Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu
Il-Mużika > LEVEL 7
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the capacity of visual and performing arts to address moral, ethical, social and political issues relevant to Malta and the wider world. I appreciate that the arts can be challenging and provide a space for addressing social differences as well as facilitating social and cultural cohesion.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-mużika fil-kuntest
1] Kapaċi nispjega r-relazzjoni bejn il-mużika u ż-żfin f'kuntesti storiċi differenti.
2] Kapaċi nuri l-għarfien tiegħi tar-relazzjoni bejn il-mużika u ż-żfin permezz tal-koreografiji, il-kompożizzjonijiet għaż-żfin u l-improvizzazzjonijiet tiegħi stess.
3] Kapaċi nidentifika tipi differenti ta' mużika taċ-ċerimonji u nifhem id-differenza bejn l-użi tal-mużika sagra u sekolari.
4] Kapaċi nidentifika l-perjodu ta' żmien tal-mużika: Mużika Bikrija, ta' Żmien ir-Rinaxximent, taż-Żmien Barokk, taż-Żmien Klassiku, taż-Żmien Romantiku, Mużika tas-Seklu 20 u taż-Żmien Kontemporanju u nispjega l-karatteristiċi komuni tagħhom u niddiskuti għaliex ġiet komposta b'dak il-mod.
5] Kapaċi nidentifika l-mużika folkloristika Maltija u niddiskuti x'rabta għandha mal-kultura, il-politika u l-kuntest storiku.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
6] Kapaċi noħloq biċċa mużika fl-istil tal-mużika folkloristika Maltija, sabiex nuri li fhimt din it-tip ta' mużika u kif evolviet u ngħaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra.
7] Kapaċi nifhem l-iżvilupp tal-armonija matul is-snin.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to draw on my curiosity, imagination and divergent thinking processes to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies.
L-Aspett tas-Suġġett: Ir-rispons għall-mużika
1] Kapaċi nimprovizza moviment kemm individwalment kif ukoll fi grupp b'rispons għal biċċa mużika.
2] Kapaċi nserraħ fuq l-għarfien tiegħi dwar it-temp, ir-ritmu, id-dinamika, l-istili tal-eżekuzzjoni u l-kuntest biex niġġustifika l-għażla ta' moviment tiegħi u nuża l-vokabularju u t-terminoloġija adegwati meta nkun qed niddiskuti dawn il-kwistjonijiet.
3] Kapaċi nikkummenta b'mod estensiv dwar ir-rispons tiegħi u ta' ħaddieħor għall-mużika permezz ta' diskussjonijiet u dibattiti.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi nidentifika x'jitlob rispons estetiku fil-mużika li nkun qed nisma'.
5] Kapaċi noħloq mudelli (patterns) li huma kapaċi 'jagħtu l-ħajja' lil biċċa mużika u nuża l-għarfien tiegħi ta' elementi mużikali u tal-kuntest biex ngħin fit-tfassil tal-mudelli.
6] Kapaċi nimprovizza fl-istil ta' biċċa mużika partikolari, billi nidentifika frażi ritmika jew melodika u nuża din bħala stimolu għall-improvizzazzjonijiet tiegħi.
7] Kapaċi nerġa' nirrakkonta ħrafa folkloristika jew tradizzjonali permezz tal-mużika, nintegra forom oħra ta' arti biex nirrakkonta din il-ħrafa, u nikkummenta dwar kif il-mużika interaġixxiet ma' forom oħra ta' arti biex tingħad l-istorja.
IL-KITBA

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand how to employ basic ethical decision-making, when reflecting on my own and others' art works and when creating art works that involve the intellectual and cultural property rights of others; I can analyse a variety of artistic forms, recognising traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.
L-Aspett tas-Suġġett: L-evalwazzjoni tal-mużika
1] Kapaċi nanalizza l-mużika b'mod aktar sħiħ bl-użu ta' varjetà ta' metodi differenti, nisma' l-mużika b'mod kritiku, nikkummenta dwar it-tagħmir użat biex tinħoloq il-mużika, u nistrieħ fuq l-għarfien tal-kuntest tal-mużika biex nagħmel dan.
2] Kapaċi nanalizza l-istruttura ta' biċċa mużika u nuri li fhimt x'inhi forma permezz ta' analiżi bil-widna, billi nidentifika temi, varjazzjonijiet, sezzjonijiet u elementi strutturali oħra billi nisma' u niddiskuti.
3] Kapaċi nevalwa x-xogħol tiegħi stess u nirrifletti fuq kemm huma effettivi l-kompożizzjonijiet, l-improvizzazzjonijiet u l-eżekuzzjonijiet.
4] Kapaċi nuża kemm il-valutazzjonijiet tiegħi stess kif ukoll dawk tal-oħrajn biex insolvi problemi u niżviluppa xogħli.
5] Kapaċi nserraħ fuq l-għarfien tiegħi tal-kuntest u l-għanijiet tal-mużika biex nevalwa xogħli billi nerfa' r-rwol ta' semmiegħ/a attiv/a sabiex inħares lejn xogħli b'mod oġġettiv.
6] Kapaċi nuża terminoloġija mużikali usa' fil-valutazzjonijiet tiegħi.
IL-KITBA
7] Kapaċi nidentifika gruppi differenti ta' strumenti, nikkummenta fuq il-kwalitajiet tal-ħoss ta' dawn l-istrumenti u kif jintużaw biex jinħolqu karattri u burdati.
8] Kapaċi ninterpreta l-mużika b'mod indipendenti, inqabbel u nsib kuntrasti bejn eżekuzzjonijiet differenti tal-istess kompożizzjoni.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse, intepret and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative ways suited to a range of audiences.
L-Aspett tas-Suġġett: L-eżekuzzjoni
1] Kapaċi ndoqq mużika aktar kumplessa minn moħħi jew minn partituri grafiċi u/jew partituri tradizzjonali bażiċi.
2] Kapaċi ndoqq b'mod li jmur mal-istil u l-għan tal-mużika.
3] Kapaċi ndoqq akkumpanjamenti aktar kumplessi ritmikament jew akkumpanjamenti melodiċi ma'/għal oħrajn.
4] Kapaċi nibbilanċja l-akkumpanjament tiegħi b'mod li jkun xieraq għax-xogħol li jkun qed jindaqq.
5] Kapaċi ngħin nidderieġi prova għal grupp żgħir jew kbir u nieħu deċiżjonijiet dwar ta' xiex għandhom isiru l-provi u kif għandhom isiru.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Kapaċi ngħid kelmtejn dwar il-biċċa li nkun se ndoqq u naqsam l-informazzjoni dwar il-kompożitur u l-kuntest storiku tal-mużika.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret a variety of artistic forms, recognising and evaluating traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.
L-Aspett tas-Suġġett: L-improvizzazzjoni
1] Kapaċi nimprovizza billi nuża l-iskala maġġuri.
KONJITTIVA
2] Kapaċi nirriċerka u nidentifika d-differenza bejn il-kompożizzjoni u l-improvizzazzjoni.
3] Kapaċi nimprovizza liberament fuq melodija sempliċi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.
L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tal-vuċi tiegħi
1] Kapaċi nkanta għażla ta' kanzunetti fi stili artistiċi differenti, billi naġġusta t-ton u nuża dizzjoni korretta.
2] Kapaċi nuża t-teknika tal-frażijiet b'mod korrett meta nkun qed inkanta xogħlijiet varjati minn diversi ġeneri.
3] Ninsab konxju/a li jeżistu tessituri u reġistri vokali differenti u l-mod kif ivarjaw bejn persuna u oħra, u nista' nuża dan l-għarfien biex nagħżel parti minn kanzunetta li nħossni komdu/a nkanta.
4] Kapaċi nkanta kanzunetti b'akkumpanjamenti melodiċi u ritmiċi li jkunu nħolqu minn oħrajn.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative modes, recognising the pluralism of audience.
L-Aspett tas-Suġġett: Id-daqq tal-istrumenti
1] Kapaċi ndoqq firxa usa' ta' biċċiet, nidentifika meta nkun qed indoqq il-linja tal-baxx, tal-armonija jew tal-melodija u nista' nidentifika liema strumenti jistgħu jdoqqu l-linja tal-baxx, tal-armonija u tal-melodija f'biċċa mużika.
2] Kapaċi ndoqq diversi strumenti/strumenti varji.
3] Kapaċi ndoqq fi grupp ma'/mingħajr direttur mużikali.
4] Kapaċi ndoqq b'kunfidenza melodiji u ritmi bil-widna.
5] Kapaċi ndoqq b'mod aktar mexxej minn partituri konvenzjonali jew minn notazzjoni sempliċi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.
L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tat-teknoloġija – Il-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali
1] Kapaċi nirrekordja mużika li nkun ħloqt, neditjaha u nużaha kif ikun hemm bżonn.
2] Kapaċi nuża t-teknoloġija bħala parti mill-proċess tal-provi u kapaċi ntejjeb il-livell tax-xogħol u niddiskuti t-titjib li jkun sar.
3] Kapaċi nuża softwer biex noħloq il-kampjuni tiegħi stess u nuża dawn il-kampjuni flimkien ma' kampjuni li jeżistu diġà biex noħloq biċċa mużika li mbagħad inkun nista' nżidilha saffi differenti, biex ikollha tessituri u ninkludi d-dinamika fix-xogħol.
2] Kapaċi nuża t-teknoloġija bħala parti mill-proċess tal-provi u kapaċi ntejjeb il-livell tax-xogħol u niddiskuti t-titjib li jkun sar.
3] Kapaċi nuża softwer biex noħloq il-kampjuni tiegħi stess u nuża dawn il-kampjuni flimkien ma' kampjuni li jeżistu diġà biex noħloq biċċa mużika li mbagħad inkun nista' nżidilha saffi differenti, biex ikollha tessituri u ninkludi d-dinamika fix-xogħol.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.
L-Aspett tas-Suġġett: Notazzjoni
1] Kapaċi nieħu nota ta' melodija sempliċi u nżid simboli li jindikaw ornamentazzjoni u artikolazzjoni.
2] Kapaċi nitgħallem indoqq melodija aktar kumplessa minn notazzjoni konvenzjonali bl-istaffs b'mod mexxej ma' oħrajn.
3] Kapaċi nuża programmi tal-kompjuter li mhumiex neċessarjament softwer tal-mużika biex noħloq in-notazzjoni grafika tiegħi stess.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand that imaginative activity can be harnessed to produce outcomes for the culture, creativity and wealth of Malta and the wider world; I am aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults in Malta and the wider world and understand their role in fostering lifelong learning in the arts.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-komunikazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-interazzjoni fl-eżekuzzjonijiet u l-preżentazzjonijiet
1] Kapaċi noħloq u nippreżenta ideat mużikali bl-użu ta' strumenti, vuċijiet u ħsejjes biex nuri burdati u sentimenti, espressi fi stampa jew xogħol letterarju Malti, u nirrekordja l-ideat bl-użu ta' rappreżentazzjonijiet simboliċi sempliċi tal-ħsejjes.
2] Kapaċi nitgħallem u nippreżenta kanzunetti minn diversi żminijiet, ninvestiga l-oriġini tagħhom, u nagħmel rabtiet bejn il-mod kif il-mużika setgħet ġiet imdaqqa fil-passat u kif tista' tindaqq illum.
3] Kapaċi nikkomunika u ninteraġixxi ma' udjenzi differenti.
4] Kapaċi nżomm lili nnifsi infurmat/a dwar ix-xena mużikali lokali u dwar l-iżviluppi fil-mużika madwar id-dinja bl-użu ta' tipi ta' midja differenti.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nitgħallem u nippreżenta kanzunetti minn diversi żminijiet, ninvestiga l-oriġini tagħhom, u nagħmel rabtiet bejn il-mod kif il-mużika setgħet ġiet imdaqqa fil-passat u kif tista' tindaqq illum.
3] Kapaċi nikkomunika u ninteraġixxi ma' udjenzi differenti.
4] Kapaċi nżomm lili nnifsi infurmat/a dwar ix-xena mużikali lokali u dwar l-iżviluppi fil-mużika madwar id-dinja bl-użu ta' tipi ta' midja differenti.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.
L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp, it-twessigħ u l-ipperfezzjonar tal-għarfien dwar il-mużika
1] Kapaċi nirriċerka u niddiskuti l-istili differenti tal-mużika, niddistingwi, nuri kwalitajiet emozzjonali u espressivi tal-mużika u t-test, u nidentifika l-pajjiż tal-oriġini u l-karatteristiċi kulturali bażiċi tal-kompożituri li tagħhom nisma' u neżegwixxi l-mużika.
2] Kapaċi nikkategorizza t-tipi differenti ta' vuċijiet u l-kwalità tat-ton tagħhom, u nidentifika gruppi fl-ensemble.
3] Kapaċi nartikola l-forma fil-mużika u kif din toħroġ b'mod evidenti fiż-żfin u fl-arti viżiva.
4] Kapaċi nidentifika u niddiskuti firxa wiesgħa ta' strumenti mużikali f'attivitajiet li jinvolvu diskorsi pubbliċi.
5] Kapaċi nsib rabtiet bejn l-eżekuzzjonijiet li attendejt fil-komunità tiegħi u aspetti fil-produzzjoni tal-mużika tiegħi.
6] Kapaċi nidentifika l-modi kif in-nies jinvolvu ruħhom fil-mużika eż. xi ħadd li jdoqq jew ikanta, li jisma' l-mużika, li jgħallem il-mużika, li jamministra, jew persunal tekniku.
7] Kapaċi nidentifika l-modi li bihom hija disponibbli l-mużika permezz ta' eżekuzzjonijiet lajv, eżekuzzjonijiet irrekordjati, CDs u downloads.