Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

L-Etika > LEVEL 5





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about, and from, my own experience of the world and from the beliefs, practices and traditions of others.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nitgħallem dwar l-Esperjenza tad-Dinja mill-Esperjenza Tiegħi Nnifsi u mit-Twemmin, il-Prattiċi u t-Tradizzjonijiet tal-Oħrajn.

1] Kapaċi nirrelata mal-esperjenzi tat-tfal fl-iskola tiegħi, li mhumiex fil-klassi tiegħi, nippromwovi l-idea tal-iskola bħala komunità morali, nieħu ħsieb tal-oħrajn, anke lil dawk il-membri li huma stranġieri.
2] Kapaċi nagħmel lista tal-kwalitajiet li jagħmlu ġar/a tajjeb/tajba.
IL-KITBA
3] Kapaċi niddefenixxi t-termini 'ħbieb', 'konoxxenzi' (jiġifieri, nies li naf) u 'stranġieri'.
4] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni dwar it-trattament tal-ħlejjaq animati, partikolarment il-bnedmin u l-annimali.
NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life, and can co-exist harmoniously in societies such as the Maltese society, where moral and cultural difference is respected and valued.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Kulturi Reliġjużi u Sekulari u Sistemi ta' Twemmin 

1] Kapaċi nitkellem fuq l-importanza ta' prinċipji morali li jiggwidaw lil ħajti. 
2] Kapaċi nitkellem fuq kif jimpurtani milI-oħrajn bħala kawża ta' azzjoni morali.
3] Kapaċi niddefinixxi l-kuraġġ morali bħala tħeġġiġ biex nagħmel dak li hu tajjeb f'ċirkustanzi diffiċli.
4] Kapaċi nitkellem fuq id-dgħufija morali bħala forma ta' egoiżmu u għama morali.
5] Kapaċi nitkellem fuq il-ħarsien tal-verità u l-ġustizzja bħala motiv għal azzjoni morali. 
6] Kapaċi niddistingwi bejn l-atti impulsivi u riflettivi, u nagħti eżempji tat-tnejn. 
7] Kapaċi niddefinixxi "att ta' virtù" bħala att li jevita l-estremi li aktarx ikunu ta' ħsara, u "karattru ta' virtù" bħala karattru li jxaqleb għall-moderazzjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of a human community, and the diverse ways it expresses itself in, and to see this as a source of richness.​

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Komunità Umana

1] Kapaċi nargumenta li relazzjonijiet umani b'saħħithom jeħtieġu l-fiduċja fost in-nies li jgħixu flimkien f'komunità. 
2] Kapaċi nitkellem fuq l-inħawi ta' fejn noqgħod bħala spazju ġeografiku u soċjali, u l-implikazzjonijiet li tgħix fihom, bħall-obbligi tiegħi lejn il-ġirien tiegħi. 
3] Kapaċi niddiskuti 'ħbieb', 'lil min naf ftit' u 'nies li ma nafx' bħala relazzjonijiet marbutin mal-inħawi fejn noqgħod.
4] Kapaċi nispjega xi tfisser li  persuna ma jkun jafha ħadd. Kapaċi nispjega li persuna għandha wkoll tieħu ħsieb lil min ma tafx għax dawn huma persuni wkoll.  
5] Kapaċi niddeskrivi l-inħawi  ta' fejn noqgħod bħala komunità li fiha n-nies jaqsmu xi ħaġa komuni, u għandhom l-obbligu li jirrispettaw u jħarsu dak li hu tal-individwu u dak li hu komuni għal kulħadd, e.ż. il-ħarsien tal-ispazji pubbliċi bħall-iskejjel u l-ġonna.
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with others, with the natural environment (animal and material), and, if I am a believer, with an Ultimate reality.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Inħaddnu Sens Pożittiv Tagħna Nfusna

1] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni fuq il-forom differenti tad-dritt tal-pussess, speċifikament, sa meta nista' ngħid li xi ħaġa hi "tiegħi" jew "tagħna".
2] Kapaċi niddistingwi bejn kif għandi nittratta oġġetti bħall-ġugarelli, u kif għandi nittratta ħlejqiet bħall-annimali domestiċi u annimali oħra. 
NITGĦALLEM KIF
3] Flimkien mal-oħrajn, nista' nieħu ħsieb l-ambjent naturali bħall-baħar u n-natura, li hu tagħna lkoll. 
NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nuri li jimpurtani mit-tfal tal-klassi u tal-bqija tal-iskola, anke jekk ma nafhomx. 
5] Nista' nqis id-dinja bħala spazju maqsum bejnietna lkoll, li hi ta' kulħadd u li kollha kemm aħna għandna l-obbligu li nħarsuha.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nagħraf l-importanza tal-ambjent naturali, inkluża l-arja li nieħdu n-nifs minnha u l-atmosfera b'mod ġenerali.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
7] Kapaċi nieħu ħsieb l-annimali, mhux biss dawk tad-dar, imma wkoll dawk li jgħixu fl-ambjent ta' madwari, bħall-postijiet pubbliċi u fis-selvaġġ.
NITGĦALLEM KIF
8] Kapaċi niddiskuti suġġetti ta' natura kontroversjali, ngħidu aħna jekk għandhiex issir kaċċa ta' annimali li jgħixu fis-selvaġġ. 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer.

