Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

Ir-Reliġjon > LEVEL 5





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of human community and the diverse ways it expresses itself, and to see this as a source of richness. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħajja fil-Komunità, ir-relazzjonijiet u r-rwoli fil-komunitajiet ta' fidi

1] Kapaċi niddeskrivi t-tifsira u r-relevanza tal-ħajja fil-komunità soċjali, fil-komunità ta' fidi u fil-gruppi reliġjużi; u nirrifletti fuq il-valuri ewlenin li għandi bżonn niżviluppa biex ngħix f'armonija f'komunitajiet bħal dawn.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life and can co-exist harmoniously in societies like that in Malta, where moral and cultural differences are respected and valued. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjon u s-Soċjetà

1] Kapaċi nirrifletti u niddeskrivi l-importanza li għandha tingħata lir-rispett u lill-valur tad-diversità fil-mod ta' kif bosta ċelebrazzjonijiet u festi qed jiġu ċċelebrati fost ħafna gruppi Kristjani u Kattoliċi f'Malta.
 
. IT-TAGĦLIM SOĊJALI
.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am aware of the basic tenents, rituals and narratives of the major belief systems. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjonijiet il- Kbar fid-Dinja - Studju Magħżul

1] Kapaċi nidentifika liema gruppi reliġjużi jużaw il-Bibbja, it-Torah u l-Koran.  
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nsemmi l-postijiet ta' qima ta' dawn il-komunitajiet ta' fidi: Kristjani/Kattoliċi; Lhud u Musulmani, u niżviluppa/ nkattar rispett għal dak li jfissru. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about and from my own experience of the world, as well as from the beliefs, practices and traditions of others. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: It-Twemmin, it-Tradizzjonijiet u l-Prattika - ir-Reliġjonijiet fid-Dinja, studju magħżul.

1] Kapaċi niddeskrivi t-tifsira ta' simbolu, nidentifika u nsemmi simboli Kristjani/Kattoliċi, Lhud u Musulmani u nispjega l-importanza tagħhom għas-segwaċi ta' dawn ir-reliġjonijiet eż. simboli Kristjani; l-alfa u l-omega, is-salib u l-kurċifiss, il-ħobż u l-inbid jew l-irmied (l-Erbgħa tal-Irmied); simboli Lhud: il-Menorah, l-Istilla ta' David u t-Tallit; simboli Musulmani: il-Kaaba, il-Moskea u l-kulur aħdar.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself, which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with God, others, the natural environment (animal and material) (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għaqda: miegħi nnifsi, mal-oħrajn u m'Alla

1] Kapaċi nipprattika s-silenzju għal perjodi qosra u b'hekk niżviluppa fija l-valur u l-attitudni tas-smigħ, tar-rispett u tal-għaqda miegħi nnifsi, mal-oħrajn u m'Alla.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nikteb talb qosra, nitlob għalija u għall-oħrajn, filwaqt li nagħraf li meta qed nitlob inkun qed nitkellem ma' Alla.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Kapaċi nosserva l-meravilja tal-ħolqien ta' madwari u nirrifletti fuq dan bħala rigal tal-kobor ta' Alla u tal-imħabba Tiegħu lejja u lejn l-oħrajn.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi niddeskrivi u nkun konxju/konxja ta' dak li qed jiġri ġo fija u madwari.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer. (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: Aspetti ta' sfida fl-esperjenza umana

1] Kapaċi nagħmel mistoqsijiet dwar Alla.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi nidentifika mumenti ta' sbuħija eż. oġġetti, postijiet, ħsejjes u persuni.
  NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can relate critically to the Word of God and acknowledge its practical implications for human experience. (Strand: Word of God and Living the Gospel)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kelma t'Alla - il-Bibbja

1] Kapaċi nuri rispett u stima lejn il-Kelma t'Alla miktuba.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nfittex u nuża l-Iskrittura Mqaddsa (il-Bibbja għat-Tfal).
 IL-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi nesplora Ġenesi 1 u 2 u nirrifletti fuq Alla l-Ħallieq u fuq il-ħolqien Tiegħu bħala rigal għalija u għall-umanità.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nsemmi l-erba' evanġelisti, is-simboli tagħhom u xi jfissru.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi nirrelata mal-immaġini tar-Ragħaj it-Tajjeb kif insibuh f'Salm 23 u fl-Evanġelji.
 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can reflect and act on situations both personal as well as those belonging to the community, in a critical manner, in the light of Tradition and the Biblical message. (Strand; Word of God and living the Gospel).

L-Aspett tas-Suġġett: Sfidi fid-dawl tat-Tradizzjoni Kattolika u l-messaġġ Bibbliku

1] Kapaċi nirrakkonta l-episodju mill-Evanġelju meta Ġesù għallem 'il-Missierna' lill-appostli u kapaċi nirrifletti fuq il-fatt li aħna familja waħda, Ulied Alla l-Missier.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nirrakkonta l-ġrajja tal-Milied - it-twelid ta' Ġesù, Iben Alla u Iben Marija, u nirrifletti fuq is-sinifikat li dan għandu għalija personali u għall-umanità kollha.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I acknowledge the rich plurality of experiences and expressions shown by individuals as well as communities in their commitment to living the Gospel. (Strand: Word of God and Christian/Catholic belief)

L-Aspett tas-Suġġett: Nagħżlu Mudelli ta' Eżempji ta' Mġiba tajba

1] Kapaċi nesplora l-ħajja ta' San Domenico Savio u San Martin de Porres jew tal-Beata Tereża ta' Kalkutta u niskopri l-imħabba tagħhom għall-Ġesù u għal ta' madwarhom, speċjalment il-foqra u l-morda.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences. (Strand: Education  to the Virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim tal-lingwa morali

1] Kapaċi nispjega l-bżonn tar-relazzjonijiet/ħbiberiji u r-rabta bejn ir-relazzjonijiet u l-maħfra.
 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life. (Strand: Education to the  virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Maturità fl-edukazzjoni permezz tal-virtujiet

1]Kapaċi niskopri modi differenti ta' kif naqsam mal-oħrajn.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI




Agħti r-rispons tiegħek hawn