Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika
L-Etika > LEVEL 7
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about, and from, my own experience of the world and from the beliefs, practices and traditions of others.
L-Aspett tas-Suġġett: Nitgħallem dwar l-Esperjenza tad-Dinja mill-Esperjenza Tiegħi Nnifsi u mit-Twemmin, il-Prattiċi u t-Tradizzjonijiet tal-Oħrajn.
1] Kapaċi nagħraf l-importanza ta' azzjoni riflettiva fil-ħajja morali; u nispjega għaliex għandna naħsbu qabel nagħmlu xi ħaġa.
2] Kapaċi nuri kif azzjoni riflettiva u abitwali (jiġifieri, ta' drawwa) taffettwa l-ħajja morali tal-persuna, irrispettivament mit-twemmin reliġjuż tagħha.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nagħraf id-differenza ta' bejn azzjoni abitwali u azzjoni riflettiva, u nispjega li ħafna mill-għażliet li nagħmlu huma abitwali, filwaqt li għażliet itqal jeħtieġu riflessjoni u kunsiderazzjoni.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life, and can co-exist harmoniously in societies such as the Maltese society, where moral and cultural difference is respected and valued.
L-Aspett tas-Suġġett: Kulturi Reliġjużi u Sekulari u Sistemi ta' Twemmin
1] Kapaċi niddistingwi bejn perspettivi morali individwalisti u komunitarji. Il-kulturi morali reliġjużi li jitkellmu l-lingwa tal-liġi morali huma komunitarji. Huma l-lingwi ta' komunitajiet li huma esklussivi u magħqudin flimkien bi twemmin u tradizzjonijiet b'saħħithom, u l-membri tagħhom iqisu l-moralità b'mod ġenerali, mil-lat tat-twemmin tagħhom. Dan jikkuntrasta mal-kultura morali sekulari moderna, influwenzata mill-Punent, li hi aktar individwalista, jiġifieri li tpoġġi lill-individwu bħala l-interpretu dirett tal-liġi tar-raġuni, jew bħala l-punt suġġettiv tal-awtorità morali, aktar milli l-fidi tal-komunità.
2] Kapaċi nagħraf id-differenza ta' bejn il-moralitajiet sekulari u reliġjużi, u nispjega li s-soċjetà Maltija hi magħmula minn persuni taż-żewġ tipi, reliġjużi u sekulari, li jistgħu, minħabba d-differenzi kulturali tagħhom, ma jaqblux fuq kwistjonijiet morali.
3] Kapaċi nagħraf il-kunċett tal-kuxjenza u xi tfisser għall-umanisti sekulari u għan-nies bi twemmin.
4] Kapaċi nuri l-valur u l-limitazzjonijiet tat-tolleranza, nispjega li t-tolleranza tfisser rispett għad-differenza, imma ma tfissirx li bilfors taqbel ma' din id-differenza.
5] Kapaċi nagħti eżempji ta' kif familji differenti, li jipprattikaw tradizzjonijiet reliġjużi differenti, jikkontribwixxu għall-edukazzjoni morali ta' wliedhom.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am aware of the basic tenets, rituals and narratives of the major belief systems.
L-Aspett tas-Suġġett: It-Tliet Reliġjonijiet Monoteistiċi
1] Kapaċi nagħraf li t-tliet reliġjonijiet monoteistiċi differenti, il-Kristjaneżmu, l-Iżlam u l-Ġudaiżmu jiġġeneraw kulturi morali differenti.
2] Kapaċi nuri li hemm modi differenti, reliġjużi u sekulari, kif iħarsu lejn il-ħajja kulturi differenti.
3] Kapaċi nidentifika li l-Bibbja Ebrajka hi l-punt ta' referenza tat-tliet reliġjonijiet, u li l-moralità hi definita bl-ubbidjenza għar-rieda divina li tesprimi lilha nnifisha f'termini tal-liġi morali jew tal-kmandamenti, l-eqdem sett bażiku ta' liġijiet morali hi l-liġi Mużajka, l-għaxar kmandamenti li Alla ta lil Mosè fir-rakkont tat-Testment il-Qadim.
4] Kapaċi niddeskrivi kif drawwiet, reliġjonijiet u tradizzjonijiet differenti jippermettu u jmantnu kulturi differenti tal-familja.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of a human community, and the diverse ways it expresses itself in, and to see this as a source of richness.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Komunità Umana
1] Kapaċi niddistingwi bejn id-drittijiet u libertajiet fundamentali u d-drittijiet għall-għajnuna soċjali. Id-drittijiet tal-libertà jirreferu għad-dritt li wieħed igawdi mil-libertà tiegħu mingħajr indħil, u d-drittijiet tal-benesseri jirreferu għall-forniment tal-ħtiġijiet tal-persuna.
2] Kapaċi neżamina l-kunċett ta' moħħ miftuħ li jirrispetta d-differenza fis-soċjetà Maltija.
3] Kapaċi nagħraf li nies bi stili ta' ħajja differenti, valuri morali u bi twemmin u prattiċi reliġjużi differenti, jistgħu jkunu membri ta' valur fis-soċjetà.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with others, with the natural environment (animal and material), and, if I am a believer, with an Ultimate reality.
L-Aspett tas-Suġġett: Inħaddnu Sens Pożittiv Tagħna Nfusna
1] Kapaċi niddeskrivi kif il-ħajja fl-ambjent selvaġġ hi l-wirt naturali tal-umanità kollha.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi niddeskrivi kif persuna tista' tiġġieled il-moħqrija tal-annimali, inklużi l-miżuri legali ta' Malta.
NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nesprimi d-differenza ta' bejn li niġġudika l-attur u li niġġudika l-att.
4] Kapaċi nidentifika tipi differenti ta' moħqrija fuq l-annimali.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer.
L-Aspett tas-Suġġett: Mistoqsijiet Fundamentali għall-Esperjenza Umana
1] Kapaċi nagħraf il-konsistenza fl-imġiba u l-għarfien tal-istess drittijiet għal ħaddieħor bħalma nippretendi għalija bħala prinċipju ta' ġustizzja.
2] Kapaċi nevalwa l-valur morali ta' azzjoni billi nagħraf il-motivi u l-konsegwenzi.
3] Kapaċi nispjega l-idea tal-libertà bħala poter li jkollok biex tagħżel.
2] Kapaċi nevalwa l-valur morali ta' azzjoni billi nagħraf il-motivi u l-konsegwenzi.
3] Kapaċi nispjega l-idea tal-libertà bħala poter li jkollok biex tagħżel.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Lingwa Morali Kontemporanja u l-Kunċetti u l-Metafori Ċentrali tagħha
1] Kapaċi nispjega x'inhuma drittijiet billi nirreferi għad-Dokument tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tat-Tfal u għad-Dokument tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet Umani.
2] Kapaċi nibni każ kontra l-ibbuljar.
3] Kapaċi nuri r-reċiproċità tad-drittijiet u l-obbligi.
4] Kapaċi niddistingwi d-differenza ta' bejn id-drittijiet u x-xewqat.
5] Kapaċi nartikola r-regola tal-ġustizzja li tagħraf b'mod ugwali l-istess drittijiet li persuna titlob għaliha nnifisha.
5] Kapaċi nispjega l-etika tad-dipendenza, speċjalment b'relazzjoni għall-familja.
7] Kapaċi nkisser kunċett biex nifhmu aħjar.
8] Kapaċi nagħraf argumenti u raġunamenti informali validi/invalidi, veri/mhux veri.
9] Kapaċi nestendi d-diskussjoni għad-drittijiet tal-annimali.
10] Kapaċi nagħraf ir-relazzjoni ta' bejn motiv u konsegwenza.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to reflect on that language critically but with due respect for those with different beliefs and a different moral outlook
L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett Lejn l-Oħrajn
1] Kapaċi nuri kif id-differenza kulturali hi relatata mad-differenza morali. Persuna tista' tirreferi għall-espressjoni "il-kultura tal-familja", biex turi li din jista' jkollha impatt importanti fuq il-ħarsa morali ta' dak li jkun.
2] Kapaċi noħroġ aspetti differenti ta' argument.
