Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

L-Etika > LEVEL 6





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about, and from, my own experience of the world and from the beliefs, practices and traditions of others.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nitgħallem dwar l-Esperjenza tad-Dinja mill-Esperjenza Tiegħi Nnifsi u mit-Twemmin, il-Prattiċi u t-Tradizzjonijiet tal-Oħrajn.

1] Kapaċi nagħmel lista ta' affarijiet li ngħożż, u nispjega x'jagħmilhom prezzjużi.
IL-KITBA
2] Kapaċi nitkellem fuq il-kunċett tal-kuxjenza.
3] Kapaċi nagħti eżempji ta' "virtujiet", e.ż. il-lealtà, il-kuraġġ, il-verità u l-onestà. 
4] Kapaċi niddistingwi bejn "fatti" u "valuri" u nagħti eżempji prattiċi tagħhom. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life, and can co-exist harmoniously in societies such as the Maltese society, where moral and cultural difference is respected and valued.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Kulturi Reliġjużi u Sekulari u Sistemi ta' Twemmin 

1] Kapaċi nispjega għaliex hemm regoli differenti ta' mġiba morali għal komunitajiet differenti.
2] Kapaċi nitkellem dwar in-natura tal-fidi u r-raġuni, ir-reliġjon u x-xjenza u r-relazzjoni ta' bejniethom, bil-konklużjoni li kemm in-nies sekulari u kemm ir-reliġjużi jagħtu valur lir-raġuni, imma n-nies reliġjużi jpoġġu r-raġuni taħt l-awtorità tal-fidi tagħhom meta jiġu għal kwistjonijiet morali, u s-sekulari jagħtu valur lir-raġuni u jistqarru li din hi fl-awtorità tagħhom. 
3] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni fuq it-tolleranza u/billi nuża eżempji mill-ħajja ta' kuljum, u nagħmel rabta mas-soċjetajiet pluralisti multikulturali, bħal Malta u l-bqija tal-Ewropa. 
4] Kapaċi nagħmel lista ta' xi valuri komuni li n-nies għandhom kullimkien, bħall-ġustizzja.
IL-KITBA
5] Kapaċi nitkellem fuq il-kultura morali individwalista li tiddefinixxi l-umaniżmu sekulari. Dik il-kultura li titkellem il-lingwa tal-awtonomija, jiġifieri li l-persuna tkun responsabbli għal-liġijiet morali li tagħmel għaliha stess.
6] Kapaċi nispjega li d-differenza ta' bejn perspettivi reliġjużi u sekulari differenti ġiet minn ċirkustanzi storiċi u ġeografiċi.
7] Kapaċi nagħti ħarsa bażika tal-umaniżmu sekulari u tal-istorja u l-evoluzzjoni tiegħu, kif ukoll tat-twemmin, il-valuri u l-perspettivi tal-umaniżmu modern fuq id-dinja u l-ħajja umana. 
8] Kapaċi norbot il-valuri mat-trobbija, jiġifieri l-fatt li l-valuri li huma għal qalbna jiġu mgħoddija lilna u jiddependu mill-post fejn nitwieldu u t-trobbija tagħna.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I am aware of the basic tenets, rituals and narratives of the major belief systems.​

L-Aspett tas-Suġġett: It-Tliet Reliġjonijiet Monoteistiċi ​

1] Għandi għarfien bażiku tat-twemmin ewlieni tat-tliet reliġjonijiet monoteistiċi, il-Kristjaneżmu, l-Iżlam u Ġudaiżmu.
2] Kapaċi nagħmel lista ta' fatturi simili u differenti bejn it-tliet reliġjonijiet monoteistiċi, bħall-fatt li kollha jaffermaw l-eżistenza ta' Alla wieħed, imma jagħtuh ismijiet differenti.
IL-KITBA
3] Kapaċi nispjega li sistemi differenti ta' twemmin jiddependu fuq sorsi differenti ta' awtorità, e.ż. testi sagri, u li d-differenza fil-perspettivi morali ta' kif persuna tħares lejn il-ħajja tiddependi minn liema awtorità tagħraf l-istess persuna.
4] Kapaċi nitkellem fuq in-natura ta' drawwiet, ritwali, qima u talb reliġjuż fi ħdan ir-reliġjonijiet differenti, kif ukoll fuq il-postijiet pubbliċi ta' qima u r-relevanza tagħhom għal reliġjonijiet differenti.
5] Kapaċi nitkellem fuq in-natura tas-sawm, it-talb u l-ispiritwalità fi ħdan ir-reliġjonijiet u bejniethom, u nuri r-relevanza ta' dawn il-prattiċi u l-perspettivi fuq il-ħajja morali u t-twemmin tal-persuna li temmen.
6] Kapaċi nispjega r-relevanza tat-twemmin f'Alla, fil-ħajja ta' wara l-mewt u fid-dnub, biex niddetermina l-imġiba morali jew l-etika tat-tliet reliġjonijiet monoteistiċi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of a human community, and the diverse ways it expresses itself in, and to see this as a source of richness.​