L-Aspett tas-Suġġett: Mistoqsijiet Fundamentali għall-Esperjenza Umana 

1] Kapaċi niddeskrivi l-prinċipju tar-reċiproċità, dak li hu tiegħi u tiegħek, bħala prinċipju ta' ġustizzja.
2] Kapaċi nuri sens b'saħħtu ta' ġustizzja fir-relazzjonijiet tiegħi ma' sħabi. 
3] Kapaċi nagħti eżempji ta' sitwazzjonijiet ta' żvantagg jew ta' preferenza u niddiskutihom bħala kwistjonijiet ta' ġustizzja soċjali.
4] Kapaċi niddistingwi bejn ġustizzja f'każ ta' trattament mogħti lin-nies skont il-ħtiġijiet tagħhom, u ġustizzja bħala trattament ugwali tal-persuni. 
5] Kapaċi niddiskuti r-relazzjoni ta' bejn "il-fiduċja" u "ir-rispett".
6] Kapaċi napplika għal ħajti dak li tgħallimt fuq l-onestà u l-verità, speċjalment fir-relazzjonijiet tiegħi ma' sħabi.  
TAGĦLIM KONJITTIV
7] Kapaċi niddiskuti l-idea ta' tpattija u l-kunċett tal-maħfra.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Lingwa Morali Kontemporanja u l-Kunċetti u l-Metafori Ċentrali tagħha​

1] Kapaċi niddefinixxi l-kelmiet "dritt" u "dmir", f'termini tad-dritt tar-rispett għall-propjetà tal-persuna, u d-dmir għar-rispett tal-propjetà ta' persuni oħra. 
2] Kapaċi niddiskuti x'inhuma l-obbligi tiegħi lejn l-affarijiet li huma komuni għall-bnedmin, bħall-ġirien.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi niddiskuti x'inhuma l-obbligi tiegħi lejn l-ambjent u ħlejqiet oħra.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
4] Kapaċi nuri l-valuri tal-onestà, il-fiduċja u r-rispett fir-relazzjoni tiegħi ma' sħabi. 
5] Kapaċi niddiskuti l-importanza tal-valuri f'ħajjitna u fil-komunità li ngħixu fiha. 
6] Kapaċi nargumenta li l-annimali għandhom id-dritt li ma jkunux ittrattati bħala oġġetti. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to reflect on that language critically but with due respect for those with different beliefs and a different moral outlook

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett Lejn l-Oħrajn

1] Kapaċi nispjega għaliex hemm bżonn ta' definizzjoni konsistenti tal-kunċetti li nużaw, fl-interess li jkollna diskussjoni li tagħmel sens. Hu importanti li tkun stabbilita, ngħidu aħna, xi tkun qed tfisser persuna bit-termini 'dritt', 'libertà', 'obbligu' eċċ., u kif, pereżempju, id-dritt tiegħek għal xi ħaġa hu differenti minn meta tkun trid jew tixtieq xi ħaġa.
2] Kapaċi nuri kif proċess ta' ħsieb u diskussjoni jista' jwassal għal dawn id-definizzjonijiet konsistentiImportanti li jkun hemm komunikazzjoni mal-oħrajn, billi ssaqsihom xi jfissru b'ċerti kunċetti bħal 'dritt', 'libertà', 'obbligu', eċċ. 
3] Kapaċi nuża l-ħiliet tal-ħsieb meta nipparteċipa f'diskussjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can contribute meaningfully and reflectively to moral debate even on fundamental and contentious questions, duly respecting the right of others to think and argue differently.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Is-Sehem f'Dibattitu Morali

1] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni fuq x'jagħmel persuna stranġiera. 
2] Kapaċi nargumenta favur it-trattament b'rispett ta' persuni oħra li huma stranġieri.
3] Kapaċi niddistingwi bejn dak li hu privat, e.ż. id-dar tiegħi, u dak li hu pubbliku, e.ż. il-klassi tiegħi, l-inħawi fejn noqgħod.
4] Kapaċi niddistingwi bejn relazzjonijiet personali, e.ż. il-ħbieb, u relazzjonijiet ta' rwoli e.ż. għalliem/student. 
5] Kapaċi nagħraf ir-rabta ta' bejn il-ġustizzja u dak li hu sew.
6] Kapaċi npoġġi f'ordni ħtiġijiet differenti skont l-importanza tagħhom. 
7] Kapaċi nitkellem dwar kwistjonijiet ta' mertu u ta' kastig. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kollaborazzjoni mal-Oħrajn fl-Iżvilupp ta' Viżjoni Kollaborattiva u Rikka tal-Ħajja

1] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni dwar l-iskola bħala post b'nies li jgħixu flimkien u li jaqsmu mod ta' ħajja bejniethom.  
Eżempju ta' dan tista' jkun: diskussjoni fuq l-uniformi tal-iskola u kif din turi li aħna parti minn komunità. Id-diskussjoni tista' tesplora wkoll xi tfisser li tkun membru tal-iskola.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
2. Kapaċi nagħmel lista ta' regoli li jippermettu li ssir diskussjoni, e.ż. li ma nitkellmux meta ħaddieħor qed jitkellem, li nagħtu spazju lil ħaddieħor biex jgħid tiegħu, u li nisimgħu lill-oħrajn mingħajr ma ninterrompu.
IL-KITBA
3] Kapaċi naqsam l-affarijiet tiegħi ma' sħabi tal-klassi.
4] Kapaċi nidentifika dak li naqsam ma' ħaddieħor mal-ġirien u ma' dawk li joqogħdu qrib tiegħi. Il-mira hawnhekk għandha tkun l-idea tal-viċinanzi ta' fejn noqgħod bħala spazju ġeografiku u soċjali, u l-implikazzjonijiet li tgħix f'dan l-ispazju f'termini ta' relazzjonijiet, responsabbiltajiet u obbligi. 
5] Kapaċi nagħmel distinzjoni bejn dak li hu privat, jiġifieri li nuża jien, u dak li hu pubbliku, jiġifieri li jintuża minn kulħadd. 
6] Kapaċi nitkellem dwar il-viċinanzi residenzjali tiegħi f'termini ta' komunità ta' ġirien li għandhom l-istess interess soċjali.
7] Kapaċi nagħmel lista ta' affarijiet li bihom inħossni li jien parti mis-soċjetà Maltija, jew tad-dinja aktar wiesgħa. L-istudenti jintalbu jitkellmu u jesprimu ruħhom b'narrattivi u aneddoti mill-esperjenzi tagħhom. L-istudenti li mhumiex Maltin jiġu mħeġġa jitkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom li jgħixu fis-soċjetà Maltija. Jiġu mħeġġa jitkellmu wkoll fuq dwar l-istejjer li għexu fid-djar u fil-pajjiżi nattivi tagħhom. 
IL-KITBA
 
8] Kapaċi nitkellem dwar l-ambjent bħala xi ħaġa li hi maqsuma minn kulħadd, u li kulħadd għandu d-dmir li jħares.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am committed to be fair and just towards myself and others, to live a reflective life subject to my moral and other values, and mindful of my obligations towards others who form my society and community and towards other beings who form the world community, human and non-human (or animal), of which I am also an active and responsible member.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Ġustizzja u l-Imparzjalità

1] Kapaċi nagħti eżempji ta' kif nittrattaw ħażin, jew ma niħdux biżżejjed ħsieb ta' persuni oħra, l-annimali u tal-ambjent.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi nargumenta li l-ħarsien ambjentali hu ħaġa ta' tħassib madwar id-dinja, u li lkoll kemm aħna għandna d-dmir li nħarsuh.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nuri l-imparzjalità fi mġibti ma' sħabi tal-klassi fil-ħajja ta' kuljum fl-iskola.
4] Kapaċi nuri rispett lejn l-oħrajn fl-iskola tiegħi billi nipprattika manjieri tajba mal-membri tal-komunità tal-iskola.
5] Kapaċi nidentifika valuri morali u nipparteċipa f'diskussjoni dwarhom.
6] Kapaċi niddistingwi bejn il-gideb, u li nirrifjuta li ngħid il-verità, u nagħti eżempji.
7] Kapaċi nagħti eżempji ta' sitwazzjonijiet li fihom il-gideb jew li tibqa' lura milli tgħid il-verità lill-oħrajn huma ġustifikati.




Agħti r-rispons tiegħek hawn