Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Iżvilupp Personali, Soċjali u tal-Karrieri > LEVEL 6





L-Aspett tas-Suġġett: L-Iżvilupp tal-identità personali u l-għarfien intrapersonali 

1] Naf x'għandi speċjali: abbiltajiet, talenti, interessi, it-tajjeb u n-nuqqasijiet, eż. sens ta' kunfidenza meta nagħti opinjoni fuq suġġetti importanti, nidentifika n-nuqqasijiet filwaqt li naf li nista' naħdem fuqhom sabiex intejjibhom. 
 PERSONALI
2] Kapaċi nitkellem fuq l-isfidi u d-diffikultajiet fil-proċess tranżitorju għas-settur sekondarju u nħossni kunfidenti li t-tranżizzjoni ser tkun waħda faċli u maniġġabbli. 
3] Kapaċi nagħraf li jien uniku/a, inħossni tajjeb/tajba bija nnifsi u nkun kburi/ija bil-kisbiet tiegħi, eż. sodisfatt/a bil-kisbiet tiegħi sa issa, irrid immur tajjeb f'dak li nagħmel u li nuża bl-aħjar mod possibbli l-opportunitajiet u t-talenti tiegħi. 
 PERSONALI
4] Kapaċi nirrispondi b'kunfidenza dejjem akbar għal persuni u sitwazzjonijiet ġodda. 
5] Kapaċi nistaqsi u nitkellem b'mod kunfidenti mal-adulti u ma' sħabi fuq il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħi.
 INTERPERSONALI
6] Kapaċi nidentifika xi nħobb u x'ma nħobbx. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
7] Kapaċi niddeskrivi modi differenti li nuża biex nistudja. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV  
8] Kapaċi niddeskrivi l-ħiliet meħtieġa biex nilħaq il-miri personali tiegħi u nużahom skont il-bżonn. 
 PRATTIKA
9] Kapaċi niddeskrivi kif l-ansjetà taffettwani fl-istudju u jien konxju/a tal-abbiltajiet u l-modi meħtieġa sabiex naffrontahom b'mod xieraq.   
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
10] Kapaċi napprezza filwaqt li nkun responsabbli għalija nnifsi u l-atteġġament tiegħi. 
11] Nifhem li l-iżbalji jistgħu jkunu esperjenzi ta' tagħlim. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
12] Kapaċi noħloq miri li nista' nilħaqhom. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
13] Kapaċi nieħu gost l-iskola, nikkomunika u nġib ruħi b'mod xieraq. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT 



L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp ta' relazzjonijiet b'saħħithom u rispettabbli 

1] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi mal-għalliem/a tiegħi u mal-istudenti sħabi u naqsam magħhom ftit mill-interessi tiegħi, xi nħobb u x'ma nħobbx. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi niddeskrivi x'hemm komuni u differenti bejn komunikazzjoni verbali u mhux verbali. 
3] Kapaċi nagħraf u nuża t-ton tal-vuċi addattat meta qed nikkomunika. 
4] Kapaċi nagħti l-kontribut tiegħi biex jiġu stabbiliti xi regoli biex naħdem ma' ħaddieħor fil-klassi. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
5] Kapaċi niddiskuti u naqbel fuq sanzjonijiet xierqa kemm-il darba jinkisru r-regoli. 
6] Kapaċi nispjega kif il-fatt li naħdem f'tim jgħinni niżviluppa ċerti ħiliet. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
7] Kapaċi nidentifika l-importanza ta' li taħdem f'tim sabiex ikollok riżultati aħjar, eż. il-ħaġa sħiħa hija akbar mit-total tal-partijiet tagħha. 
8] Kapaċi niddeskrivi modi kif ngħin lil ħaddieħor biex jitgħallem, eż. il-qsim ta' ideat, siti, kotba, niddiskutu strateġiji differenti ta' tagħlim, nittratta lil sħabi tal-klassi mhux bħala kompetituri iżda bħala studenti li jitgħallmu b'kooperazzjoni. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
9] Kapaċi nagħraf l-emozzjonijiet tiegħi u ta' ħaddieħor. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
10] Nipperċepixxi l-importanza li nkun kburi/ija b'dak/dik li jien u nifhem li d-differenza ma tfissirx aħjar jew agħar.  
 PERSONALI
11] Kapaċi nagħraf l-importanza filwaqt li nirrispetta l-emozzjonijiet, id-deċiżjonijiet, id-drittijiet u l-apparenza tal-oħrajn. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
12] Kapaċi niddetermina li jiena għandi effett fuq dak li jagħmel, jaħseb u jħoss ħaddieħor, u ħaddieħor jaffettwa dak li nagħmel, naħseb u nħoss jien. 
 INTERPERSONALI
13] Kapaċi nagħraf u nuri li l-azzjonijiet iħallu konsegwenzi fuqi u fuq l-oħrajn, eż. inkun responsabbli għall-azzjonijiet tiegħi u nifhem il-konsegwenzi tal-għażliet tiegħi meta nkun ma' sħabi, meta nkun onlajn, meta qed nagħmel xogħli l-iskola u d-dar.  
 PERSONALI
14] Kapaċi nsemmi tipi differenti ta' relazzjonijiet f'ħajti. 
IL-BIDLA SOĊJALI 
15] Kapaċi nitkellem u nisma' lil sħabi u lill-adulti b'mod xieraq. 
 INTERPERSONALI
16] Kapaċi nuri l-ħiliet meħtieġa biex jiżviluppaw relazzjonijiet tajbin, eż. is-smigħ, l-empatija, is-sapport, l-inkoraġġiment, it-tjubija, il-ħniena.  
 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
17] Kapaċi napprezza l-importanza filwaqt li ngħaddi kummenti pożittivi lil ħbiebi u lill-membri tal-familja. 
 PERSONALI
18] Nifhem kif għandek tkun ħabib/a u li l-ħbiberiji jistgħu jinbidlu. 
19] Kapaċi nibda tipi differenti ta' ħbiberiji, nagħraf il-valur tagħhom u kapaċi naffronta s-sitwazzjoni meta nitlef ħabib/a. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
20] Kapaċi nuri dak li nagħmlu sabiex inkunu kuntenti, imdejqa u rrabjati u x'jgħin u xi jfixkel il-ħbiberiji. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
21] Kapaċi nidentifika d-differenzi li jista' jkun hemm bejn il-ħbieb u kif naffronta problemi bejn il-ħbieb. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
22] Naf kemm hu importanti li tieħu ħsieb ħaddieħor u lilek innifsek.  
 IL-BIDLA SOĊJALI 
23] Kapaċi niddiskuti fuq x'inhuma l-familji u x'jistenna minn ħaddieħor kull membru tal-familja. 
24] Kapaċi nitkellem fuq l-irwoli u l-emozzjonijiet tal-ġenituri/min jieħu ħsiebi. 
25] Kapaċi ninnegozja fir-relazzjonijiet u naf x'għandi nagħmel meta naffaċċja nuqqas ta' qbil u/jew ideat/sitwazzjonijiet ta' kunflitt, eż. mal-ħbieb, ġenituri/min jieħu ħsiebi. 
 KONJITTIVA 
26] Naf fuq l-ibbuljar, għaliex isir, l-effetti tiegħu fuq il-persuni, kif taffrontah u kif tista' twaqqfu milli jsir. 
27] Kapaċi nirreaġixxi b'mod assertiv għall-inkejja u l-ibbuljar.  
 PERSONALI 
28] Kapaċi nitkellem fuq kif il-persuni jgħixu b'modi differenti u li kulturi differenti jista' jkollhom stili differenti fil-ħajja. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
29] Kapaċi nitkellem fuq l-effetti tal-inġustizzja u l-preferenzi fil-ħajja tiegħi ta' kuljum. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
 



