Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

L-Etika > LEVEL 9





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about, and from, my own experience of the world and from the beliefs, practices and traditions of others.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nitgħallem dwar l-Esperjenza tad-Dinja mill-Esperjenza Tiegħi Nnifsi u mit-Twemmin, il-Prattiċi u t-Tradizzjonijiet tal-Oħrajn.

1] Kapaċi nqabbel u nirrifletti fuq valuri differenti bħall-valur tal-ħajja. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life, and can co-exist harmoniously in societies such as the Maltese society, where moral and cultural difference is respected and valued.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Kulturi Reliġjużi u Sekulari u Sistemi ta' Twemmin 

1] Kapaċi nispjega li d-differenza morali hi frott ta' differenzi kulturali u reliġjużi.
2] Kapaċi nartikola l-interpretazzjonijiet differenti tal-qdusija ta' duttrina tal-ħajja.
IL-KITBA
3] Kapaċi niddiskuti l-pożizzjonijiet, favur u kontra l-qdusija tad-duttrina tal-ħajja, u nagħmel dan fid-dawl tal-kwistjonijiet marbuta mal-ħajja u l-mewt. 
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I am aware of the basic tenets, rituals and narratives of the major belief systems.​

L-Aspett tas-Suġġett: It-Tliet Reliġjonijiet Monoteistiċi ​

1] Kapaċi niddiskuti kif it-tliet reliġjonijiet monoteistiċi jittrattaw kwistjonijiet marbuta mal-ħajja u l-mewt.  



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of a human community, and the diverse ways it expresses itself in, and to see this as a source of richness.​

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Komunità Umana

1] Kapaċi nispjega kif l-għarfien tad-dinjità tal-persuni jikkontribwixxi għal relazzjonijiet fil-komunità li huma mibnija fuq ir-rispett.  
2] Kapaċi nassessja kif inhuma ttrattati d-differenzi tal-ġeneru fis-soċjetà Maltija.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with others, with the natural environment (animal and material), and, if I am a believer, with an Ultimate reality.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Inħaddnu Sens Pożittiv Tagħna Nfusna

1] Kapaċi neżamina dak li jagħmel il-ħajja prezzjuża.
2] Kapaċi nargumenta fuq id-dritt għall-ħajja umana u ta' dawk li mhumiex umani.
3] Kapaċi nesplora aktar fil-fond id-distinzjoni ta' bejn il-valur intrinsiku u l-valur strumentali. 
4] Kapaċi nevalwa l-argumenti favur u kontra l-piena kapitali. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer.

L-Aspett tas-Suġġett: Mistoqsijiet Fundamentali għall-Esperjenza Umana 

1] Kapaċi niddiskuti fuq jekk li tiddefendi lilek innifsek hix moralment ġusta.
2] Kapaċi nibni argument fuq jekk in-numri jgħoddux f'sitwazzjonijiet ta' ħajja jew mewt. 
3] Kapaċi nesplora l-istqarrija fuq 'id-dritt għall-mewt', b'referenza għal atti ta' suwiċidju, kemm suwiċidju personali kif ukoll suwiċidju assistit. 
4] Kapaċi nargumenta fuq l-idea jekk il-mewt għandhiex ukoll valur. 
5] Kapaċi niddiskuti jekk in-nies humiex ħielsa jiddeċiedu dwar il-ħajja u l-mewt tagħhom, u tal-oħrajn. 
6] Kapaċi nesplora l-mistoqsija tal-vjolenza u l-paċifiżmu, u l-pożizzjonijiet differenti li jittieħdu dwar l-użu tagħhom. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Lingwa Morali Kontemporanja u l-Kunċetti u l-Metafori Ċentrali tagħha​

1] Kapaċi nagħraf, nirrifletti, u niddiskuti fuq il-kunċett tad-dritt għall-ħajja. 
2] Kapaċi nesplora kwistjonijiet morali li jikkonċernaw il-prevenzjoni jew it-tmiem tal-ħajja, l-aktar il-kontraċezzjoni, l-abort u l-ewtanasja. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to reflect on that language critically but with due respect for those with different beliefs and a different moral outlook