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Komunità Umana

1] Kapaċi niddefinixxi s-"solidarjetà" f'termini ta' fehim u empatija lejn persuni differenti. 
2] Kapaċi nargumenta favur il-valur tad-diversità, għax soċjetà diversa hi ferm aktar rikka minn waħda monolitika, u li soċjetà pluralista teħtieġ mhux biss tolleranza, imma wkoll solidarjetà bejn il-membri. It-tolleranza hi rekwiżit minimu biex ngħixu flimkien.  
3] Kapaċi nargumenta li għalkemm dawk li jemmnu u s-sekularisti jifhmu d-dinja b'mod differenti ħafna minn xulxin, dawn għandhom diversi attitudnijiet u valuri bażiċi li huma l-istess.
4] Kapaċi nitkellem fuq l-attitudni umanista lejn l-umanità, meqjusa bħala komunità waħda morali universali li fiha kulħadd jistħoqqlu l-istess kunsiderazzjoni u rispett. 
5] Kapaċi niddefinixxi "soċjetà pluralista" bħala waħda li tittollera d-differenzi u d-diversità. 
IL-KITBA
6] Kapaċi nagħti eżempji prattiċi ta' pluraliżmu fis-soċjetà Maltija, bħal nies bi twemmin differenti jgħixu flimkien. 
7] Kapaċi nagħmel kuntrast bejn soċjetajiet pluralisti li jittolleraw id-differenza, u soċjetajiet li jitolbu li kulħadd hu mistenni li jkollu l-istess twemmin u valuri, u, għalhekk, ma jittollerawx id-diversità. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with others, with the natural environment (animal and material), and, if I am a believer, with an Ultimate reality.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Inħaddnu Sens Pożittiv Tagħna Nfusna

1] Kapaċi nesplora l-idea ta' xi ħaġa jew ta' xi ħadd li għandu valur, inklużi virtujiet bħall-emozzjonijiet, is-saħħa, il-kuntentizza, il-ġustizzja, is-sbuħija, il-lealtà, il-kuraġġ, il-verità u l-onestà għax dawn jagħtu iżjed valur lil ħajjitna u lill-ħajja tal-oħrajn. 
2] Kapaċi nagħmel distinzjoni bejn valuri intrinsiċi u strumentali. 
3] Kapaċi nagħmel rabta bejn l-idea li jkollok valuri intrinsiċi, etikament, u l-idea li tkun persuna. 
4] Kapaċi nispjega xi nfissru meta ngħidu "intrinsikament tajjeb". 
5] Kapaċi niddistingwi bejn li niġġudika l-persuni u li niġġudika l-azzjonijiet. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer.

L-Aspett tas-Suġġett: Mistoqsijiet Fundamentali għall-Esperjenza Umana 

1] Kapaċi nagħmel rabta bejn li tkun uman u li tkun persuna.
Li tkun persuna tfisser li tkun oġġett ta' valur morali, u għalhekk il-persuna jistħoqqilha rispett.

2] Kapaċi niddefinixxi l-kunċett tar-rieda ħielsa u norbtu mar-responsabbiltà morali. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Lingwa Morali Kontemporanja u l-Kunċetti u l-Metafori Ċentrali tagħha​

1] Kapaċi niddefinixxi l-"virtujiet" bħala kwalitajiet ta' karattru, u nagħti ftit eżempji ta' virtujiet. 
2] Kapaċi niddefinixxi t-terminu "vizzju" bħala ħaġa ħażina jew ta' ħsara, u nagħti xi eżempji ta' vizzji. 
3] Kapaċi niddistingwi bejn valuri intrinsiċi u valuri strumentali billi nagħti eżempji prattiċi tat-tnejn li huma.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to reflect on that language critically but with due respect for those with different beliefs and a different moral outlook

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett Lejn l-Oħrajn

1] Kapaċi nispjega li l-modi differenti, individwali u morali ta' kif inħarsu lejn il-ħajja huma r-riżultat ta' avvenimenti storiċi u tal-pożizzjoni ġeografika tagħna. Komunitajiet differenti jagħtu tifsiriet differenti lil valuri bħalma huma l-ġustizzja, il-verità, il-kuraġġ, l-imparzjalità, is-solidarjetà eċċ. Reliġjonijiet differenti bħall-Iżlam, il-Kristjaneżmu, il-Buddiżmu, il-Ħinduiżmu, ix-Xintù eċċ. storikament żviluppaw f'reġjuni differenti tad-dinja. Issir referenza għall-umaniżmu sekulari fid-dinja tal-Punent.   
2] Kapaċi nqis il-fehmiet ta' nies oħra meta naħseb fuq kwistjoni.  
IL-BIDLA SOĊJALI
3] Kapaċi nitkellem fuq it-tifsira u l-valur tat-tolleranza f'soċjetajiet pluralisti. Issir referenza għad-definizzjoni tal-pluralità bħala l-għarfien tad-dritt ta' persuna li tkun differenti u li tgħix differenti. 
4] Kapaċi nieħu sehem f'diskussjoni li tirrispetta lill-oħrajn, bi twemmin differenti minn tiegħi.
IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can contribute meaningfully and reflectively to moral debate even on fundamental and contentious questions, duly respecting the right of others to think and argue differently.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Is-Sehem f'Dibattitu Morali