L-Aspett tas-Suġġett: Nifhem lili nnifsi jien u nikber 

1] Kapaċi nesprimi l-emozzjonijiet b'mod differenti u nagħraf l-impatt tagħhom fuq ħaddieħor.  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
2] Kapaċi nidentifika u nesprimi l-emozzjonijiet tiegħi sabiex ħaddieħor jifhem dak li rrid ngħid. 
3] Naf id-differenza bejn emozzjonijiet pożittivi u dawk negattivi u l-importanza li tittratta l-emozzjonijiet b'mod effettiv, eż. il-ħsibijiet, ir-rabja, id-diżappunti, l-għira, l-uġigħ, il-ferħ, il-kuntentizza, l-empatija, l-eċċitament. 
4] Kapaċi nagħraf u nimmaniġġja l-emozzjonijiet qawwija f'sitwazzjonijiet differenti, inkluż it-telfa u l-bidla. 
5] Nifhem li l-persuni jistgħu jinbidlu f'dak li għandu x'jaqsam ma' xi jħossu, x'jaħsbu u x'jagħmlu. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
6] Kapaċi nsemmi xi partijiet tal-ġisem li jintużaw għar-riproduzzjoni sesswali u kif il-partijiet tal-ġisem jaħdmu fir-riproduzzjoni sesswali, eż. Kapaċi niddeskrivi l-kontribut tal-ġisem tar-raġel u tal-mara fir-riproduzzjoni sesswali. 
7] Nifhem ix-xebh u d-differenzi fiżiċi, konjittivi u emottivi bejn is-subien u l-bniet huma u jikbru. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
8] Naf li l-pubertà ġġib magħha bidliet fiżiċi, konjittivi u emottivi u qed nitgħallem kif nagħraf u nifhem dawn il-bidliet. 
9] Nifhem u kapaċi nispjega għaliex xi persuni jħossuhom jistħu meta jitkellmu fuq ir-riproduzzjoni sesswali. 
10] Kapaċi nidentifika l-partijiet privati u/jew intimi tiegħi u kapaċi niddiskuti min jista' u ma jistax ikollu aċċess għalihom filwaqt li nagħti l-kunsens tiegħi, eż. it-tabib, min jieħu ħsiebi. 
11] Nifhem li hemm xebh u differenzi bejn il-persuni. Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet personali fil-miftuħ u b'mod xieraq. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
12] Naf li għandi d-drittijiet kollha fuq ġismi. 
13] Kapaċi niddeskrivi kif ir-rutina ta' iġjene personali tista' tinbidel jien u nikber. 
14] Kapaċi nimmaniġġja proċeduri ta' iġjene, eż. sigurtà fl-ikel, iġjene personali, mestrwazzjoni. 



