Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

Ir-Reliġjon > LEVEL 6





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of human community and the diverse ways it expresses itself, and to see this as a source of richness. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħajja fil-Komunità, ir-relazzjonijiet u r-rwoli fil-komunitajiet ta' fidi

1] Kapaċi niddiskuti l- importanza tar- relazzjoni bejn ir-responsabbiltà tal-individwi u dik tal-komunità tagħhom; filwaqt li nagħraf nitrawwem f' responsabbiltà matura. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life and can co-exist harmoniously in societies like that in Malta, where moral and cultural differences are respected and valued. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjon u s-Soċjetà

1] Kapaċi niddeskrivi kif il-fidi ta' individwi Kattoliċi, kif ukoll ta' komunitajiet, waslithom biex dawn għadhom jikkontribwixxu fis-soċjetà Maltija eż. Adelaide Cini, Madre Margherita De Brincat, Alfons Marija Galea u Mons. Mikiel Azzopardi.
  IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am aware of the basic tenents, rituals and narratives of the major belief systems. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjonijiet il- Kbar fid-Dinja - Studju Magħżul

1] Konxju/konxja li l-Lhud u l-Musulmani jemmnu f'Alla.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about and from my own experience of the world, as well as from the beliefs, practices and traditions of others. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: It-Twemmin, it-Tradizzjonijiet u l-Prattika - ir-Reliġjonijiet fid-Dinja, studju magħżul.

1] Kapaċi nsemmi żewġ festi reliġjużi fil-Kristjaneżmu/Kattoliċiżmu, fil-Ġudajiżmu u fl-Iżlam; nirrifletti u niddiskuti t-tifsira tagħhom għal dawk li jsegwu dawn ir-reliġjonijiet u l-ħtieġa li nirrispettaw il-modi differenti ta' kif nesprimu t-twemmin reliġjuż eż. festi Kristjani: il-Milied u l-Għid; festi Lhud: il-Yom Kippur u l-Pescha; festi Iżlamiċi: Id-al-Ftir u l-Fitrana.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself, which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with God, others, the natural environment (animal and material) (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għaqda: miegħi nnifsi, mal-oħrajn u m'Alla

1] Kapaċi nidentifika żewġ dgħufijiet fil-karattru tiegħi u nipproponi modi ta' kif nista' nirranġahom bil-għajnuna ta' Alla, permezz tas-Sagramenti, tat-talb u permezz ta' relazzjoni tajba mal-oħrajn.
  IT-TAGĦLIM KREATTIV
2] Kapaċi nesprimi l-attitudni li naqsam mal-oħrajn b'bosta modi, fosthom ma' nies ta' nazzjonalità, kultura u twemmin differenti.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi niddeskrivi kif l-Ispiritwalità Franġiskana tgħinni nirrispetta u nħossni magħquda mas-sistema ekoloġika speċjalment bil-mod ta' kif il-Franġiskaniżmu jħares lejn il-ħolqien. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer. (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: Aspetti ta' sfida fl-esperjenza umana

1] Kapaċi nagħmel mistoqsijiet dwar l-iskop tal-ħajja.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can relate critically to the Word of God and acknowledge its practical implications for human experience. (Strand: Word of God and Living the Gospel)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kelma t'Alla - il-Bibbja

1] Kapaċi noħroġ il-kunċett tal-fedeltà tal-bniedem u ta' kemm Alla jieħu ħsieb tal-bniedem, mill-istejjer ta' Noe, Abraham u Rut.
  IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nispjega kif il-Bibbja turi l-imħabba t'Alla lejja f'modi differenti. 
Il-LINGWA ESPRESSIVA
3] Kapaċi nevalwa kif l-immaġini ta' 'Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb' tapplika għal ħajti.
 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can reflect and act on situations both personal as well as those belonging to the community, in a critical manner, in the light of Tradition and the Biblical message. (Strand; Word of God and living the Gospel).

L-Aspett tas-Suġġett: Sfidi fid-dawl tat-Tradizzjoni Kattolika u l-messaġġ Bibbliku

1] Kapaċi nitkellem dwar il-kuntest storiku u ġeografiku li fih twieled Ġesù.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
 
2] Kapaċi nispjega xi tfisser parabbola, nirrifletti fuq il-valuri, attitudnijiet u mġiba ta' ġentilezza, mħabba, kompassjoni, ħniena, maħfra u tar-rispett lejn l-awtorità kif naraw fil-parabboli ta' Ġesù.
  IL-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi nikteb dwar it-talba li għallimna Ġesù - il-Missierna u s-sinifikat tagħha għalija personali.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi ngħid liema huma s-seba' Sagramenti, nirrifletti fuq is-Sagramenti tat-Tqarbin u tal-Qrar u kif ir-rwol tagħhom f'ħajti jista' jaffettwali ħajti u l-ħajja tal-oħrajn.
 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I acknowledge the rich plurality of experiences and expressions shown by individuals as well as communities in their commitment to living the Gospel. (Strand: Word of God and Christian/Catholic belief)

L-Aspett tas-Suġġett: Nagħżlu Mudelli ta' Eżempji ta' Mġiba tajba

1] Kapaċi nirriċerka l-ħajjiet ta' żewġ qaddisin martri, xi ħadd mill-Kristjaneżmu tal-bidu u xi ħadd mill-perjodi iżjed riċenti u nesplora kif l-impenn tagħhom fil-fidi jisfida l-ħajja tiegħi. Eżempji: mill-Kristjaneżmu tal-bidu: San Ġustinu u Sant' Anjeże u mill-perjodi iżjed riċenti: Karolina Kozka jew San Karlu Lwanga.
2] Kapaċi nuża d-diskussjoni biex niżviluppa l-ħsibijiet tiegħi, nuża l-kliem biex nesplora, niċċara u nikkonferma l-ideat tiegħi.
Il-LINGWA ESPRESSIVA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences. (Strand: Education  to the Virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim tal-lingwa morali

1] Kapaċi nesplora r-rabta bejn azzjoni u konsegwenza, dritt u responsabbiltà, dmir u obbligu.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life. (Strand: Education to the  virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Maturità fl-edukazzjoni permezz tal-virtujiet

1] Kapaċi napprezza d-dmir tant importanti li l-karatteristiċi tal- egoiżmu jinbidlu u jiżviluppaw f'karatteristiċi ta' karità.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi niskopri li meta nkun sensittiv u konsiderevoli lejn l-oħrajn inkun qed nagħmel pass importanti lejn maturità morali.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI




Agħti r-rispons tiegħek hawn