Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza Bażika > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: L-istudenti jistgħu juru kif waslu għar-riżultati b'modi differenti, bħal pereżempju billi jitkellmu fuq is-suġġett, iwieġbu l-mistoqsijiet bil-fomm, ipinġu dijagrammi relevanti, juru li fehmu permezz ta' role play, joħolqu preżentazzjoni, jew b'xi metodu ieħor jew taħlita ta' metodi adattati; it-termini "niddeskrivi" jew "nispjega" fl-eżiti mhux neċessarjament jeħtieġu deskrizzjoni jew spjegazzjoni bil-miktub. 

L-Aspett tas-Suġġett: X'inhu xogħol ix-xjentisti?

It-termini 'Xjenza' u 'Ix-Xjenza Bażika' jirreferu għall-istess suġġett li jibda mill-5 Livell u jkompli sejjer sal-10 Livell. 
1] Kapaċi nifformula mistoqsijiet sempliċi xjentifiċi li nista' ninvestiga fil-prattika.
2] Kapaċi ninvestiga suġġett xjentifiku minn xi ktieb jew riżorsa pprovduta. 
 IL-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi nuża l-għarfien xjentifiku biex inbassar ir-riżultat ta' xi esperiment u nagħti spjegazzjoni possibbli. 
4] Kapaċi nidentifika l-varjabbli f'investigazzjoni partikolari u nagħmilha bl-inqas gwida possibbli mill-għalliem/a. 
5] Kapaċi noħloq tabella tar-riżultati u nużaha biex nippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħi. 
6] Kapaċi nikteb rapport xjentifiku sempliċi fuq l-esperiment tiegħi. 
7] Kapaċi niftakar u nsegwi r-regoli importanti tas-sigurtà fil-laboratorju. 
8] Kapaċi nidentifika r-relazzjonijiet bejn żewġ karatteristiċi mkejla f'investigazzjoni.
9] Kapaċi niddiskuti u nagħti spjegazzjonijiet xjentifiċi ta' fenomeni jew sitwazzjonijiet komuni.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
10] Kapaċi nibni mudelli sempliċi biex nispjega l-ideat astratti. 
11] Kapaċi niddiskuti esperiment mal-grupp tiegħi.
12] Kapaċi nsemmi xi xjentisti, inkluż dawk kontemporanji u lokali, u niddeskrivi x-xogħol tagħhom. 
13] Kapaċi norbot il-fenomeni naturali jew dawk magħmulin mill-bniedem mal-fergħat relevanti tax-xjenza. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
14] Kapaċi niddiskuti kif l-istudju ta' fergħat differenti tax-xjenza jista' jwassal għal impjiegi speċifiċi.
15] Kapaċi nagħżel it-tagħmir li hemm bżonn għal xi esperiment. 
16] Kapaċi nagħżel l-istrumenti tal-kejl adattati biex inkejjel b'mod preċiż il-varjetà ta' kwantitajiet. 
PRATTIKA
17] Kapaċi nixgħel il-Bunsen burner bla periklu.
18] Kapaċi naħdem fuq investigazzjoni xjentifika f'tim jekk nassumi designated role.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
19] Kapaċi ninterpreta s-simboli tal-periklu fuq il-kimiċi u nissuġġerixxi l-proċeduri ta' sigurtà. 



L-Aspett tas-Suġġett: Kif nibqgħu ħajjin?

1] Kapaċi nuża tabella biex nidentifika u nikklassifika l-annimali. 
2] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tal-organiżmi ħajjin u dawk mhux ħajjin. 
3] Kapaċi nsemmi u nagħti eżempji ta' xi gruppi tal-invertebrati.
4] Kapaċi nuża eżempji biex nispjega x'jiġifieri meta tikklassifika l-annimali bħala konsumaturi (consumers) u l-pjanti bħala produtturi (producers).
 