3] Kapaċi nargumenta li r-rispett għad-differenza mhux neċessarjament ifisser li taqbel magħha.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi nevalwa l-kunċett li l-moralità tikkonsisti fl-ubbidjenza għal liġi morali. Agħti eżempji ta' kif moralitajiet reliġjużi differenti jgħallmu li l-liġi morali ġejja minn Alla, u kif il-liġi morali sekulari f'soċjetajiet tal-Punent issegwi l-idea tal-liġi tar-Raġuni. Il-moralità fiż-żewġ każijiet, partikolarment ta' Alla jew tar-Raġuni, titqies bħala ubbidjenza tal-liġi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can contribute meaningfully and reflectively to moral debate even on fundamental and contentious questions, duly respecting the right of others to think and argue differently.
L-Aspett tas-Suġġett: Is-Sehem f'Dibattitu Morali
1] Kapaċi nelenka l-ideat li jkunu ġew diskussi fil-klassi, nirrifletti fuqhom u nikteb dwarhom e.ż. inżomm ġurnal. Il-litteriżmu etiku jeħtieġ li jkollna l-ħila niddiskutu u niddibattu kwistjonijiet etiċi bil-kitba u bit-taħdit.
IL-KITBA
2] Kapaċi nikteb rapporti qosra ta' argumenti. It-testi miktubin, bħall-kolonni ta' opinjoni, studji ta' każijiet, rapporti stampati u kitbiet oħra li jidhru fil-mezzi soċjali tax-xandir elettroniku jistgħu jiġu introdotti f'dan l-istadju. L-istudenti jistgħu jkunu mħeġġa jesprimu ruħhom dwar l-ideat li jaqraw fil-ġurnali tagħhom.
IL-KITBA
3] Kapaċi nevalwa argumenti sempliċi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am willing to give the other voice provided that that voice is not the voice of gratuitous insensitivity and irrational hate aimed against others, to seek compromise instead of confrontation where possible, and to respect disagreement where this is the case.
L-Aspett tas-Suġġett: Nagħtu Leħen lill-Oħrajn
1] Kapaċi nagħti eżempji ta' kulturi differenti tal-familja, li huma r-realtà ta' soċjetajiet multikulturali bħal Malta.
2] Kapaċi nargumenta li minkejja l-kulturi differenti tal-familja, il-familji huma suġġetti għal-liġijiet u l-kultura tas-soċjetà aktar wiesgħa.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nispjega li l-'vuċi' hi kwistjoni ta' poter, u li l-intimidazzjoni tista' xxekkilna milli nsemmgħu leħinna.
4] Kapaċi nargumenta li ċ-ċaħda ta' vuċi hi ksur ta' dritt uman.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kollaborazzjoni mal-Oħrajn fl-Iżvilupp ta' Viżjoni Kollaborattiva u Rikka tal-Ħajja
1] Kapaċi nagħmel lista tad-drittijiet li naqsam mal-oħrajn fl-iskola, fil-klassi u fil-komunità. L-idea tad-drittijiet f'kuntesti differenti ta' sħubija, l-aktar fil-klassi, fl-iskejjel u fil-komunità, għandha tkun distinta mid-drittijiet morali li huma universali.
IL-KITBA
2] Kapaċi nagħti eżempji ta' modi differenti li bihom persuna tista' taġixxi b'mod liberu, u tikkunsidra r-regoli u r-rispett tagħha lejn l-oħrajn. Issir spjegazzjoni dwar kif il-libertà ma tfissirx nuqqas ta' regoli, u li l-libertà titlob rispett għar-regoli.
3] Kapaċi niddeskrivi kif id-drittijiet umani jistgħu jkunu relevanti b'mod universali għall-ħtiġijiet umani tagħna, aħna min aħna, pereżempju "id-dritt għal-logħob", u drittijiet oħra tat-tfal.
4] Kapaċi nuri li l-ambjent selvaġġ hu l-wirt naturali tal-umanità kollha.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am committed to be fair and just towards myself and others, to live a reflective life subject to my moral and other values, and mindful of my obligations towards others who form my society and community and towards other beings who form the world community, human and non-human (or animal), of which I am also an active and responsible member.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ġustizzja u l-Imparzjalità
1] Kapaċi niddistingwi bejn ħsara fiżika u ħsara mentali.
2] Kapaċi nippreżenta argument fuq il-ħtieġa li nirrispettaw il-ħajja umana u tal-annimali fil-forom kollha tagħha.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nidentifika d-drittijiet differenti li għandhom il-bnedmin meta jkunu fi gruppi differenti e.ż. bħala tifla/ tifel membru tal-familja, ta' skola, ta' klassi jew ta' komunità.