L-Aspett tas-Suġġett: Is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri 

1] Naf ftit mill-għażliet li hemm għalija fuq kif niżviluppa stil ta' ħajja f'saħħtu issa u fil-futur. 
2] Nikkonsidra l-valur li żżomm ruħek f'saħħtek u kapaċi nitkellem fuq attitudnijiet differenti fuq is-saħħa u l-mard. 
3] Kapaċi nagħmel għażliet tajbin b'rabta ma' saħħti, eż. l-ikel, ix-xorb, l-eżerċizzju fiżiku, l-irqad, il-mistrieħ, l-użu effettiv tal-ħin liberu. 
4] Kapaċi nidentifika flimkien mal-oħrajn liema attivitajiet ta' gost jgħinuna nżommu ruħna f'saħħitna. 
5] Kapaċi nitkellem fuq prattiċi kulturali differenti marbuta mas-saħħa u l-iġjene. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
6] Kapaċi nitkellem ma' ħaddieħor fuq l-emozzjonijiet marbuta mal-eżamijiet. 
7] Kapaċi niddeskrivi xi aspetti pożittivi u oħrajn anqas pożittivi marbuta mal-bidla. 
8] Kapaċi jkolli aċċess biex ngħin fl-iskola u barra l-iskola. 
9] Naf fuq postijiet li huma siguri, fejn insib l-għajnuna u l-persuni li jistgħu jgħinuni fil-komunità. 
10] Naf meta għandi nżomm sigriet u meta nikxfu. 
11] Kapaċi nitkellem fuq l-importanza tal-ippjanar għall-immaniġġjar tal-ħin tiegħi, eż. ir-rutina tax-xogħol tad-dar, il-ħin rikreattiv, il-ħin fuq l-internet, l-attivitajiet ekstrakurrikulari, ħin mal-ħbieb, il-gost u l-ħin liberu. 
 PERSONALI
12] Kapaċi nidentifika l-problemi u ngħaddi suġġerimenti ta' x'jista' jsir biex jitnaqqsu dawn il-problemi. 
13] Kapaċi nagħraf il-bżonn li nitlob is-sapport meta dan hu meħtieġ. 
14] Nifhem xi tfisser li tirrispetta ġisem ħaddieħor u ġismi. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
15] Kapaċi nagħraf riskji potenzjali għas-sigurtà tiegħi u ta' ħaddieħor minn persuni, sitwazzjonijiet u l-ambjent. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
16] Kapaċi nidentifika problemi u nissuġġerixxi x'jista' jsir biex jitnaqqsu dawn il-problemi. 
17] Kapaċi nuża modi bażiċi differenti sabiex nirreżisti l-pressjoni negattiva ta' sħabi. 
 PERSONALI
18] Kapaċi nkun assertiv/a meta nkun pressat/a biex nagħmel il-ħażin. 
 PERSONALI
19] Naf li xi persuni għandhom bżonn id-droga biex jgħixu ħajja normali u li xi drogi jistgħu jipprevjenu l-iżvilupp ta' mard, eż. it-tilqim. 
 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
20] Naf fuq varjetà ta' drogi legali li ssib fil-ħajja ta' kuljum inkluż dawk li jistgħu jinxtraw mingħand l-ispiżjar bħall-aspirina, drogi preskritti bħala mediċini, kif ukoll it-te, il-kafè, it-tabakk u l-alkoħol u għandi ftit għarfien fuq l-effetti tagħhom u r-riskji marbuta magħhom. 
21] Naf li xi sustanzi huma illegali u għandi xi għarfien fuq l-effetti tagħhom u r-riskji marbuta magħhom. 
22] Kapaċi nitkellem fuq il-benefiċċji tad-drogi fuq is-soċjetà kif ukoll fuq il-problemi li jikkawżaw lis-soċjetà meta jintużaw ħażin. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
23] Kapaċi niddiskuti fuq il-benefiċċji u r-riskji possibbli meta taqsam informazzjoni onlajn. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
24] Naf kif għandek tissettja l-privacy settings meta nikkomunika onlajn. L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
25] Naf l-importanza u kapaċi nillimita l-użu tat-teknoloġija.  
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM 
26] Kapaċi nidentifika l-perikli għas-saħħa u s-sigurtà fid-dar, fl-iskola u fl-ambjent ta' madwari. 
27] Kapaċi nagħraf ir-riskji f'sitwazzjonijiet differenti u nagħmel ġudizzji fuq l-imġiba u d-deċiżjonijiet marbuta mas-sigurtà personali. 
 KONJITTIVA 
28] Naf li siringi u labar mormija jistgħu jkunu perikolużi. 



L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza 

1] Kapaċi niddeskrivi l-fatturi li jgħinu u li jfixklu lin-nies milli jaħdmu f'timijiet.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Naf u kapaċi nuri kif għandi nġib ruħi f'sitwazzjonijiet differenti, eż. fil-klassi, fil-bitħa tal-iskola, waqt ħarġiet tal-iskola, fid-dar, fil-knisja. 
3] Kapaċi nuri u naf il-valur tar-responsabbiltà għalija nnifsi u għall-oħrajn fl-iskola u barra, eż. il-klassi, il-bitħa tal-iskola, ħarġiet tal-iskola. 
4] Naf u kapaċi niddiskuti r-regoli tal-iskola u tal-klassi u għaliex huma meħtieġa. 
5] Kapaċi nikkontribwixxi fit-teħid ta' deċiżjonijiet fi grupp żgħir u naf il-ħiliet meħtieġa fit-teħid ta' deċiżjonijiet. 
6] Kapaċi nieħu sehem f'diskussjonijiet fuq suġġetti marbuta ma' ħajti, eż. l-ambjent tal-iskola, l-ibbuljar, trattament inġust mill-adulti. 
7] Kapaċi nagħraf u napprezza d-drittijiet tal-bniedem. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
8] Kapaċi nagħraf li l-persuni kollha għandhom l-istess bżonnijiet bażiċi u naf id-differenza bejn bżonnijiet u xewqat. 
9] Kapaċi nispjega d-differenza bejn drittijiet u obbligazzjonijiet/dmirijiet. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
10] Kapaċi nagħraf li mad-drittijiet jiġu r-responsabbiltajiet. Naf fuq ir-responsabbiltajiet tiegħi lejn il-ħbieb, il-klassi u l-familja. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
11] Naf x'jiġifieri 'tpoġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta' ħaddieħor', eż. persuni li huma anqas fortunati minni, persuni li qed isofru, persuni li għaddejjin minn diffikultajiet f'ħajjithom. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
12] Kapaċi nitkellem fuq ir-responsabbiltajiet tiegħi lejn ħbiebi, sħabi tal-klassi u l-familja. 
13] Kapaċi nispjega numru differenti ta' reliġjonijiet oħra, kif inhuma differenti, kif ukoll dak li għandhom komuni. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
14] Kapaċi niddeskrivi regoli u liġijiet li jifformaw kif il-persuni jagħmlu l-affarijiet fil-komunità lokali tiegħi. 
15] Kapaċi niddeskrivi x'jiġri meta l-persuni jiksru l-liġijiet u r-regoli. 
16] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser 'tmexxija' u għaliex l-għażla ta' mexxej kultant hi meħtieġa; Kapaċi niddeskrivi liema huma l-karatteristiċi importanti għalija f'mexxej. 
17] Kapaċi nitkellem fuq is-servizzi differenti, ħwienet u riklami li jaffettwaw lill-komunità, eż. naf fuq il-kumditajiet: il-librerija, l-uffiċċju tal-kunsill lokali, il-knisja parrokkjali, ċentri ta' passatempi u mużewijiet. 
18] Kapaċi nagħraf u napprezza l-valuri tad-dar, tal-iskola u tal-komunità, eż. napprezza u rrid nieħu ħsieb id-dar, il-klassi, il-binjiet tal-iskola, u żoni lokali. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
19] Kapaċi nidentifika modi li bihom kollha nistgħu nagħtu kontribuzzjoni pożittiva lill-individwi u lill-komunità lokali. 
20] Kapaċi nieħu deċiżjonijiet fuq l-użu ta' riżorsi skarsi. 
 NITGĦALLEM KIF 
21] Kapaċi nidentifika u niddeskrivi xi jfisser żvilupp sostenibbli. 
 NITGĦALLEM KIF 
22] Kapaċi nidentifika x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu fl-iskola, fid-dar u fil-komunità lokali biex nikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli. 
23] Kapaċi nuża faċilitajiet lokali li huma sostenibbli għall-ambjent. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
24] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser u naf l-importanza tal-4R u nagħti eżempji kif dawn jistgħu jsiru b'mod prattiku, eż. tipi differenti ta' riċiklar, kif jista' jitnaqqas il-konsum u kif jista' jerġa' jintuża jew jiġġedded materjal għal użu alternattiv. 
 NITGĦALLEM KIF 
25] Kapaċi nagħraf meta l-għażliet ikunu affettwati mill-midja u influwenzi oħra. 
26] Kapaċi niddiskuti kif kemm is-subien kif ukoll il-bniet jistgħu jagħmlu l-istess biċċiet xogħol u jgawdu l-istess affarijiet għalkemm midja differenti turi/tinkoraġġixxi l-isterjotipi.
27] Kapaċi nargumenta fuq kif valuri differenti jinfluwenzaw kif il-persuni jonfqu flushom, eż. il-paga, il-flus fil-but (pocket money).
 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
28] Kapaċi nevalwa għaliex it-tfaddil tal-flus huwa importanti; Kapaċi naħseb f'modi kif il-flus jistgħu jintefqu apparti minn fuqi. 
29] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi x'jinfluwenzani biex nonfoq il-flus fuqi nnifsi u fuq ħaddieħor.
30] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser li tkun finanzjarjament responsabbli u nagħti eżempji ta' persuni li huma finanzjarjament irresponsabbli. 
31] Kapaċi nuri kif id-deċiżjonijiet tiegħi marbuta mal-infiq jaffettwaw lili personalment, lill-ekonomija lokali, lill-ambjent u lil persuni f'partijiet oħra tad-dinja. 
32] Naf l-importanza u kapaċi nuri kif għandek tieħu ħsieb l-annimali bl-akbar kura u sensittività.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
33] Kapaċi nagħraf li persuni oħra, l-annimali u l-pjanti għandhom il-bżonnijiet tagħhom. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
34] Kapaċi niddeskrivi kif il-bniedem u l-ambjent jistgħu jaffettwaw l-annimali f'pajjiżi u f'pajjiżi oħra fid-dinja. 
 NITGĦALLEM KIF 
35] Kapaċi niddiskuti kif gruppi differenti għandhom viżjonijiet differenti, eż. sħabi, il-ġenituri, l-għalliema u persuni ta' twemmin u kulturi differenti.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
 



