Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

Ir-Reliġjon > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of human community and the diverse ways it expresses itself, and to see this as a source of richness. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħajja fil-Komunità, ir-relazzjonijiet u r-rwoli fil-komunitajiet ta' fidi

1] Kapaċi nirriċerka l-viżjoni, il-missjoni u l-kontribuzzjoni ta' żewġ komunitajiet; nirrifletti u niddiskuti fuq il-valur tax-xhieda tagħhom, kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq dak internazzjonali, u kif dan qed jisfida l-mod ta' kif ngħix ħajti eż. Il-Komunità ta' San Eġidju u l-Ordni Militari Sovran ta' Malta.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nispjega r-relazzjoni bejn it-tmexxija awtentika u l-awtorità fil-Knejjes Kristjani b'mod partikulari fil-Knisja Kattolika; u kapaċi nirrifletti fuq kif din it-tmexxija tinfluwenzani eż. ir-rwol tal-Papa, tal-Isqfijiet, tal-Qassisin u tal-Mexxejja Spiritwali.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life and can co-exist harmoniously in societies like that in Malta, where moral and cultural differences are respected and valued. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjon u s-Soċjetà

1] Kapaċi nirrifletti u nikteb dwar ir-relevanza tar-reliġjon fis-soċjetà, b'mod partikolari f'Malta.
  NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nirrifletti u niddiskuti l-bosta fatturi li qed jinfluwenzaw it-twemmin reliġjuż u l-attitudnijiet tal-adolexxenti Maltin u Ewropej.
  IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi niddiskuti u nirrifletti fuq kif l-attitudnijiet u l-valuri Kristjani/Kattoliċi qed jikkontribwixxu u jisfidaw lili, lis-soċjetà Maltija u lill-Ewropa. 
4] Kapaċi nuri b'modi differenti kif l-inizjattivi internazzjonali riċenti dwar id-djalogu interreliġjuż qed itejjibli ħajti eż. Il-Proġett t' Assisi u l-Parlament Dinji tar-Reliġjonijiet.
5] Kapaċi neżamina l-valur rappreżentattiv tal-Qaddisin Patruni tal-Ewropa fir-rigward tal-identità Kristjana tagħha eż. Santa Katarina ta' Siena, ta' San Benedittu u ta'  Santa Edith Stein.
 IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am aware of the basic tenents, rituals and narratives of the major belief systems. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjonijiet il- Kbar fid-Dinja - Studju Magħżul

1] Kapaċi nesplora t-tradizzjonijiet, il-prattiċi u d-drawwiet li jipprattikaw il-Kristjani/Kattoliċi, il-Lhud u l-Musulmani u nrawwem fija rispett u fehim għal nies ta' twemmin differenti.
 IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about and from my own experience of the world, as well as from the beliefs, practices and traditions of others. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: It-Twemmin, it-Tradizzjonijiet u l-Prattika - ir-Reliġjonijiet fid-Dinja, studju magħżul.

1] Kapaċi niddeskrivi kif il-ħajja ta' Lhudi u ta' Musulman impenjat fit-twemmin tiegħu tisfida b'mod pożittiv l-għajxien tiegħi bħala Kristjana/Kattolika eż. l-Lhudi: Victor Frankl; il-Musulman: Muhammed Ali.
  NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nispjega u nuri żewġ ritwali reliġjużi bażiċi li jintużaw fost ir- Reliġjonijiet Tradizzjonali tal-Lvant Imbiegħed eż. fil-Buddiżmu: it-tidwir tar-rota tat-talb u l-inkin; fl-Induwiżmu il-Puja u n-Namaste.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about and from my own experience of the world, and from the beliefs, practices and traditions of others. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett u l-Konvivjalità

1] Kapaċi nirrifletti u niddiskuti kif l-iżvilupp tal-valuri tiegħi ta' aċċettazzjoni, ta' ftuħ għall-oħrajn; u tar-rispett lejn l-unità fid-diversità, qed jgħinuni biex nifhem aħjar xi jfisser tkun Kristjan/ Kattoliku.
 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself, which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with God, others, the natural environment (animal and material) (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għaqda: miegħi nnifsi, mal-oħrajn u m'Alla

1] Kapaċi nesplora kif is-Salmi huma espressjonijiet, talb tat-tfittxija tal-bniedem għal Alla: speċjalment Salmi 23, 63 u 50.

 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi niddixxerni, permezz tal-fidi, il-preżenza ta' Alla f'ħajti u nuri b'modi differenti li jien qed nirrispetta din il-preżenza fl-oħrajn.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Kapaċi nispjega u nirrifletti kif il-Milied u l-Għid huma ġrajjiet speċjali li jgħaqqdu lill-komunitajiet Kristjani.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nesprimi u nuri li naċċetta l-limitazzjonijiet personali u nuża 'r-rigali/it-talenti' li tani Alla għas-servizz tal-umanità għall-ġid komuni u għall-ħolqien kollu. 
 
  IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
5] Kapaċi nfisser il-kelma empatija; u nkun kapaċi nempatizza mal- oħrajn fid-diversi esperjenzi tagħhom.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
6] Kapaċi nuri b'diversi modi t-tifsira tas-solidarjetà u tal-altruwiżmu lejn l-oħrajn.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
7] Kapaċi nuri kif is-sostenibbiltà tal-ħajja tiddependi fuq l-għaqda bejn il-ħolqien kollu.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer. (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: Aspetti ta' sfida fl-esperjenza umana

1] Kapaċi niddiskuti u nagħmel mistoqsijiet dwar il-misteru tal-ħażen, tat-tbatija u tal-ħajja wara l-mewt kif ukoll dwar l-isfidi li dawn joffru għall-esperjenza umana.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can relate critically to the Word of God and acknowledge its practical implications for human experience. (Strand: Word of God and Living the Gospel)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kelma t'Alla - il-Bibbja

1] Kapaċi nsib riżorsi li jgħinuni nifhem aħjar l-Iskrittura Mqaddsa.
  IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi niddiskuti li Alla mhuwiex oġġett fil-Kreazzjoni imma l-kawża tal- eżistenza tagħha.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nesplora t-tifsira tal-istejjer Bibliċi dwar il-ħolqien, nirrifletti u niddiskuti kif is-soċjetà moderna tagħna qed tħares lejhom.
 NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nesplora permezz ta' Ġenesi 1 u 2, ir-rigal tal-ħajja, nirrifletti u niddiskuti dwar ir-responsabbiltà tiegħi li naqdi, inħares u namministra tajjeb il-ħolqien. 
5] Kapaċi nesplora d-dinamika tas-sejħa t'Alla kif insibuha fl-istejjer ta' Samwel, ta' Ġeremija, ta' Iżakk jew tal-Verġni Marija.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi niskopri l-immaġini ta' Alla ħanin u li jħobb fl-istejjer eż. L-Eżodu, jew fis-Salmi jew f'dawk tal-Profeta Hosegħa. 
  IL-QARI U L-FEHIM
7] Kapaċi nesplora mudelli ta' ħbiberija f'siltiet differenti fil-Bibbja, nirrifletti fuq it-tifsira vera tal-ħbiberija u tal-valuri li jżommuha u jagħmluha esperjenza unika fil-ħajja eż. Elija u Eliżew; David u Abjatar; Ġesù, Marta, Marija u Lażżru; jew Pawlu, Prixxilla u Akwila.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can reflect and act on situations both personal as well as those belonging to the community, in a critical manner, in the light of Tradition and the Biblical message. (Strand; Word of God and living the Gospel).

L-Aspett tas-Suġġett: Sfidi fid-dawl tat-Tradizzjoni Kattolika u l-messaġġ Bibbliku

1] Kapaċi niddiskuti u nikteb dwar il-karatteristiċi tas-Saltna t'Alla kif ipprietka dwarhom Ġesù.
  IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nirrifletti u nuri kif il-Qawmien mill-Mewt ta' Ġesù għandu s-saħħa li jiġġenera t-tama.
3] Kapaċi niddiskuti l-importanza ċentrali tal-Beatitudnijiet fil-għajxien tal-ħajja kemm personali u dik soċjali.
 NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nesplora permezz tax-xhieda u tal-impenn ta' individwi u ta' komunitajiet kif l-Evanġelju jista' jinkoraġġini u jinfluwenzani biex naqsam mal-oħrajn l-imħabba t'Alla, il-fedeltà Tiegħu u l-mod ta' kif Hu jieħu ħsiebna.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
5] Kapaċi nispjega s-Sagramenti bħala riti ta' mixja reliġjuża (rites of passage), kif ukoll bħala l-mod li bih Alla jwettaqna fil-ħajja tagħna ta' Nsara.
6] Kapaċi niddiskuti s-Sagramenti ta' Inizzjazzjoni u tar-Rikonċiljazzjoni, is-sinifikat tagħhom u kif jisfidawni ngħix il-ħajja Kristjana tiegħi.
 
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
7] Kapaċi nesplora l-influwenza u l-gwida tal-Ispirtu s-Santu fl-Ewwel Komunitajiet Kristjani u fil-Knisja, hekk kif insibu fil-Vatikan II dok. Lumen gentium - kap 1 u fl-Evanġelii gaudium, u f'Kapitli 1-2 tal-Atti tal-Appostli. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I acknowledge the rich plurality of experiences and expressions shown by individuals as well as communities in their commitment to living the Gospel. (Strand: Word of God and Christian/Catholic belief)

L-Aspett tas-Suġġett: Nagħżlu Mudelli ta' Eżempji ta' Mġiba tajba

1] Kapaċi nesplora l-ħajja ta' San Ġorġ Preca billi niffoka fuq il-virtujiet tal-ubbidjenza u l-inizjattiva pastorali.
  IT-TAGĦLIM KREATTIV
2] Kapaċi nirriċerka l-kontribut li Freire Roger, jew Jean Vanier jew Dorothy Day taw lis-soċjetà u lill-Knisja.
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences. (Strand: Education  to the Virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim tal-lingwa morali

1] Kapaċi nispjega t-tifsira tal-kelma libertà li hi s-sors tal-azzjoni morali u tar-responsabbiltà.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
2] Kapaċi nesplora xi tfisser kuxjenza Kristjana u l-formazzjoni tagħha.
 
 Il-LINGWA ESPRESSIVA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life. (Strand: Education to the  virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Maturità fl-edukazzjoni permezz tal-virtujiet

1] Kapaċi nesplora l-implikazzjonijiet li nimmatura moralment, il-konsegwenzi ta' dan għalija u għall-oħrajn.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi niddiskuti r-rabta bejn il-verità u l-kuxjenza.
 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nispjega l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet morali u l-elementi ewlenin f'dan il-proċess. Hawnhekk ikun hawn bżonn ta' każijiet ta' studju.
  NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nesplora t-tifsira tas-sesswalità bħala rigal ta' Alla u għalhekk id-dmir li nirrispettaha.
5] Kapaċi niddiskuti r-relazzjoni bejn is-sesswalità u l-imħabba fil-kuntest tar-relazzjonijiet.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Kapaċi niddiskuti modi ta' mġiba li jostakolaw il-maturità sesswali. Eżempju ta' dan hi l-pornografija.
7] Kapaċi nispjega r-relazzjoni bejn il-liġi tal-istat, il-moralità personali u kunsiderazzjonijiet etiċi oħra.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV




Agħti r-rispons tiegħek hawn