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett Lejn l-Oħrajn

1]  Kapaċi nevalwa diskussjoni, ngħidu aħna diskussjonijiet fuq il-valur tal-ħajja, jew fuq il-mewt. 
2] Kapaċi neżamina d-dritt ta' persuna li tiddefendi ruħha. Relatat ma' dan, hi relevanti ħafna diskussjoni bażika fuq l-użu tal-vjolenza, b'distinzjoni bejn l-użu aggressiv tal-vjolenza u l-użu tal-vjolenza biex dak li jkun jiddefendi ruħu. Jistgħu jkunu kkunsidrati pożizzjonijiet differenti (paċifisti, realisti u moderati). Hawnhekk tista' titqajjem ukoll il-kwistjoni tal-ibbuljar bħala eżempju ta' vjolenza mhux provokata, mentali jew fiżika li ma tistax tkun tollerata. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can contribute meaningfully and reflectively to moral debate even on fundamental and contentious questions, duly respecting the right of others to think and argue differently.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Is-Sehem f'Dibattitu Morali

1] Kapaċi nevalwa u nirrifletti fuq kwistjonijiet morali ġenerali tal-valur tal-ħajja permezz tal-kitba e.ż. inżomm ġurnal.
Każ partikolari ta' studju li jista' jkun utli għar-riflessjoni fuq il-valur tal-ħajja hu l-każ tat-tewmin Għawdxin. 
IL-KITBA
2] Kapaċi nikteb l-argument personali tiegħi fuq suġġetti jew kwistjonijiet magħżula.  
Pereżempju, dwar jekk persuna għandhiex id-dritt tiddeċiedi tibqax ħajja jew tmutx, u min għandu dan id-dritt. 
IL-KITBA
3] Kapaċi niddistingwi bejn l-istqarrijiet: "il-ħajja kollha hi sagra", "il-ħajja umana kollha hi sagra" u "il-ħajja umana innoċenti kollha hi sagra." Dawn l-istqarrijiet jistgħu jkunu diskussi b'referenza għal azzjonijiet, ngħidu aħna, meta persuna tiddefendi ruħha, il-piena kapitali, is-suwiċidju assistit, l-abort u l-ewtanasja.
 




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am willing to give the other voice provided that that voice is not the voice of gratuitous insensitivity and irrational hate aimed against others, to seek compromise instead of confrontation where possible, and to respect disagreement where this is the case.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nagħtu Leħen lill-Oħrajn 

1] Kapaċi nargumenta li d-differenza morali ħafna drabi hi r-riżultat ta' differenzi kulturali u reliġjużi u għandha tinftiehem b'dan il-mod għall-iskop ta' tolleranza.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
2] Kapaċi nuri li għandi moħħi miftuħ fid-diskussjonijiet tiegħi fuq kwistjonijiet kontroversjali.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kollaborazzjoni mal-Oħrajn fl-Iżvilupp ta' Viżjoni Kollaborattiva u Rikka tal-Ħajja

1] Kapaċi nagħraf li r-rispett lejn l-oħrajn ifisser li nagħti valur lill-bnedmin fihom infushom u mhux għal dak li nista' nikseb permezz tagħhom.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am committed to be fair and just towards myself and others, to live a reflective life subject to my moral and other values, and mindful of my obligations towards others who form my society and community and towards other beings who form the world community, human and non-human (or animal), of which I am also an active and responsible member.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Ġustizzja u l-Imparzjalità

1] Kapaċi niddiskuti l-prattika tal-piena kapitali.
2] Kapaċi niddistingwi bejn il-pożizzjoni paċifista u l-pożizzjoni xettika reali dwar meta xi ħadd jiddefendi ruħu.
3] Kapaċi nħaddem il-prinċipju tal-proporzjonalità f'każijiet li fihom tintuża l-vjolenza.




Agħti r-rispons tiegħek hawn