Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Il-Malti bħala Lingwa Barranija > LEVEL 5





L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba

1] Kapaċi nikteb noti sempliċi lill-ħbieb, eż. sms jew ittra qasira. 
 
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi niddeskrivi fejn noqgħod. 
3] Kapaċi nimla applikazzjonijiet u formoli oħra b’dettalji personali. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
4] Kapaċi nikteb frażijiet u sentenzi sempliċi li mhumiex f’kuntest. 
 IL-KITBA
5] Kapaċi nikteb kartolini sempliċi u qosra. 
 IL-KITBA
6] Kapaċi nikteb ittri u messaġġi qosra bl-użu tad-dizzjunarju. 
 IL-KITBA



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Kapaċi nifhem l-idea ġenerika ta’ siltiet sempliċi ta’ informazzjoni u deskrizzjonijiet qosra u sempliċi, speċjalment dawk li fihom stampi bħala għajnuna, eż. kartellun, kartolina, skeda fuq gazzetta.
2] Kapaċi nifhem testi qosra u sempliċi billi norbot flimkien ismijiet familjari, kliem u frażijiet bażiċi meta naqra t-test aktar minn darba.
3] Kapaċi nsegwi struzzjonijiet qosra, sempliċi u miktubin, speċjalment dawk li fihom stampi bħala għajnuna.
4] Kapaċi nagħraf ismijiet familjari, kliem u frażijiet sempliċi fuq avviżi sempliċi, użati f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum.
5] Kapaċi nifhem messaġġi qosra u sempliċi, bħal pereżempju messaġġi fuq kartolini.



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Kapaċi nifhem espressjonijiet ta’ kuljum li jittrattaw eżiġenzi sempliċi u konkreti f’taħdita ċara, bil-mod u ripetittiva, eż. espressjonijiet komuni bħal ngħidu aħna: bonġu, saħħa, grazzi, m’hemmx imniex, għandi pjaċir u l-lejl it-tajjeb.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi nsegwi taħdita li hija bil-mod, artikolata b’mod ċar, b’pawsi twal sabiex inkun kapaċi nifhem.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nifhem mistoqsijiet u istruzzjonijiet u nsegwi direzzjonijiet sempliċi u qosra.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi nifhem in-numri, il- prezzijiet u l-ħinijiet.



L-Aspett tas-Suġġett: ​It-Taħdit

1] Kapaċi nieħu sehem f’konverżazzjoni sempliċi sakemm il-persuna l-oħra titkellem bil-mod u tirrepeti, biex nifhem aħjar.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
2] Kapaċi nistaqsi u nwieġeb mistoqsijiet sempliċi dwar suġġetti ta’ kuljum.
3] Kapaċi nuża frażijiet u sentenzi sempliċi biex niddeskrivi fejn noqgħod u n-nies li naf.




Agħti r-rispons tiegħek hawn