Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Iżvilupp Personali, Soċjali u tal-Karrieri > LEVEL 7





L-Aspett tas-Suġġett: L-Iżvilupp tal-identità personali u l-għarfien intrapersonali 

1] Kapaċi nitkellem b'mod kunfidenti fuq it-tranżizzjoni mis-settur primarju u l-isfidi li qed insib fis-settur sekondarju, eż. nanalizza l-kisbiet sa issa, nirrifletti u niddiskuti fuq il-ħajja fl-iskola fil-livell primarju (it-tmiem) u l-ħajja fl-iskola fil-livell sekondarju. 
2] Kapaċi nidentifika l-emozzjonijiet tiegħi u dak li jġagħalni nħossni tajjeb u ħażin. 
3] Kapaċi nagħraf kif nara u napprezza lili nnifsi jaffettwa l-kunfidenza fija nnifsi, l-istima fija nnifsi, kemm nagħti valur lili nnifsi u l-imġiba. 
4] Kapaċi nidentifika u niddiskuti proċessi effettivi u xierqa ta' teħid ta' deċiżjonijiet. 
 INTERPERSONALI
5] Kapaċi nesprimi u nikkomunika opinjonijiet b'mod verbali u mhux verbali fuq affarijiet ta' interess għalija. 
 INTERPERSONALI
6] Kapaċi nagħmel distinzjoni bejn imġiba assertiva, aggressiva u ubbidjenti. 
7] Kapaċi ma naqtax qalbi u negħleb diffikultajiet b'mod pożittiv. 
 KONJITTIVA
8] Kapaċi nagħmel għażliet informati u naf kif nikseb informazzjoni preċiża u ta' min joqgħod fuqha. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
9] Kapaċi  nagħmel distinzjoni bejn l-irwoli differenti li jista' jkolli f'kuntesti soċjali differenti, eż. student/a, iben/bint. 
10] Kapaċi nitkellem fuq abbiltajiet ta' studju, użanzi u l-metodi li nippreferi biex nitgħallem. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
11] Kapaċi nsegwi l-interessi tiegħi hekk kif dawn jgħinuni nirrifletti fuq jien min jien u l-għażliet tas-suġġetti li ser nitgħallem fl-iskola.
 PRATTIKA 
12] Kapaċi nisma' u nitkellem ma' ħaddieħor fuq it-tagħlim. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
13] Kapaċi naħdem b'mod effettiv kemm waħdi kif ukoll ma' ħaddieħor, jiddependi mill-bżonn tas-sitwazzjoni.   
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
14] Naf li t-tagħlim jinvolvi proċessi differenti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
15] Kapaċi nifhem li nista' nitgħallem mill-iżbalji tiegħi stess.  
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
16] Konxju/a li l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tiegħi huma importanti għalija u li jistgħu jinbidlu mal-mogħdija taż-żmien u li għandhom effett fuq l-għażliet u d-deċiżjonijiet informati tiegħi, eż. l-għażla tas-suġġett u l-karriera, edukazzjoni mhux formali.
17] Kapaċi nuri determinazzjoni fil-konklużjoni ta' biċċiet ta' xogħol.  
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
18] Kapaċi nikkonsidra jekk il-valuri personali u l-attitudnijiet tiegħi għandhomx ikunu bħal ta' persuni oħra jew le. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
19] Nifhem l-importanza filwaqt li kapaċi nispjega kif nista' nuża opportunitajiet u esperjenzi partikolari fl-iskola u barra mill-iskola għal skop ta' tagħlim, eż. ninvolvi lili nnifsi f'edukazzjoni mhux formali, xogħol volontarju.  
 
PRATTIKA 



L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp ta' relazzjonijiet b'saħħithom u rispettabbli 

1] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi ma' studenti sħabi u l-għalliem/a u naqsam magħhom ftit mill-interessi tiegħi, xi nħobb u x'ma nħobbx; kapaċi nikseb informazzjoni fuq l-interessi u l-ideat tagħhom.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nidentifika l-emozzjonijiet permezz tal-komunikazzjoni mhux verbali. 
3] Nifhem għaliex xi persuni jaħdmu tajjeb fi grupp u oħrajn le. 
4] Kapaċi nikkontribwixxi fl-iżvilupp ta' regoli bażiċi u kapaċi niddiskuti fuq il-konsegwenzi xierqa kemm-il darba jinkisru r-regoli, eż. il-konsegwenzi marbuta mal-offiża, huma rispettabbli u raġunati u li jgħinuna nitgħallmu u nikbru. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
5] Kapaċi niddeskrivi kif l-aħjar taħdem fi grupp u kapaċi nispjega kif il-persuni jistgħu jieħdu rwoli differenti fi grupp, eż. mexxejja, semmiegħa, jokers, segwaċi, osservaturi, uħud jisgħu jikkontrollaw/sottomessi/iparlaw. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
6] Kapaċi nipperċepixxi u nagħraf l-opinjonijiet u l-emozzjonijiet ta' ħaddieħor u nagħti u nirċievi rispons, eż. il-ġenituri/min jieħu ħsiebi, ħbieb, għalliema. 
 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Kapaċi nispjega li l-individwi għandhom it-tajjeb u n-nuqqasijiet. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
8] Kapaċi nagħraf il-valur tal-kisbiet ta' ħaddieħor u naċċetta lil kulħadd bħala individwu. 
9] Kapaċi nagħmel u nirċievi kritika kostruttiva. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
10] Kapaċi nidentifika l-konsegwenzi tal-azzjonijiet tiegħi u ta' ħaddieħor u ta' dawk madwari. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
11] Kapaċi niddiskuti kif tipi differenti ta' relazzjonijiet huma importanti f'ħajti u fil-ħajja ta' ħaddieħor.  
IL-BIDLA SOĊJALI 
12] Kapaċi niddeskrivi kif nista' nagħti kontribut pożittiv fl-iżvilupp ta' relazzjonijiet interpersonali. 
13] Kapaċi napprezza għaliex l-onestà, il-lealtà, ir-rispett u l-fehim huma attributi importanti fir-relazzjonijiet. 
14] Nifhem x'jiġifieri fiduċja u kredibilità.
 INTERPERSONALI
15] Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' relazzjonijiet ta' mħabba. 
16] Kapaċi niddeskrivi kif il-persuni jistgħu juru l-imħabba tagħhom lejn persuni oħra. 
17] Kapaċi nuri li hemm tipi differenti ta' relazzjonijiet u naf li hemm ħafna forom differenti ta' ħbiberiji.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
18] Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' sigrieti u naf liema sigrieti għandi nżomm u liema sigrieti ma jistgħux jinqasmu ma' ħaddieħor. 
19] Ngħożż il-ħbieb u kapaċi nesprimi l-emozzjonijiet tiegħi lejhom. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
20] Kapaċi nagħraf meta ħaddieħor għandu bżonn l-għajnuna u kapaċi nagħti s-sapport tiegħi. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
21] Kapaċi niddetermina l-kisbiet tiegħi u ta' ħaddieħor. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
22] Kapaċi nagħmel lista u ngħożż tipi differenti ta' familji. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
23] Nirrispetta l-fatt li l-ġenituri jħossu u jinkwetaw għal uliedhom.  
24] Kapaċi niddeskrivi modi differenti ta' kif tista' tgħix fi ħdan familja. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
25] Kapaċi nidentifika l-alternattivi possibbli meta niġi wiċċ imb wiċċ ma' kunflitti jew nuqqas ta' ftehim. 
 KONJITTIVA 
26] Kapaċi niddiskuti l-ħiliet meħtieġa sabiex naffronta b'mod xieraq il-kunflitt.  
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
27] Naf għaliex huwa ħażin li t-tfal jiġu bbuljati jew abbużati minn tfal oħra jew mill-adulti. 
28] Kapaċi nitkellem fuq il-forom differenti ta' bbuljar: xi tħoss, għaliex jagħmluh, il-kodiċi ta' prattika tal-iskola u x'inhu mistenni mill-individwi. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
29] Kapaċi nipperċepixxi li r-rispons tal-persuni għall-ideat u l-avveniment jistgħu jiġu ddeterminati mill-età, ir-reliġjon, il-kultura. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
30] Kapaċi nagħti valur u nitkellem fuq id-diversità tal-istili ta' ħajja u l-għażliet li nagħmlu. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
31] Kapaċi niddeskrivi xi jfissru l-isterjotipi u l-preġudizzji. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
32] Kapaċi nagħraf u nagħti eżempji ta' modi kif subien/ġuvintur u bniet/tfajliet jiġu influwenzati biex iġibu ruħhom b'tali mod. .
 IL-BIDLA SOĊJALI 
 



L-Aspett tas-Suġġett: Nifhem lili nnifsi jien u nikber 

1] Kapaċi nimmaniġġja l-emozzjonijiet b'mod pożittiv u effettiv. 
2] Naf modi differenti kif naffronta emozzjonijiet diffiċli, eż. ir-rabja, il-biża', l-inkwiet, l-għira, l-uġigħ, id-diżappunt. 
3] Kapaċi nispjega għaliex l-emozzjonijiet huma importanti u li emozzjoni qatt ma tista' tkun ħażina, eż. id-dwejjaq jgħinna ningħaqdu, il-ħtija tgħinna nsewwu l-imġiba. 
4] Kapaċi nistaqsi lill-oħrajn xi jħobbu u x'ma jħobbux f'persuni, postijiet u valuri differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
5] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi l-importanza ta' aspetti differenti fis-saħħa sesswali. 
6] Kapaċi niddeskrivi kif il-persuni jinbidlu minn meta jkunu trabi għal tfal għal adulti għal anzjani. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
7] Kapaċi nispjega l-bidliet li jkun hemm fil-pubertà, eż bidliet fiżiċi, emottivi, konjittivi u sesswali. 
8] Qed nibda nikkonsidra suġġetti differenti minn perspettiva morali. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
9] Naf li s-sesswalità umana tista' tiġi espressa b'modi differenti, nifhem xi tfisser u għandi xi kliem biex niddeskriviha. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
10] Kapaċi niddefinixxi u nidentifika valuri li huma importanti għalija u għall-oħrajn madwari u naf li l-valuri tiegħi jaffettwaw l-imġiba tiegħi u l-viżjoni lejn il-ħajja. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
11] Kapaċi nieħu ħsieb ġismi, speċjalment l-iġjene personali u naf l-importanza tal-iġjene personali aktar ma nikber. 



