Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Il-Malti bħala Lingwa Barranija > LEVEL 9





L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba

1] Jien kapaċi nevalwa ideat differenti u soluzzjonijiet għall-problema li jwasslu għall-kitba. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Jien kapaċi nikteb sinteżi ta’ informazzjoni u argumenti minn għadd ta’ testi varji.
 IL-QARI U L-FEHIM
3] Jien kapaċi nikteb u noħloq sensiela ta’ argumenti raġunati u li jagħmlu sens.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
4] Jien kapaċi nikteb u nistaqsi fuq kawżi, konsegwenzi u sitwazzjonijiet ipotetiċi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Jien kapaċi naqra korrispondenza marbuta mal-oqsma li jien midħla tagħhom u nifhem faċilment l-argument ewlieni.
 PRATTIKA
2] Jien kapaċi naqra u nifhem artikli speċjalizzati li jmorru lil hinn minn dak li jien midħla tiegħu, ladarba kapaċi nuża d-dizzjunarju biex nikkjarifika xi terminoloġija.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
3] Jien kapaċi naqra u nifhem testi varji b’mod faċli, b’ritmi u metodi differenti skont l-għan u l-ġeneru tat-test miktub.
4] Jien għandi firxa wiesgħa ta’ vokabularju iżda xi kultant insib diffikultà b’xi kliem u/jew frażijiet li ma tantx jintużaw.
5] Jien kapaċi nidentifika malajr il-kontenut u r-relevanza ta’ punti t’aħbarijiet, artikli u rapporti fuq firxa wiesgħa ta’ suġġetti professjonali u niddeċiedi jekk għandix nidħol aktar fid-dettall tas-suġġett.
6] Jien kapaċi nifhem artikli u rapporti dwar problemi kontemporanji li fihom il-kittieb juża opinjonijiet partikolari.



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Jien kapaċi nifhem fid-dettall diskors li huwa indirizzat direttament lejja b’Malti standard, anke meta jkun hemm interferenzi ta’ ħsejjes fl-isfond.
2] Jien kapaċi nifhem diskors mitħaddet bil-Malti standard kemm f’kuntest immedjat (live) jew fuq il-mezzi tax-xandir, kemm fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom kif ukoll dawk li mhumiex relatati mal-ħajja personali, akkademika u/jew vokazzjonali. Ikolli diffikultajiet biex nifhem meta hemm ħsejjes qawwijin fl-isfond, l-istruttura tat-taħdit mhix kontinwa u b’ħafna espressjonijiet idjomatiċi.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Jiena kapaċi nifhem l-ideat ewlenin ta’ diskors kumpless fuq temi konkreti u astratti b’Malti standard, inklużi diskussjonijiet tekniċi fuq il-qasam vokazzjonali u/jew akkademiku li jinteressani.
 PRATTIKA
4] Jien kapaċi nsegwi diskors fit-tul u argumenti kumplessi, ladarba jien familjari mas-suġġett u l-għan tat-taħdita huwa ċar u dirett.
5] Jien kapaċi nsegwi l-punti ewlenin f’lezzjonijiet, taħditiet u rapporti kif ukoll forom oħra ta’ preżentazzjonijiet li jinkludu ideat u lingwaġġ kumpless.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
6] Jien kapaċi nifhem u nsegwi avviżi u messaġġi fuq suġġetti konkreti u astratti, b’Malti standard u b’ritmu kalm.
7] Jien kapaċi nifhem u nsegwi dokumentarji fuq ir-radju u materjal ieħor irrekordjat u mxandar fuq ir-radju b’Malti standard, filwaqt li kapaċi nidentifika t-ton u l-burdata tal-kelliem.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
8] Jien kapaċi nifhem u nsegwi l-maġġoranza tal-aħbarijiet fuq it-televixin u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti bħal: dokumentarji, intervisti live, programmi ta’ diskussjoni, reċti u drama b’Malti standard.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
9] Jien kapaċi nifhem lekċer jew taħdita fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom, ladarba l-preżentazzjoni hija waħda ċara.



L-Aspett tas-Suġġett: ​It-Taħdit

1] Jien kapaċi ninteraġixxi b’livell profiċjenti u spontanju ma’ kelliema nattivi.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
2] Jien kapaċi nieħu sehem b’mod attiv f’diskussjonijiet dwar kuntesti li jiena midħla tagħhom waqt li nsaħħaħ l-opinjonijiet u l-argumenti tiegħi.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Jien kapaċi nagħti deskrizzjonijiet ċari u dettaljati fuq numru ta’ suġġetti varji li jien midħla tagħhom.
4] Jien kapaċi nispjega l-fehma tiegħi fuq suġġett jaħraq billi nagħti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT




Agħti r-rispons tiegħek hawn