1] Kapaċi nitkellem fuq il-modi differenti li l-umanisti u dawk li għandhom twemmin reliġjuż iħarsu lejn ix-xjenza, jiġifieri kemm l-umanisti u kemm dawk bi twemmin reliġjuż jagħtu valur u jużaw ir-raġuni b'mod differenti
2] Kapaċi nipparteċipa f'dibatittu dwar "ir-rieda ħielsa". 
3] Kapaċi nispjega li aħna ngħixu f'soċjetà pluralista, billi nuża eżempji, bħal li ngħix fi skola multikulturali, multietnika, bi twemmin differenti, multinazzjonali eċċ. u li tagħti valur ugwali lil kulħadd. 
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am willing to give the other voice provided that that voice is not the voice of gratuitous insensitivity and irrational hate aimed against others, to seek compromise instead of confrontation where possible, and to respect disagreement where this is the case.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nagħtu Leħen lill-Oħrajn 

1] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni dwar il-valur tal-oħrajn, u kapaċi nispjega li ma nistax ninnega l-valuri ta' ħaddieħor - Nista' biss ma nappprovax jew ma naqbilx magħhom. 
IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi nagħti eżempji ta' valuri li ma napprovax jew ma naqbilx magħhom.
3] Kapaċi nispjega li l-eżistenza paċifika u koperattiva, fi kwalunkwe soċjetà, teħtieġ il-ħila li naċċettaw u ngħixu bin-nuqqas ta' qbil u d-diżapprovazzjoni.
4] Kapaċi nieħu sehem f'diskussjoni fuq it-tolleranza, u nargumenta li din tfisser li naċċetta d-diversità - ma tfissirx qbil.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
5] Kapaċi niddibatti fuq x'għandhom ikunu l-limiti tat-tolleranza, u dawk il-fatturi li l-ebda soċjetà m'għandha tittollera. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
6] Kapaċi norbot it-tolleranza mad-dispożizzjoni personali li jkollok moħħok miftuħ. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kollaborazzjoni mal-Oħrajn fl-Iżvilupp ta' Viżjoni Kollaborattiva u Rikka tal-Ħajja

1] Kapaċi nipparteċipa f'diskussjoni dwar l-isfida li ngħixu flimkien fil-paċi u f'koperazzjoni, f'dinja mimlija b'nies divesi, u nissuġġerixxi modi ta' kif dan jista' jsir. Pereżempju, iffoka fuq il-ħiliet tal-istudenti biex jgħixu anke f'nuqqas ta' qbil, li jipperswadu lill-oħrajn aktar milli jisfurzaw lill-oħrajn biex jaqblu magħhom akkost ta' kollox. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi nisma' l-opinjonijiet ta' studenti oħra, anke jekk huma differenti minn tiegħi.  
Nota: Għalkemm id-diskussjoni titlob li jkun hemm mistoqsijiet u kritika għall- fehmiet tal-oħrajn, din m'għandhiex tiżviluppa f'polemika li tiġri meta persuna tkun trid issostni 
biss il-punt tagħha u għalhekk
ma tħallix lil ħaddieħor jitkellem u tinjora għalkollox dak li għandhom x'jgħidu. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi niddefinixxi t-terminu "soċjetà tolleranti" bħala soċjetà li taċċetta d-differenza, l-aktar dik soċjali, kulturali, morali u d-diversità politika.  
Pereżempju jekk l-iskejjel għandhomx ikunu pluralisti, jiġifieri inklużivi u demokratiċi, jew integrali, jiġifieri omoġeni, li fihom it-tfal kollha jħaddnu l-istess twemmin u valuri. 
4. Kapaċi nagħmel lista ta' dak li l-bnedmin jaqsmu ma' bnedmin oħra. 
5. Kapaċi nagħti eżempji mill-istorja dwar kif il-vjolenza ntużat biex tisforza lil nies oħra jbiddlu t-twemmin u l-konvinzjonijiet tagħhom u nargumenta għaliex dan hu moralment ħazin. (Pereżempju l-gwerer bejn il-Musulmani u l-Kristjani, bejn il-Kristjani u l-Kristjani, bejn il-Musulmani u l-Musulmani, u eżempji oħra mill-istorja u mid-dinja kurrenti). 
6. Kapaċi nuża l-ħila tal-persważjoni biex nibni argument meta niddiskuti kwistjonijiet fil-klassi. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn