Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

L-Etika > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about, and from, my own experience of the world and from the beliefs, practices and traditions of others.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nitgħallem dwar l-Esperjenza tad-Dinja mill-Esperjenza Tiegħi Nnifsi u mit-Twemmin, il-Prattiċi u t-Tradizzjonijiet tal-Oħrajn.

1] Kapaċi niżviluppa ħakma personali tiegħi nnifsi permezz tar-riflessjoni
N.B. il-ħakma personali hi meta persuna jkollha l-kontroll ta' ħajjitha u tal-azzjonijiet li tieħu. Hi xi ħaġa li għandna nimmiraw għaliha; hi meħtieġa biex nevitaw il-ħsara fuqna nfusna u l-ħsara lil ħaddieħor.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV  
2] Kapaċi nassessja ħajti biex insir aktar responsabbli tiegħi nnifsi, b'enfasi fuq l-importanza tar-riflessjoni personali, li ngħix il-ħajja eżaminata u li neżerċita l-ħila tal-ħakma personali bħala element utli ta' responsabbiltà tiegħi nnifsi. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Kapaċi nindika modi li jgħinuni niżviluppa u ntejjeb lili nnifsi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi neżamina d-differenza ta' bejn ħajja mimlija u ħajja vojta, jiġifieri li ngħix ħajja mimlija u kuntenta bil-maqlub ta' ħajja negattiva u vojta. 
5] Kapaċi nagħmel differenza bejn mudelli tajbin u ħżiena u niddiskuti l-influwenza tagħhom f'ħajti, b'enfasi fuq l-importanza li nagħżel mudelli b'mod għaqli u l-perikli li hemm jekk inqishom bħala ikoni ta' qima. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life, and can co-exist harmoniously in societies such as the Maltese society, where moral and cultural difference is respected and valued.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Kulturi Reliġjużi u Sekulari u Sistemi ta' Twemmin 

1] Kapaċi nispjega r-relazzjoni ta' bejn li tkun individwu u membru ta' soċjetà/komunità, u t-tensjoni ta' bejn it-tnejn.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I am aware of the basic tenets, rituals and narratives of the major belief systems.​

L-Aspett tas-Suġġett: It-Tliet Reliġjonijiet Monoteistiċi ​

1] Kapaċi niddiskuti l-kunflitt potenzjali ta' bejn il-konformità morali u l-libertà f'kulturi differenti, bħas-soċjetajiet tal-Punent li fin-natura tagħhom huma aktar individwalisti. 
2] Kapaċi nanalizza kif sistemi differenti ta' twemmin jinkoraġġixxu modi ta' ħarsien personali u ħsara personali.
3] Kapaċi niddistingwi d-differenzi u r-relazzjoni ta' bejn dak li hu morali u dak li hu legali f'soċjetajiet differenti, pereżempju f'suġġetti relatati mas-sesswalità.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of a human community, and the diverse ways it expresses itself in, and to see this as a source of richness.​

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Komunità Umana

1] Kapaċi nidentifika d-dritt għall-għajnuna soċjali (tal-benesseri) bħala mod ta' solidarjetà fi ħdan soċjetà.
2] Kapaċi nindika t-tifsira ta' komunità, u niddistingwi bejn komunitajiet magħluqa u miftuħa. Komunitajiet magħluqa, ħafna drabi huma intolleranti kemm għad-differenza interna, kif ukoll għal komunitajiet u stili oħra ta' ħajja. F'dan is-sens, il-mod li bih iħarsu lejn il-ħajja hu deskritt bħala fundamentalista. Komunitajiet miftuħa huma internament tolleranti għad-differenza u huma lesti jitkellmu ma' komunitajiet oħra differenti minnhom. Barra minn hekk, iħarsu lejn il-ħajja b'mod liberali.
IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with others, with the natural environment (animal and material), and, if I am a believer, with an Ultimate reality.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Inħaddnu Sens Pożittiv Tagħna Nfusna

1] Kapaċi nagħraf l-obbligu morali biex nieħu ħsieb tiegħi nnifsi. 
2] Kapaċi niddeskrivi kif nieħu ħsieb tiegħi nnifsi mentalment, fiżikament u emozzjonalment.
3] Kapaċi neżamina aspetti mill-ħajja tiegħi li nqishom importanti, u nuri modi kif nista' nkun responsabbli tiegħi nnifsi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nispjega r-relazzjoni ta' bejn il-ħarsien personali u l-ħarsien tal-oħrajn. 
5] Kapaċi nuri r-responsabbiltà morali meta naħseb fuq l-annimali. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nidentifika, neżamina u nagħti valur lil dak kollu li jagħmilni dak li jien. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer.