5] Kapaċi nibni katina tal-ikel.
6] Kapaċi ninterpreta Food Web.
7] Kapaċi niddeskrivi kif flowering plant jirnexxilha tipproduċi.
8] Kapaċi nuża tabella biex nidentifika u nikklassifika varjetà ta' pjanti li jikbru lokalment.
9] Kapaċi niddeskrivi, inpinġi, u nimmarka (label) ċ-ċelloli tipiċi tal-annimali u l-pjanti.  
10] Kapaċi nuża mikroskopju biex niddinstingwi bejn iċ-ċelloli tal-pjanti u tal-annimali. 
11] Kapaċi nsemmi u niddeskrivi l-funzjoni tal-organi umani ewlenin.
12] Kapaċi niddeskrivi kif isseħħ ir-riproduzzjoni fil-mammiferi.
13] Kapaċi nimmarka (label) id-dijagramma tas-sistemi riproduttivi tal-irġiel u tan-nisa, u nispjega kif l-isperma tiffertilizza l-bajda tal-mara. 
14] Kapaċi niddeskrivi kif l-annimali jipproduċu l-enerġija tagħhom.
15] Kapaċi niddiskuti varjetà ta' problemi ambjentali lokali, nazzjonali, u globali.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: Kif inżommu ruħna f'kundizzjoni tajba u b'saħħitna? ​

1] Kapaċi niżviluppa pjanijiet tal-ikel għall-persuni bi bżonnijiet ta' dieta differenti. 
2] Kapaċi nimmarka dijagramma biex nuri kif il-qalb tippompja d-demm madwar il-ġisem.
3] Kapaċi napplika l-fehim tiegħi dwar dieta bilanċjata biex nissuġġerixxi titjib għall-ikel li niekol. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nispjega kif l-isport u l-eżerċizzju jistgħu jtejbu s-saħħa b'mod ġenerali.
5] Kapaċi niddistingwi bejn il-mikrobi li jagħmlu l-ħsara u bejn oħrajn li huma bżonjużi għall-ġisem tal-bniedem. 
6] Kapaċi nispjega kif il-ġisem jiġġieled il-mard.
7] Kapaċi niddiskuti l-importanza tat-tilqim biex jipprevjeni l-mard milli jinfirex.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
8] Kapaċi nispjega għaliex huwa importanti li jkunu konservati l-abitati naturali.
9] Kapaċi niddeskrivi kif id-dekompożizzjoni tħalli kimiċi fil-ħamrija għall-użu ta' organiżmi oħrajn.



L-Aspett tas-Suġġett: ​Kif is-sensi tagħna jgħinuna niksbu l-informazzjoni?

1] Kapaċi ninvestiga kif annimali partikolari, bħall-friefet il-lejl jiddependu fuq wieħed mis-sensi tagħhom aktar milli fuq il-bqija.
2] Kapaċi nimmarka l-partijiet ewlenin tal-widna.
3] Kapaċi nsir naf dwar l-importanza tal-ħsejjes f'ħajjitna u fil-ħajja ta' xi annimali.
4] Kapaċi nuri li l-ħoss jivvjaġġa fid-direzzjonijiet kollha u li jġiegħel il-materjal li jgħaddi minnu jivvibra. 
PRATTIKA
5] Kapaċi ninterpreta l-informazzjoni dwar il-livelli deċibel.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nevalwa l-effetti negattivi tat-tniġġis akustiku u l-ħtieġa tal-protezzjoni tal-widna.
7] Kapaċi ninvestiga x'jiġri meta d-dawl jolqot materjali differenti.
 PRATTIKA
8] Kapaċi nuri kif id-dawl jista' jitgħawweġ meta jgħaddi minn medium għall-ieħor.
9] Kapaċi nimmarka l-partijiet ewlenin tal-għajn fuq dijagramma, u nispjega l-funzjonijiet tagħhom.
10] Kapaċi ninvestiga jekk xi annimali għandhomx is-sens tax-xamm aħjar minn tal-bnedmin.
11] Kapaċi nagħti eżempji ta' kif is-sensi tax-xamm u tat-togħma jistgħu jipproteġuna mill-perikli.



L-Aspett tas-Suġġett: X'inhi l-enerġija?

1] Kapaċi nispjega u niddeskrivi kif l-enerġija tgħaddi minn food chain.
2] Kapaċi niddeskrivi kif il-pjanti jipproduċu l-ikel permezz tal-fotosinteżi fil-weraq tagħhom.
3] Kapaċi ninvestiga kif jitkejjel il-valur tal-enerġija f'ikel differenti. 
4] Kapaċi nqabbel il-valuri tal-enerġija f'ikel differenti mit-tikketti u nirrelatahom għall-ħtiġijiet tal-ġisem skont l-attività u l-istil tal-ħajja.
 NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi nispjega kif kienu fformati l-karburanti fossili.
6] Kapaċi ninvestiga l-karatteristiċi li jistgħu jagħmlu binja aktar effiċjenti fl-enerġija. 
7] Kapaċi nikklassifika r-riżorsi bħala definiti jew rinovabbli.
8] Kapaċi nibni ċirkwiti serje u paralleli bażiċi, u npinġi d-dijagrammi taċ-ċirkwiti.
9] Kapaċi ninvestiga liema materjali jgħaddi l-elettriku minnhom u liema ma jgħaddix. 
 PRATTIKA
10] Kapaċi niddeskrivi l-iskop ta' ċellola elettrika. 
11] Kapaċi nispjega b'mod sempliċi kif power station li taħdem bil-faħam, biż-żejt jew bil-gass tipproduċi l-elettriku.
12] Kapaċi nidentifika modi alternattivi ta' kif jista' jiġi prodott l-elettriku.
13] Kapaċi napplika l-fehim tiegħi tad-differenza bejn l-elettriku b'vultaġġ għoli u baxx biex niddeskrivi l-użu sikur tagħhom it-tnejn.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
14] Kapaċi nuża d-dijagrammi biex nuri kif l-enerġija tiġi trasferita u trasformata f'sitwazzjonijiet differenti.
15] Kapaċi nidentifika l-forma tal-input tal-enerġija u l-output utli u nonutli f'xi apparati komuni fid-dar. 



L-Aspett tas-Suġġett: Minn xiex huma magħmulin l-affarijiet?

1] Kapaċi niddeskrivi u nuri kif jaġixxu l-partiċelli fil-materjali solidi, fil-likwidi, u fil-gassijiet.
2] Kapaċi niddiskuti l-importanza tal-evaporazzjoni u l-kondensazzjoni fiċ-ċiklu tal-ilma.
3] Kapaċi nispjega d-differenza bejn il-mass u l-volum.
4] Kapaċi ninvestiga xi karatteristiċi fiżiċi speċifiċi, bħas-saħħa, l-ebusija, l-insulazzjoni termali u l-manjetiżmu ta' tipi differenti ta' materjali. 
5] Kapaċi niddiskuti u nuri kif il-karatteristiċi ta' ċerti materjali jinbidlu meta ttrattati b'ċerti modi, inkluż bit-tisħin (heating) u bl-iffriżar (freezing). 
6] Kapaċi ninvestiga l-fatturi li jaffettwaw il-ħin li jittieħed biex xi ħaġa tinħall.
7] Kapaċi nidentifika l-eżempji tat-taħlitiet li jintużaw fil-ħajja ta' kuljum.
8] Kapaċi nissepara t-taħlitiet billi nsaffihom, niffiltrahom, u permezz tad-distillazjoni, b'kalamita jew bl-evaporazzjoni. 
9] Kapaċi nġiegħel xi materjali jirreaġixxu mal-arja billi nsaħħanhom. 
10] Kapaċi nuri li l-materjali fformati f'reazzjoni għandhom karatteristiċi differenti mill-materjali oriġinali.
11] Kapaċi nuża l-indikaturi biex nikklassifika xi kimiċi komuni fil-laboratorju bħall-aċidi u l-alkali.
12] Kapaċi nsemmi xi elementi komuni u nsir naf dwar is-simboli kimiċi.
13] Kapaċi nispjega li l-compounds huma kimiċi magħmulin minn żewġ elementi jew aktar magħqudin flimkien.
14] Kapaċi nuża t-tabella perjodika biex niddeċiedi jekk sustanza partikolari hijiex element jew compound



L-Aspett tas-Suġġett: Kif id-dinja ssostni l-ħajja?

1] Kapaċi niddeskrivi eżempji ta' kif id-diżastri naturali jew l-azzjonijiet umani jistgħu jtellfu l-bilanċ fl-ambjent.
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi ninvestiga kif l-abitati f'Malta nbidlu minn żmien għal żmien, u kif l-annimali li kienu jgħixu Malta jeżistu biss bħala fossili.  
3] Kapaċi nippreżenta informazzjoni fuq l-importanza tal-konservazzjoni tal-abitati u l-ispeċi f'Malta u fid-dinja.
IL-KOMUNIKAZZJONI
4] Kapaċi nagħmel biċċiet ta' xogħol sempliċi waqt attività tal-fieldwork.
5] Kapaċi nsir naf dwar l-importanza tal-organiżmi fil-ħamrija u l-irwol tagħhom fil-formazzjoni u l-ambjent tal-ħamrija. 
6] Kapaċi niddokumenta u nidentifika varjetà ta' pjanti fiż-żona lokali tiegħi.
7] Kapaċi nidentifika xi speċi indiġeni u endemiċi.
 
8] Kapaċi ninvestiga t-tipi ta' negozji agrikoli li jseħħu f'Malta u l-importanza tagħhom. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
9] Kapaċi nuri li l-ilma baħar fih tipi differenti ta' melħ jew kimiċi oħrajn li jinħallu. 
10] Kapaċi niddeskrivi l-produzzjoni lokali tal-ilma tajjeb għax-xorb. 
11] Kapaċi nispjega kif iż-żieda tad-dijossidu tal-karbonju fl-atmosfera qed jikkawża t-tibdil fil-klima bħala riżultat tal-effett serra (greenhouse effect).
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
12] Kapaċi nispjega kif jinbidlu l-abitati differenti skont l-istaġun, u kif it-tali bidliet jaffettwaw lill-pjanti u lill-annimali.
13] Kapaċi niġbor id-data mill-kejl tat-temperatura, mill-veloċità u mid-direzzjoni tar-riħ, kif ukoll mix-xita. 
PRATTIKA



L-Aspett tas-Suġġett: Kif jiċċaqalqu l-affarijiet?

1] Kapaċi nuri li aktar kemm tkun kbira l-forza, akbar ikun l-effett fuq il-veloċità jew il-forma tal-oġġett.
2] Kapaċi niddiskuti kif it-teoriji xjentifiċi jiżviluppaw u jinbidlu biż-żmien.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nuri li xi oġġetti jżommu fil-wiċċ fl-ilma u oħrajn iżommu fl-arja u nispjega għaliex dawn l-oġġetti jżommu fil-wiċċ.
4] Kapaċi niddeskrivi ftit mill-benefiċċji u mill-problemi kkawżati mill-frizzjoni (friction).
5] Kapaċi nagħti eżempji ta' sport fejn l-aċċellerazzjoni hija importanti. 
6] Kapaċi npinġi dijagrammi sempliċi biex nuri l-forzi.
7] Kapaċi ninvestiga kif id-drappijiet huma adattati għal skopijiet differenti.
8] Kapaċi niddeskrivi kif jaħdmu l-ġogi fl-iġsma tagħna. Kapaċi nirriċerka fuq kif nistgħu nżommu l-għadam u l-ġogi b'saħħithom.
9] Kapaċi ninvestiga l-funzjoni protettiva tas-safety gear.
PRATTIKA



L-Aspett tas-Suġġett: X'hemm fl-ispazju?

1] Kapaċi nosserva u niddokumenta l-fażijiet tal-qamar.
 PRATTIKA
2] Kapaċi niddeskrivi l-moviment tal-qamar madwar id-dinja.
3] Kapaċi niddeskrivi u nuri x'jiġri meta jkun hemm eklissi solari jew lunari.
4] Kapaċi nispjega għaliex il-qamar jidher bħal donnu jibdel il-forma tiegħu matul il-fażijiet tal-qamar. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi niddeskrivi l-post tas-sistema solari tagħna fil-kuntest tal-galassja tagħna. 
6] Kapaċi nsir naf dwar l-iskopijiet tas-satelliti artifiċjali fl-orbità madwar id-dinja. 
7] Kapaċi ninvestiga għaliex l-oġġetti u l-astronawti jidhru bħal donnhom m'għandhomx piż fl-ispazju.  



L-Aspett tas-Suġġett: X'inhu x-xogħol tax-xjentisti forensiċi?

1] Kapaċi naħdem ma' grupp biex nippreżenta storja dwar il-post tar-reat. 
2] Kapaċi nagħmel in-noti dwar l-evidenza osservata fuq il-post tar-reat.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
3] Kapaċi niġbor evidenza mill-marki tas-swaba'.
4] Kapaċi nuża t-tekniki tat-tqabbil (matching techniques) biex nidentifika s-suspettati.
5] Kapaċi nidentifika t-tipi differenti ta' snien u nispjega kif il-forma hija relatata mal-funzjoni. Kapaċi nqabbel kampjuni tas-snien u tax-xagħar, u nispjega t-tip ta' evidenza li dawn jistgħu jipprovdu.
6] Kapaċi nuża l-kromatografija biexvnidentifika kuluri u sfumaturi li jaqblu. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn