Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

Il-Mużika > LEVEL 5





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the capacity of visual and performing arts to address moral, ethical, social and political issues relevant to Malta and the wider world. I appreciate that the arts can be challenging and provide a space for addressing social differences as well as facilitating social and cultural cohesion.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-mużika fil-kuntest   

1] Nifhem li l-mużika tintuża għal finijiet differenti.
2] Kapaċi niddeskrivi xi użi differenti tal-mużika u nispjega r-relazzjoni bejn il-mużika u l-kuntest.                        
 IL-KITBA
3] Kapaċi nidentifika xi aspetti tal-mużika li jindikaw meta nkitbet u/jew għalxiex inkitbet.
4] Nifhem li l-mużika ġiet komposta bl-użu tar-riżorsi disponibbli dak iż-żmien biex b'hekk nista' nqiegħed il-mużika fil-kuntest storiku tagħha.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to draw on my curiosity, imagination and divergent thinking processes to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies.

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-rispons għall-mużika

1] Kapaċi nirrispondi għall-mużika permezz ta' moviment ħieles.
2] Kapaċi nimita t-temp u d-dinamika bil-movimenti tiegħi.
3] Kapaċi nidentifika kif bil-mużika jistgħu jinħolqu burdati differenti, u jiena kapaċi nagħti eżempji li jirreferu għal strumenti, temp u dinamiċi.
4] Kapaċi nirrispondi għall-mużika permezz ta' tpinġija/pittura u nispjega kif din hija marbuta mal-mużika li nkun smajt.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
5] Kapaċi nirrispondi għall-mużika permezz ta' rispons fiżiku jew vokali: meta nċapċap/inħabbat mal-mużika; meta nsib il-polz tiegħi; nista' nagħżel strumenti, ħsejjes bil-vuċi jew nagħmel ħsejjes billi nħabbat fuq ġismi li jistgħu jirrikreaw effetti u burdati biex nispjega kif dawn huma marbutin mal-mużika li nkun smajt. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nirrispondi għall-mużika permezz ta' espressjonijiet ta' wiċċi, drama u/jew azzjonijiet.
7] Kapaċi nuża l-mużika biex innebbaħ storja u nispjega l-mod kif din l-istorja tnebbħet mill-mużika.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand how to employ basic ethical decision-making, when reflecting on my own and others' art works and when creating art works that involve the intellectual and cultural property rights of others; I can analyse a variety of artistic forms, recognising traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: L-evalwazzjoni tal-mużika 

1] Kapaċi nevalwa permezz ta' ggwidar l-eżekuzzjoni tiegħi stess bħala parti mill-proċess tal-provi għal wirja.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nevalwa ċerti aspetti tax-xogħol tiegħi stess.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
3] Kapaċi nevalwa għaliex naħseb li biċċa mużika ġġegħilni nħossni b'ċertu mod, billi nuża r-rispons tiegħi stess għall-mużika.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nassoċja l-istrumenti użati u strutturi mużikali sempliċi biex niddeskrivi l-'istorja' jew il-burdata ġenerali ta' biċċa mużika.
 IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse, intepret and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative ways suited to a range of audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-eżekuzzjoni

1] Kapaċi nagħmel wirja kemm bil-vuċi kif ukoll bl-użu ta' strumenti, frażijiet sempliċi bil-widna u billi naqra n-noti.
2] Kapaċi nagħmel frażijiet sempliċi b'kunfidenza kemm waħdi kif ukoll fi grupp.
3] Għandi l-ħila nagħmel akkumpanjamenti ritmiċi sempliċi u melodiċi għal/ma' oħrajn.
4] Nifhem l-importanza tal-provi u kapaċi nikkontribwixxi għall-proċess tal-provi.
5] Kapaċi nagħmel kummenti ġeneriċi kostruttivi dwar l-eżekuzzjoni tiegħi stess sabiex nikkontribwixxi għall-proċess tal-provi.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Kapaċi nippreżenta x-xogħol tiegħi b'mod tajjeb permezz ta' wirja tal-ħiliet tiegħi.
7] Kapaċi nagħmel riċerka u nuri t-tipi differenti ta' eżekuzzjoni u li eżekuzzjoni trid tkun xierqa għal kuntest u udjenza partikolari.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret a variety of artistic forms, recognising and evaluating traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: L-improvizzazzjoni

1] Kapaċi nimprovizza frażijiet abbażi tal-iskala pentatonika.
2] Kapaċi nagħmel riċerka u nuri li l-improvizzazzjoni hija esplorazzjoni tal-mużika fiha nfisha.
3] Kapaċi nimprovizza waħdi u bħala parti minn grupp.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
4] Kapaċi nimprovizza effetti bil-ħsejjes għal storja.
5] Kapaċi nimprovizza billi nuża varjetà ta' ħsejjes differenti meħudin mill-ambjent naturali u nimmanipula materjali differenti li nsib biex noħloq ħsejjes ġodda.
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tal-vuċi tiegħi

1] Kapaċi nkanta kanzunetti b'kunfidenza minn moħħi jew minn test miktub.
2] Kapaċi nuri li naf dwar il-ħtieġa li nieħu nifs b'mod korrett biex inkanta.
3] Kapaċi nagħmel warm-up tal-vuċi u nifhem għaliex għandi bżonn nagħmel dan.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative modes, recognising the pluralism of audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Id-daqq tal-istrumenti

1] Kapaċi ndoqq biċċiet ta' mużika sempliċi waħdi jew bħala parti minn grupp.
2] Kapaċi ndoqq firxa ta' strumenti ta' perkussjoni kkurdati jew mhux ikkurdati.
3] Kapaċi ndoqq l-istrument 'tiegħi' b'mod 'sensittiv' meta nkun qed indoqq ma' oħrajn.
4] Kapaċi naqra/ninterpreta l-partituri u anke ndoqq bil-widna.
5] Kapaċi nesplora u nesperimenta bi strumenti differenti u nifhem il-modi differenti kif jistgħu jindaqqu biex jipproduċu effetti differenti u biex jinħolqu burdati differenti.
IT-TAGĦLIM KREATTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tat-teknoloġija – Il-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali 

1] Kapaċi nuża t-teknoloġija biex nirrekordja l-eżekuzzjoni tiegħi li tista' tkun preżentazzjonijiet formali jew informali tax-xogħol li jkun għadu qed jitħejja.
2] Kapaċi nevalwa x-xogħol tiegħi, nerġa' nisma' r-recordings li nkun għamilt. 
 MIDJA DIĠITALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Notazzjoni

1] Kapaċi nieħu nota ta' kompożizzjonijiet melodiċi u ritmiċi bl-użu ta' sistema ta' notazzjoni li żviluppajt jien stess.
 PERSONALI
2] Kapaċi nieħu nota ta' frażijiet melodiċi u ritmiċi sempliċi bl-użu tan-notazzjoni tradizzjonali bl-istaffs.
3] Kapaċi ndoqq mużika sempliċi miktuba bl-użu ta' notazzjoni konvenzjonali bl-istaffs.
4] Kapaċi ndoqq il-kompożizzjonijiet tiegħi stess waqt li naqra n-noti grafiċi tiegħi stess.
 PERSONALI
5] Kapaċi ndoqq kompożizzjonijiet ta' oħrajn waqt li naqra n-noti grafiċi tagħhom stess.
6] Kapaċi nuża vokabularju adegwat meta nkun qed niddeskrivi u niddiskuti n-notazzjoni.
 IL-KITBA
7] Nifhem li n-notazzjoni tirrappreżenta l-ħsejjes b'modi differenti, spiss tagħti tagħrif dwar għadd ta' elementi mużikali differenti bħat-tul, il-ħoss determinat (pitch) u d-dinamika, u nuri dan billi niżviluppa notazzjoni grafika tal-mużika tiegħi stess u li nkun ħloqt jien stess, kif ukoll mużika li nkun smajt.
8] Kapaċi 'nikkomponi' gradwalment bl-użu ta' notazzjoni konvenzjonali sempliċi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand that imaginative activity can be harnessed to produce outcomes for the culture, creativity and wealth of Malta and the wider world; I am aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults in Malta and the wider world and understand their role in fostering lifelong learning in the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-komunikazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-interazzjoni fl-eżekuzzjonijiet u l-preżentazzjonijiet

1] Kapaċi nagħmel riċerka u nagħmel kuntrast bejn il-ħsejjes, u nuża r-riżultati biex noħloq 'stampi ta' ħsejjes' imnebbħin minn karatteristiċi ambjentali taż-żona lokali.
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nisma' u niddiskuti xogħol mużikali jew aktar, kompost/i għal okkażjonijiet speċjali bħall-festa lokali, festival/avveniment tal-komunità jew il-Milied.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nisma' b'attenzjoni u b'mod attiv kif ukoll nirrispondi għal għadd ta' bċejjeċ ta' mużika lajv jew irrekordjata li jkunu qed jindaqqu minn mużiċisti mill-komunità lokali.
4] Kapaċi ndoqq u nippreżenta eżekuzzjoni formali/informali għal udjenza varjata, inkun parti minn udjenza għal eżekuzzjonijiet/preżentazzjonijiet ta' nies oħra, u naqsam opinjonijiet dwar dawn.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp, it-twessigħ u l-ipperfezzjonar tal-għarfien dwar il-mużika

1] Kapaċi nisma' firxa wiesgħa ta' kanzunetti, mużika strumentali popolari, u mużika minn diversi kulturi.
2] Kapaċi nikklassifika l-istrumenti skont il-ħoss u t-timbru tagħhom u niggruppahom fil-familji li lilhom jappartienu.
3] Kapaċi nagħmel riċerka għal u naqra profili bijografiċi qosra ta' xi kompożituri u nisma' x-xogħlijiet rappreżentattivi tagħhom.
 IL-QARI U L-FEHIM




Agħti r-rispons tiegħek hawn