L-Aspett tas-Suġġett: Mistoqsijiet Fundamentali għall-Esperjenza Umana 

1] Kapaċi nesplora l-idea tal-ġustizzja relatata mal-prinċipju morali tal-kunsiderazzjoni ugwali, jiġifieri li meta niġi biex nara jekk azzjoni hix tajba jew le, ninkludi u niżen l-interessi kollha biex niddeċiedi.
Inqis in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni ugwali bħala insensittività etika.
2] Kapaċi niddiskuti jekk il-privileġġ li noffru lil ħbiebna u qrabatna huwiex ġust. 
3] Kapaċi napplika r-raġunament morali biex inkun nista' nagħmel għażliet morali. 
TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nevalwa r-responsabbiltà morali meta nagħmel għażliet tal-ħajja.
5] Kapaċi nanalizza r-relazzjoni ta' bejn il-libertà u r-responsabbiltà. 
6] Kapaċi nesplora r-relazzjoni ta' bejn il-kuntentizza, il-pjaċir u l-uġigħ. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Lingwa Morali Kontemporanja u l-Kunċetti u l-Metafori Ċentrali tagħha​

1] Kapaċi nikkombina l-etika tad-dipendenza mal-etika tal-ħarsien u l-prinċipju tar-reċiproċità.
2] Kapaċi niddistingwi bejn għarfien personali, li hu narċisista, u għarfien li jikkunsidra r-relazzjoni tal-persuna mal-oħrajn. 
3] Kapaċi nagħmel differenza bejn it-twemmin u l-evidenza, l-opinjoni u l-fatt.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to reflect on that language critically but with due respect for those with different beliefs and a different moral outlook

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett Lejn l-Oħrajn

1] Kapaċi nanalizza l-pożizzjonijiet differenti mressqa f'argument. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can contribute meaningfully and reflectively to moral debate even on fundamental and contentious questions, duly respecting the right of others to think and argue differently.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Is-Sehem f'Dibattitu Morali

1] Kapaċi nelabora r-riflessjonijiet tiegħi fuq suġġetti morali bil-kitba eż. inżomm ġurnal u nwieġeb għall-pożizzjonijiet etiċi li nisma' jew li naqra dwarhom, bil-kitba jew bit-taħdit, għax b'hekk niżviluppa aktar il-ħiliet tiegħi. 
IL-KITBA
2] Kapaċi nikteb u neżamina argumenti fuq suġġetti jew kwistjonijiet magħżula. 
IL-KITBA
3] Kapaċi nargumenta billi nuża l-ideat tad-drittijiet, l-obbligi, il-motivi u l-konsegwenzi, fost l-oħrajn.
4] Kapaċi niddiskuti xi tfisser li tirrispetta, lil min għandna nirrispettaw, kif għandna nuru r-rispett, u sa liema grad.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am willing to give the other voice provided that that voice is not the voice of gratuitous insensitivity and irrational hate aimed against others, to seek compromise instead of confrontation where possible, and to respect disagreement where this is the case.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Nagħtu Leħen lill-Oħrajn 

1] Kapaċi nagħraf ir-relazzjoni ta' bejn il-vulnerabbiltà u d-dipendenza. 
2] Kapaċi niddiskuti r-relazzjoni ta' bejn il-vulnerabbiltà u d-dipendenza, b'riferenza għall-ħajti bħala tifel/tifla. 

3] Kapaċi nesplora r-relazzjoni ta' bejn id-dipendenza u n-nuqqas ta' vuċi. 
4] Kapaċi niddiskuti r-responsabbiltà morali li nitkellem għal min m'għandux leħen, bħat-tfal iż-żgħar, dawk li għadhom ma twildux, dawk li għandhom diżabilità intellettwali, dawk emarġinati minħabba l-faqar u/jew minħabba d-diskriminazzjoni jew l-iskjavitù, u l-bqija



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kollaborazzjoni mal-Oħrajn fl-Iżvilupp ta' Viżjoni Kollaborattiva u Rikka tal-Ħajja

1] Kapaċi nevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li tgħix f'soċjetà multikulturali.
2] Kapaċi nindika kif varjetà ta' kulturi jaqsmu fatturi simili, imma huma wkoll different minn xulxin b'diversi modi. 
3] Kapaċi nagħraf li hemm diversi modi kif persuna tista' tgħix ħajja sħiħa.
4] Kapaċi nidentifika l-aspett sesswali tal-imħabba bħala mod kif persuna jimpurtaha minn ħaddieħor.
5] Kapaċi nesplora l-kunċett tal-imħabba b'modi differenti ta' kif nieħu ħsieb u nkun responsabbli lejn l-oħrajn.
6] Kapaċi nagħmel differenza bejn li persuna tieħu ħsieb ruħha u li tkun egoista u narċisista. Hawnhekk wieħed għandu jiddistingwi l-importanza tal-għarfien personali, li jwassal għal titjib personali, u l-għarfien li hu narċisist u ossessiv, li jwassal għal insensittività u indifferenza lejn l-oħrajn. 
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am committed to be fair and just towards myself and others, to live a reflective life subject to my moral and other values, and mindful of my obligations towards others who form my society and community and towards other beings who form the world community, human and non-human (or animal), of which I am also an active and responsible member.

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Ġustizzja u l-Imparzjalità

1] Kapaċi nidentifika x'inhi l-ħsara personali, u l-ħsara li ssir lill-oħrajn, inkluż l-ibbuljar. 
2] Kapaċi neżamina ħajti u nirrifletti fuq ir-responsabbiltà li nieħu ħsieb tiegħi nnifsi u tal-oħrajn. Il-ħarsien personali hu dmir morali lejna nfusna u lejn l-oħrajn. Hemm erba' kategoriji wisgħin tal-ħarsien lejn l-oħrajn - lejn il-bnedmin (nies), lejn l-annimali u ħlejjaq oħra, lejn l-ambjent naturali, u lejn l-affarijiet fl-ambjent. Hemm rabta bejn il-ħarsien u r-rispett. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Kapaċi neżamina l-idea tal-ġustizzja f'rabta ma' li tkun evitata l-ħsara personali u lejn l-oħrajn. 
4] Kapaċi niddistingwi bejn it-teħid ta' riskju responsabbli u irresponsabbli. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn