezza u nagħraf li dak li hemm komuni u d-differenzi fil-persuni huma r-riżultat ta' ħafna fatturi.
IL-BIDLA SOĊJALI
39] Kapaċi nagħraf xi jfisser il-preġudizzju u d-diskriminazzjoni, u l-effett tagħhom fuq kulturi, ġens, sesswalità, diżabbiltà u età differenti.
NITGĦALLEM KIF
40] Kapaċi nidentifika u nitkellem fuq l-inġustizzji u l-inugwaljanza.
41] Kapaċi niddiskuti fuq kif messaġġi sterjotipati jistgħu jinfluwenzaw il-perċezzjoni tal-persuni fuq l-oħrajn.
IL-BIDLA SOĊJALI
42] Kapaċi nidentifika u nagħti eżempji ta' sessiżmu miftuħ u moħbi u kapaċi nidentifika modi biex immur kontrihom.

L-Aspett tas-Suġġett: Nifhem lili nnifsi jien u nikber
1] Naf modi differenti kif nista' nimmaniġġja emozzjonijiet diffiċli, biżgħat u inkwiet.
2] Kapaċi niddeskrivi kif ir-rabja u emozzjonijiet diffiċli oħra jistgħu jimmanifestaw ruħhom b'modi li jagħmlu l-ħsara, eż. aggressjoni, abbuż mid-droga, l-uġigħ fuq l-oħrajn u li tkun abbużiv/a.
3] Kapaċi niddeskrivi modi xierqa u mhux xierqa ta' kif tesprimi emozzjonijiet pożittivi, eż. il-ferħ, il-kuntentizza, l-eċċitament.
4] Kapaċi nagħraf u nimmaniġġja emozzjonijiet qawwija f'sitwazzjonijiet differenti, inkluż it-telfa u l-bidla.
5] Kapaċi niddiskuti xi modi li fihom jien inbdilt b'mod emottiv, intellettwali, fiżiku u soċjali f'dawn l-aħħar snin.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
6] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi kif inħossni u x'naħseb fuq l-orjentazzjoni sesswali tiegħi u ta' ħaddieħor.
IL-BIDLA SOĊJALI
7] Kapaċi niddeskrivi x'jagħmilni sigur/a u nsemmi x'qalu l-oħrajn fuq dak li jagħmilhom siguri.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
8] Kapaċi niddiskuti fuq ta' liema età ż-żgħażagħ ikunu lesti għal attività sesswali u kapaċi nitkellem fuq ir-relazzjoni bejn attività sesswali, rispett u responsabbiltà.
9] Kapaċi nispjega għaliex ir-rispett u r-responsabbiltà huma importanti meta jittieħdu deċiżjonijiet fuq l-imġiba sesswali.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
10] Kapaċi niddeskrivi x'jiġifieri esperimentazzjoni sesswali, meta tkun lest/a u r-riskji involuti.
11] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi l-importanza tal-aspetti differenti tas-saħħa sesswali.
12] Kapaċi nispjega kif il-valuri tiegħi u ta' ħaddieħor jista' jkollhom impatt fuq kif nippreżenta u nwassal is-sesswalità tiegħi.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
13] Kapaċi nitkellem fuq modi differenti kif tkun sesswali b'mod responsabbli u ma jagħmlux ħsara lili jew lill-oħrajn.
14] Naf li hemm firxa ta' stili ta' ħajja sesswali differenti.
IL-BIDLA SOĊJALI
15] Kapaċi niddeskrivi modi differenti kif tkun sesswali u niddiskuti u nidentifika l-konsegwenzi ta' espressjonijiet sesswali differenti.
16] Naf li ma jeżisti l-ebda sess sigur kompletament, eż. Naf li meta jissemma sess aktar sigur dan jimplika li tipprova tnaqqas ir-riskji bl-aktar mod possibbli iżda dejjem hemm element ta' riskju involut.
17] Kapaċi nidentifika tipi differenti ta' STIs u niddeskrivi kif nipproteġi lili nnifsi u lill-oħrajn mill-STIs, eż. kif tilbes kondom.
18] Kapaċi nispjega l-mudell ABĊD.
19] Kapaċi niddefinixxi kemm huma effettivi u ta' min joqgħod fuqhom kull tip ta' kontraċettiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tat-tqala u l-STIs.
20] Kapaċi niddeskrivi fejn jien/l-oħrajn nistgħu nfittxu l-għajnuna jekk jien/huma għandna xi mistoqsijiet fuq l-STIs, eż. Kapaċi nsemmi aġenziji jew persuni li jistgħu jgħinu meta jien jew l-oħrajn ikollna bżonn l-għajnuna fuq suġġetti marbuta mas-sess - Il-Klinika GU fl-Isptar Mater Dei.
21] Kapaċi niddiskuti l-importanza tal-iġjene personali u check-ups fiżiċi regolari biex inżomm lili nnifsi u lil ħaddieħor f'saħħtu.

L-Aspett tas-Suġġett: Is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri
1] Naf l-effetti possibbli tal-istil ta' ħajja fuq is-saħħa fiżika u mentali.
2] Ninkwieta fuq il-benesseri ta' sħabi u ta' ħaddieħor kif ukoll tiegħi.
3] Kapaċi nispjega xi tfisser benesseri, eż. x'tip ta' ikel jgħinni fiżikament u mentalment, x'jiġri lil moħħi u lil ġismi meta nagħmel eżerċizzju fiżiku, kif naffronta b'mod effettiv il-pressjoni u l-istress (alkoħol, inweġġa' lili nnifsi).
4] Naf l-importanza tal-benesseri fiżiku u mentali u kapaċi niddiskuti modi differenti kif nista' nipprevjeni mard mentali u fiżiku.
5] Kapaċi nagħraf l-ewwel sinjali u s-sintomi ta' stress fija nnifsi u f'ħaddieħor, u għandi strateġiji kif nista' nipprevenihom u nnaqqashom.
6] Kapaċi nqabbel numru ta' sitwazzjonijiet stressanti u kapaċi nuri liema huma l-aktar stressanti għalija u għal ħaddieħor.
7] Naf kif għandi nsib informazzjoni marbuta mas-saħħa, eż. faċilitajiet ta' ħin liberu, ċentri ta' benesseri, kliniċi tas-saħħa.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
8] Naf għand min għandi mmur jekk inweġġa' fiżikament jew emozzjonalment.
9] Naf kif għandi nfittex l-għajnuna u s-sapport minn aġenziji barra l-iskola, eż. organizzazzjonijiet lokali u nazzjonali li joffru l-għajnuna u s-sapport tagħhom.
10] Kapaċi nuri modi kif nirreżisti l-pressjoni li hija ta' theddida għas-sigurtà tiegħi u kapaċi nassessja riskji potenzjali b'rabta ma' relazzjonijiet abbużivi, alkoħol, u drogi illegali, imġiba sesswali.
11] Kapaċi niddeskrivi firxa ta' drogi legali u illegali.
12] Nifhem u kapaċi niddeskrivi għaliex u kif firxa ta' drogi legali u illegali jintużaw għall-gost.
13] Naf il-fatti u l-liġijiet fuq sustanzi illegali u l-perikli meta tuża ħażin drogi preskritti.
14] Kapaċi nilqa' u mmur kontra pressjoni żejda.
PERSONALI
15] Kapaċi nsemmi kemm l-aspetti pożittivi kif ukoll negattivi tal-internet, eż. riċerka, aħbarijiet, divertiment, vizzji.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
16] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser ‘digital footprint’ u kif tista' tfittex, tikkopja jew tgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni personali fuq il-midja soċjali.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
17] Kapaċi nispjega x'inhu ‘sexting’ u meta mhux xieraq u nidentifika forom alternattivi biex naqsam informazzjoni personali.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
18] Kapaċi nispjega r-responsabbiltajiet tiegħi meta nuża l-midja diġitali biex inżomm lili nnifsi u lil ħaddieħor 'il bogħod mill-periklu.
19] Kapaċi nsegwi istruzzjonijiet filwaqt li namministra proċeduri sempliċi tal-ewwel għajnuna.
20] Kapaċi nitkellem fuq il-modi li jnaqqsu l-ħsara biex innaqqas ir-riskju ta' STIs, tqala fost l-adolexxenti u problemi marbuta ma' drogi.
21] Kapaċi nagħraf alternattivi u konsegwenzi għal żmien twil u għal żmien qasir meta nieħu xi deċiżjoni.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
22] Konxju/a kif il-mezzi tax-xandir jinfluwenzaw l-ideat b'rabta mas-saħħa u l-imġiba marbuta mas-saħħa.

L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza
1] Kapaċi nsolvi problemi/kunflitti b'mod demokratiku permezz tad-diskussjonijiet, billi jintużaw modi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ilħuq ta' kunsens.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nempatizza filwaqt li nesprimi opinjonijiet li mhumiex tiegħi.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nisma', inqassar u nżid ma' argument waqt diskussjoni fil-klassi jew fi grupp.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi ninduna bi preġudizzju u ommissjonijiet fl-argumenti ta' ħaddieħor.
5] Kapaċi nifhem xi jfissru indipendenza, interdipendenza, drittijiet u responsabbiltajiet u x'valur għandhom għalija.
IL-BIDLA SOĊJALI
6] Kapaċi niddiskuti u nispjega d-differenza bejn il-bżonnijiet tiegħi u xi rrid, kif ukoll dawk ta' persuni oħra li qed jgħixu f'kuntesti differenti.
7] Kapaċi niddiskuti l-liġijiet ewlenin li jaffettwaw lili u lill-familja tiegħi u nifhem il-konsegwenzi tal-ksur tal-liġi, eż. l-impatt li għandha fuqi u fuq il-komunità inġenerali.
8] Infurmat/a fuq l-aspetti filwaqt li kapaċi niddiskuti l-aspetti differenti tal-liġi li taffettwa lil dawk tal-età tiegħi, eż. xogħol fuq bażi part-time jobs, użu ħażin tal-internet, abbuż mill-alkoħol, drogi, abbuż sesswali.
9] Naf l-importanza filwaqt li kapaċi nsemmi gruppi differenti volontarji u fil-komunità kemm fil-belt/raħal tiegħi u fuq livell nazzjonali; naf x'jagħmlu u l-impatt tagħhom fis-soċjetà; naf ukoll fuq il-benefiċċji fiżiċi u mentali tal-volontarjat.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
10] Kapaċi nipparteċipa f'attivitajiet fi grupp għall-ambjent lokali jew tal-komunità u kapaċi nargumenta b'mod kostruttiv fuq il-kunċett ta' ġustizzja permezz tar-regoli u s-sanzjonijiet tal-iskola.
IL-BIDLA SOĊJALI
11] Kapaċi nargumenta fuq l-aspetti differenti tad-demokrazija u kapaċi norbothom ma' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-iskola u fil-gvern.
IL-BIDLA SOĊJALI
12] Kapaċi nagħmel id-differenza bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali, x'jagħmlu u kif inhuma marbutin flimkien.
13] Naf li kull individwu fil-komunità għandu d-dritt u d-dmir li jivvota fl-elezzjonijiet, eż. il-vot jippermetti lill-individwu jieħu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet kemm waqt l-elezzjonijiet, fuq livell lokali u nazzjonali, u f'organizzazzjonijiet, i.e. l-importanza li wieħed jipprattika l-irwol sħiħ ta' ċittadin fil-proċess elettorali.
14] Kapaċi niddiskuti kif nista' nieħu deċiżjonijiet fuq l-użu ta' riżorsi skarsi; nevalwa l-informazzjoni fuq il-prijoritajiet tal-infiq: personali, marbuta mal-komunità, ambjentali.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
15] Kapaċi noħloq argumenti razzjonali wara li nkun irriċerkajt suġġetti soċjali, morali u ambjentali.
16] Kapaċi nassessja l-istil ta' ħajja tiegħi u l-kontribuzzjoni għas-sostenibbiltà.
NITGĦALLEM KIF
17] Kapaċi nuri għaliex għandna d-dmir li nikkontribwixxu biex l-ambjent jissaħħaħ fuq livell lokali u dinji.
NITGĦALLEM JIEN
18] Kapaċi nuri l-implikazzjonijiet ta' żvilupp mhux sostenibbli fuq l-ambjent lokali u dinji u l-ġenerazzjonijiet tal-futur.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
19] Kapaċi nagħraf meta l-għażliet huma affettwati mill-midja u influwenzi oħra.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
20] Kapaċi nikkonsidra u nipprovdi eżempji ta' prodotti li huma reklamati biex jappellaw għal persuni differenti.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
21] Kapaċi nuri u nagħti eżempji kif il-messaġġi tal-midja jaffettwaw l-attitudnijiet u kapaċi joħolqu nuqqas ta' ugwaljanza fl-opportunitajiet.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
22] Kapaċi niddiskuti kif ir-reklamar jinfluwenza d-domanda u l-provvista.
23] Konxju/a filwaqt li kapaċi nispjega l-valuri li jiggwidawni fid-deċiżjonijiet marbuta mal-infiq.
24] Kapaċi niddeskrivi x'nonfoq u xi nfaddal kull ġimgħa jew kull xahar, meta nixtri prodotti.
25] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi x'jinfluwenzani biex nonfoq il-flus fuqi nnifsi u fuq ħaddieħor.
26] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser li tkun finanzjarjament responsabbli u nagħti eżempji ta' persuni li huma finanzjarjament irresponsabbli, eż. il-ħlas jew le tat-taxxi.
27] Naf l-impatt pożittiv tal-attività tal-bniedem fuq pjanti, annimali u l-ambjent u kapaċi nagħti valur lill-kwalitajiet estetiċi tal-ambjent ta' madwari.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
28] Kapaċi niddiskuti l-irwol tal-UE, il-Commonwealth u n-NU u r-relevanza tagħhom f'ħajti, eż. id-'Drittijiet tat-Tfal' tan-NU.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ippjanar tal-Karriera u l-Esplorazzjoni
1] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi l-preġudizzji tiegħi fuq min jagħmel ċertu xogħol.
2] Kapaċi nitkellem fuq il-firxa ta' għarfien, ħiliet u kwalitajiet personali meħtieġa għal tipi differenti ta' xogħlijiet/professjonijiet.
3] Kapaċi nirriċerka informazzjoni b'mod indipendenti, speċjalment b'rabta ma' pjanijiet ta' karriera.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi nitkellem fuq l-għażla wiesgħa ta' kategoriji ta' xogħol, attitudnijiet u kwalifiki bażiċi meħtieġa għal karrieri differenti.
5] Kapaċi nagħti eżempji ta' sfidi fuq il-post tax-xogħol u niddiskuti kif dawn jistgħu jiġu indirizzati b'mod etiku.
6] Kapaċi niddeskrivi kif rutini u prattiċi tax-xogħol jinbidlu u naf ftit mill-fatturi li jaffettwaw dan.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
7] Kapaċi nsib u nirrapporta fuq kif il-preġudizzji tal-individwu jistgħu jnaqqsu l-opportunitajiet ta' xogħol/karriera kemm għall-individwu nnifsu kif ukoll għal ħaddieħor.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
8] Kapaċi nevalwa b'mod kritiku u nirrapporta fuq modi li jmorru kontra l-isterjotipi f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol li jagħmlu ċerti nies u l-progress tagħhom fuq il-post tax-xogħol.
IL-BIDLA SOĊJALI
9] Kapaċi niddiskuti u nispjega xi nħobb, x'ma nħobbx u l-aspirazzjonijiet tiegħi.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
10] Kapaċi nuri li lest/a għal esperjenzi ta' orjentament ta' karriera jew żjajjar fuq postijiet ta' xogħol.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
11] Kapaċi nirrifletti u nevalwa b'mod kritiku l-esperjenzi tiegħi fuq il-post tax-xogħol.
12] Kapaċi nuri li jien konxju/a ta' modi differenti ta' studju e.ż. full time, part time, taħriġ fuq ix-xogħol, study leave.
13] Kapaċi nidentifika xi rrid nagħmel biex l-udjenza tara l-preżentazzjoni tiegħi bħala waħda effettiva.
INTERPERSONALI
14] Kapaċi nispjega l-importanza tal-abbiltajiet tiegħi billi nippreżenta ruħi lil udjenzi differenti billi nuża l-ittri u s-CVs.
15] Kapaċi niddeskrivi kif ittra għal xogħol u CV jistgħu jkunu miktubin biex tinforma lill-oħrajn.
16] Kapaċi nipprepara CV u ittra ta' applikazzjoni għal xogħol li tippermetti lil sħabi tal-klassi joħorġu l-punti importanti fuqi għall-oħrajn.
17] Kapaċi nidentifika x'inhu mistenni minni meta nattendi intervista għal xogħol.
18] Kapaċi nuri lill-oħrajn kif għandek iġġib ruħek u x'ma għandekx tagħmel waqt intervista għal xogħol.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għeluq
1] Kapaċi nidentifika suġġetti li kienu ta' importanza partikolari għalija fil-PSCD u nispjega għaliex kienu ta' importanza għalija.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi niddiskuti u nidentifika l-ħiliet tiegħi u setturi fejn għandi bżonn niżviluppa fuqhom b'rabta mal-PSCD.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nirrifletti fuq suġġetti li tgħallimt waqt il-PSCD u nidentifika sfidi u responsabbiltajiet b'rabta ma' numru minn dawn is-suġġetti.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nidentifika x'tgħallimt b'rabta mal-PSCD matul din is-sena u kapaċi nidentifika dak li nixtieq nitgħallem is-sena d-dieħla fil-PSCD filwaqt li naqsam dan mal-oħrajn.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi li bihom sita' ngħin lili nnifsi nagħmel l-almu tiegħi u lill-oħrajn jagħmlu l-almu tagħhom ukoll.