L-Aspett tas-Suġġett: Is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri 

1] Kapaċi nispjega x-xebh u d-differenzi bejn xarbiet li jagħtu l-enerġija u xarbiet sportivi. 
2] Kapaċi nispjega l-valur li nagħżel xarbiet li jżommuni f'saħħti u li jgħinuni nħossni aħjar. 
3] Kapaċi nassessja u nispjega l-impatt tax-xarbiet li jagħtu l-enerġija fuq is-saħħa fiżika u mentali tiegħi u ta' ħaddieħor. 
4] Naf x'jagħmilni kuntent/a u pożittiv/a għall-ħajja u kapaċi niddiskuti l-influwenza tal-eżerċizzju, il-ħin liberu u r-relazzjonijiet fuq is-saħħa mentali. 
5] Kapaċi nagħti eżempji ta' problemi emozzjonali, fiżiċi u ta' saħħa soċjali.
6] Kapaċi nagħraf sinjali ta' stress personali u nuża strateġiji biex negħlibhom.  
7] Kapaċi nispjega kif l-istress u sitwazzjonijiet stressanti jista' jkollhom effett fuq is-saħħa tiegħi u dik ta' ħaddieħor. 
8] Kapaċi nifhem xi tfisser saħħa mentali u jien konxju/a li xi persuni jesperjenzaw stati mentali persistenti li jillimitawhom milli jagħmlu dak li jixtiequ.  
 IL-BIDLA SOĊJALI 
9] Naf u kapaċi nispjega l-valur li nieħu deċiżjonijiet li jgħinuni u lil ħaddieħor inħossuna tajbin. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
10] Kapaċi nikkonsidra l-benefiċċji ta' meta taċċetta l-għajnuna u l-gwida mingħand ħaddieħor u naf lil min għandi nkellem f'sitwazzjonijiet differenti, eż. l-għalliema tas-suġġetti, guidance teachers, career advisor, counsellor, kap tal-iskola. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
11] Naf meta għandi nitlob is-sapport u lil min għandi nistaqsi fl-iskola u barra l-iskola. 
12] Kapaċi nikkonsidra l-benefiċċji ta' pariri mingħand ħaddieħor. 
13] Napprezza l-importanza tal-iżvilupp ta' attitudni pożittiva u motivazzjoni rigward sigurtà personali u t-teħid ta' riskju. 
14] Naf li l-pressjoni biex nieħu sustanzi perikolużi jew illegali tista' tiġi minn persuni li naf bħall-ħbieb, persuni jiġu minni u ġirien. 
15] Naf x'inhu sigur li jintuża fuq jew ġol-ġisem. 
16] Naf li s-sustanzi kollha jistgħu jkunu perikolużi jekk ma jintużawx b'mod xieraq. 
17] Kapaċi nirreżisti l-pressjoni ta' ħaddieħor biex inġib ruħi b'tali mod li niskomoda lili nnifsi jew lil ħaddieħor. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
18] Kapaċi nagħraf ir-riskju f'sitwazzjonijiet differenti u niġġudika fuq l-imġiba u d-deċiżjonijiet marbuta mas-sigurtà personali, eż. nagħraf influwenza mhux mixtieqa u pressjoni mill-ħbieb speċjalment b'rabta mal-ibbuljar, imġiba aggressiva, it-tipjip, it-teħid ta' drogi u l-alkoħol, l-użu ħażin tal-internet u l-attività sesswali. 
 PERSONALI
19] Kapaċi niddeskrivi l-impatt tal-użu tad-drogi fuq is-saħħa fiżika, emozzjonali, soċjali u finanzjarja tal-persuni. 
20] Kapaċi niddiskuti u nesplora attitudnijiet u twemmin fuq tipi differenti ta' drogi u l-persuni li jistgħu jużawhom jew jużawhom ħażin, eż. kapaċi nagħraf l-isterjotipi. 
21] Jiena konxju/a filwaqt li nagħraf li xi mudelli għaż-żgħażagħ jieħdu d-droga, eż. fl-isport  u kapaċi nitkellem filwaqt li nesplora l-emozzjonijiet fuqhom. 
22] Konxju/a li t-teknoloġija taf tirkbek u dan jista' jwassal għal prokrastinazzjoni u/jew vizzji.   
 IL-KOMUNIKAZZJONI 
23] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi tipi ta' interazzjonijiet onlajn u kapaċi nanalizzahom bħala pożittivi u negattivi. 
 IL-MIDJA DIĠITALI 
24] Kapaċi nispjega t-tifsira ta' ‘sexting’.
25] Kapaċi nanalizza u niddeskrivi kemm il-fatturi pożittivi kif ukoll in-negattivi u l-konsegwenzi marbuta mal-użu tal-internet. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET 
26] Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni u l-użu tagħhom, il-benefiċċji u l-problemi potenzjali. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI 
27] Kapaċi niddeskrivi kif ġeografikament u komunitajiet ta' interess jistgħu jibbenefikaw mit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni. 
28] Kapaċi nagħmel għażliet għaqlin, eż. fit-triq, fil-baħar, bil-logħob tan-nar u ma' sħabi. 
 KONJITTIVA 
29] Naf ir-regoli tal-iskola u tas-sigurtà marbuta mal- mediċini, l-alkoħol, it-tabakk, is-solventi u d-drogi illegali. 



L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza 

1] Konxju/a tad-dritt tiegħi li niddeċiedi u naf kif noħloq bilanċ bejn id-drittijiet tiegħi u ta' ħaddieħor. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
2] Kapaċi nispjega l-valur ta' li tagħmel riċerka biex tgħin lili u lil ħaddieħor nieħdu deċiżjonijiet informati. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
3] Irrid nipparteċipa u nagħmel differenza billi ninvolvi ruħi u lil ħaddieħor f'suġġetti li jittrattaw id-dinja reali sabiex inwasslu għal differenza pożittiva. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
4] Kapaċi nikkontribwixxi fit-teħid ta' deċiżjonijiet fi gruppi żgħar, eż. l-issettjar tar-regoli għall-klassi u l-iskola, proġetti tal-iskola, attivitajiet fl-iskola. 
5] Kapaċi nispjega l-valur tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jgħinu lili u lil ħaddieħor inħossuna tajbin. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
6] Kapaċi nieħu sehem f'diskussjonijiet fuq suġġetti varji marbuta mal-ħajja tiegħi, eż. l-ambjent tal-iskola, l-ibbuljar. 
7] Kapaċi nikkonsidra għaliex huwa importanti s-sens ta' ġustizzja meta nittratta lil sħabi u lil oħrajn fil-komunità. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
8] Kapaċi niddiskuti kif id-drittijiet jinvolvu wkoll responsabbiltajiet fid-dar, fl-iskola u fil-komunità, eż. Għandi dritt għall-edukazzjoni iżda għandi d-dmir li nitgħallem, għandi dritt li nkun protett/a mill-ġenituri/min jieħu ħsiebi iżda għandi d-dmir li nikkoopera u nirrispetta r-regoli.  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
9] Kapaċi niddiskuti kif 'id-drittijiet tal-bniedem' jistgħu jintużaw biex jgħinu persuni f'pajjiżi u f'pajjiżi oħra; naf li d-drittijiet jinvolvu r-responsabbiltajiet fid-dar, fl-iskola u fil-komunità, eż. għandi dritt għall-edukazzjoni iżda għandi dmir li nitgħallem, għandi dritt li nkun protett/a mill-ġenituri/min jieħu ħsiebi iżda għandi d-dmir li nirrispetta r-regoli. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
10] Lest/a li nesplora r-relazzjoni bejn ir-rikkezza, il-faqar u s-sehem fis-soċjetà.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
11] Kapaċi nagħraf l-importanza ta' gruppi nazzjonali, reliġjużi u etniċi differenti u liema minnhom huma riflessi fil-komunità tal-iskola tiegħi. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
12] Kapaċi niddiskuti l-importanza li nkun membru attiv u impenjat tal-komunità fl-iskola, fil-komunità lokali u fil-komunità nazzjonali. 
13] Kapaċi nżomm dibattitu fuq xi jtejjeb u xi jkisser l-ambjent lokali tiegħi u kif nista' nieħu ħsiebu, eż. billi nuri interess fil-komunità lokali u billi nuri sens akbar ta' responsabbiltà soċjali. 
14] Kapaċi niddeskrivi l-importanza tat-tmexxija f'ċerti sitwazzjonijiet, eż. meta mexxej huwa meħtieġ u/jew mhux meħtieġ, x'jagħmel mexxej tajjeb. 
15] Kapaċi nagħraf l-importanza tar-regoli tal-iskola u l-konsegwenzi meta tiksirhom, eż. norbot dan mal-għarfien fuq il-liġi u nifhem li r-regoli u l-liġijiet huma maħsuba biex jipproteġu. 
16] Kapaċi niddiskuti l-prinċipji bażiċi tal-proċessi demokratiċi u kif dawn jistgħu jiġu applikati fl-iskola, fl-organizzazzjonijiet u fuq livell ta' gvern, eż. regoli bażiċi fil-klassi, kunsilli tal-istudenti, politika fl-iskejjel, deċiżjonijiet f'organizzazzjonijiet u politika fil-livell ta' gvern; fehim li d-demokrazija tfisser li kulħadd huwa liberu jsemma' leħnu iżda mhux bilfors jagħmel li jrid. 
 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
17] Kapaċi niddeskrivi liema huma l-karatteristiċi li nagħtihom valur f'mexxej u kapaċi mmexxi jekk ikun hemm bżonn. 
18] Naf u kapaċi nitkellem fuq stili differenti ta' tmexxija u l-effetti tagħhom fuq l-individwi u s-soċjetà, eż. stili ta' tmexxija demokratiċi, awtokratiċi u permissivi. 
19] Kapaċi nuża modi differenti biex nikkomunika u nesprimi l-ideat personali u ta' grupp fuq suġġetti soċjali u ambjentali. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
20] Kapaċi nevalwa informazzjoni fuq prijoritajiet fl-infiq: personali, mibnija fuq il-komunità, ambjentali. 
21] Kapaċi nuri kif id-deċiżjonijiet tiegħi u dawk ta' oħrajn jistgħu jikkawżaw bidliet kemm għat-tajjeb kif ukoll għall-ħażin fl-ambjent tiegħi, eż. l-ambjent immedjat tiegħi u fil-komunità inġenerali. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
22] Kapaċi nidentifika u niddeskrivi kif il-konsum ta' kuljum għandu effett dirett u indirett fuq l-ambjent. 
23] Kapaċi nuri kif il-bżonnijiet differenti mill-ambjent għandhom impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli. 
24] Kapaċi niddeskrivi għaliex huwa importanti li tagħti valur lill-kontribuzzjoni ta' kull individwu għall-iżvilupp sostenibbli. 
25] Kapaċi nidentifika u nuri kif jien u ħaddieħor fl-iskola, fid-dar u fil-komunità lokali nistgħu nikkontribwixxu aktar għal ambjent sostenibbli. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
26] Kapaċi nagħraf il-preġudizzju u l-messaġġ żbaljat fil-midja u r-reklamar. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
27] Kapaċi nagħraf u mmur kontra l-isterjotipi. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
28] Kapaċi nitkellem fuq l-importanza tal-flus u kapaċi nsemmi xi modi li jgħinuni nippjana l-infiq tiegħi sew. 
29] Kapaċi nispjega r-relazzjoni bejn id-dħul finanzjarju u l-infiq. 
30] Kapaċi nieħu deċiżjonijiet informati fuq kif nalloka l-flus miġbura. 
31] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser għalija li tkun finanzjarjament responsabbli u kif nimmaniġġja l-finanzi tiegħi. 
32] Kapaċi niddiskuti l-importanza li wieħed ikollu rispett lejn l-ambjent u kull ħaġa li tgħix, eż. nirrispetta l-evidenza b'rabta ma' suġġetti soċjali u ambjentali. 
 
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
33] Kapaċi nsemmi l-gruppi u l-komunitajiet differenti li jien nagħmel parti minnhom u kapaċi niddiskuti l-interdipendenza ta' individwi, gruppi u komunitajiet, eż. il-ħbieb, il-familja, l-iskola, lokali, nazzjonali, Ewropej u dinjin. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



L-Aspett tas-Suġġett: L-Ippjanar tal-Karriera u l-Esplorazzjoni 

1] Kapaċi nintervista adulti biex insir naf fuq l-irwoli tax-xogħol u x'jinvolvu. 
2] Kapaċi nżomm informazzjoni fuq interessi fil-preżent u għażliet li ser ikolli nagħmel fil-futur. 
3] Kapaċi niddeskrivi kemm ix-xebh kif ukoll id-differenzi bejn xogħol u karriera. 
4] Kapaċi nitkellem fuq il-firxa wiesgħa ta' xogħlijiet u rwoli fuq il-post tax-xogħol ta' persuni li naf u xi jħobbu/xi jdejjaqhom fix-xogħol tagħhom. 
5] Kapaċi nsir naf u niddeskrivi numru differenti ta' ambjenti tax-xogħol li jeżistu għal xogħlijiet u karrieri differenti. 
6] Kapaċi nagħti r-raġunijiet għaliex huwa importanti li tirrispetta x-xogħol ta' ħaddieħor u l-għażliet ta' karrieri ta' ħaddieħor, eż. Naf li l-kontribut ta' kulħadd huwa bżonjuż u meħtieġ għall-aħjar tas-soċjetà. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
7] Kapaċi nispjega kif il-maġġoranza tax-xogħlijiet/karrieri jinvolvu l-ħidma ma' persuni differenti. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
8] Kapaċi nidentifika l-kapaċitajiet tiegħi u l-punti li rrid naħdem fuqhom b'rabta mal-għażliet tal-karriera fil-futur. 
9] Kapaċi niddeskrivi tipi differenti ta' 'xogħol' bħal xogħol bi ħlas, xogħol volontarju, xogħol ta' kura informali.
10] Kapaċi niġbor informazzjoni fuq id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' ħaddiem u min iħaddem.  
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
11] Kapaċi niddeskrivi kif il-valuri u l-attitudnijiet tiegħi u ta' ħaddieħor jistgħu jinfluwenzaw ix-xogħol jew il-karriera fil-futur ta' individwu. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
12] Kapaċi nippreżenta lili nnifsi b'mod effettiv lil gruppi. 
13] Kapaċi nuri li għandi l-kompetenzi biex inkun nista' nieħu deċiżjonijiet informati marbuta mal-għażla tas-suġġetti. 



L-Aspett tas-Suġġett: L-Għeluq 

1] Kapaċi nidentifika suġġetti li kienu ta' importanza partikolari għalija fil-PSCD u nispjega għaliex kienu ta' importanza għalija. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Kapaċi nidentifika dak li tgħallimt b'rabta mal-PSCD f'din l-aħħar sena u x'għinni nitgħallem. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
3] Kapaċi nirrifletti fuq suġġetti li tgħallimt waqt il-PSCD u nidentifka sfidi u responsabbiltajiet b'rabta ma' numru minn dawn is-suġġetti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
4] Kapaċi nidentifika x'suġġetti oħra nixtieq li nitgħallem dwarhom fil- PSCD.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
5] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi li bihom nista' ngħin lili nnifsi nagħmel l-almu tiegħi u lill-oħrajn jagħmlu l-almu tagħhom ukoll. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 




Agħti r-rispons tiegħek hawn