L-Aspett tas-Suġġett: L-Ippjanar tal-Karriera u l-Esplorazzjoni 

1] Kapaċi niddiskuti kif jien nista' nkun ta' kontribut fil-komunità tiegħi permezz ta' attivitajiet li nipparteċipa fihom. 
2] Kapaċi niddeskrivi x-xogħlijiet differenti u l-irwoli fuq il-post tax-xogħol tal-persuni viċin tiegħi, eż. il-ġenituri, iz-ziju. 
3] Kapaċi nitkellem fuq l-aspirazzjonijiet tiegħi għall-futur.
4] Kapaċi nispjega l-interdipendenza bejn xogħlijiet differenti u l-irwoli fuq ix-xogħol. 
5] Kapaċi niddiskuti d-drittijiet, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-ħaddiem u min iħaddem. 
6] Kapaċi nuri li l-attitudni tiegħi lejn l-iskola tista' taffettwa l-aspirazzjonijiet tiegħi għall-futur. 
7] Kapaċi niddiskuti l-isterjotipi marbuta max-xogħol u l-karrieri. 
8] Kapaċi nidentifika kif il-midja tista' tinfluwenza l-perċezzjonijiet tiegħi fuq rwoli differenti fuq ix-xogħol.  



L-Aspett tas-Suġġett: L-Għeluq 

1] Kapaċi nidentifika suġġetti li kienu ta' importanza partikolari għalija fil-PSCD u nispjega għaliex kienu ta' importanza għalija. 
  IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Kapaċi nitkellem fuq dak li nixtieq nitgħallem is-sena d-dieħla fil-PSCD u naqsam dan ma' ħaddieħor. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
3] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi li bihom nista' ngħin lili nnifsi nagħmel l-almu tiegħi u lill-oħrajn jagħmlu l-almu tagħhom ukoll. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 




Agħti r-rispons tiegħek hawn