Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

Il-Mużika > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the capacity of visual and performing arts to address moral, ethical, social and political issues relevant to Malta and the wider world. I appreciate that the arts can be challenging and provide a space for addressing social differences as well as facilitating social and cultural cohesion.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-mużika fil-kuntest   

1] Kapaċi nidentifika l-karatteristiċi tal-mużika u nikkummenta dwar kif u għaliex il-mużika hija marbuta ma' identitajiet differenti.
2] Kapaċi nidentifika r-rwol li qed jinbidel tal-mużika u kif l-idea tal-konsumeriżmu qed tmexxi l-produzzjoni tal-mużika.
3] Kapaċi ninvestiga l-impatt tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fuq in-negozju tal-mużika.
4] Kapaċi nesplora l-bidliet teknoloġiċi ta' kif tiġi prodotta u mismugħa l-mużika, kif il-mużika tiġi kkonsmata, u kif l-artisti mħallsin saru intraprendituri.
5] Kapaċi nesplora ġeneru partikolari fil-fond u nsib rabtiet bejn il-kuntest storiku, politiku u soċjali tal-mużika u l-mod ta' kif il-mużika ġiet komposta.
6] Nifhem kif il-mużiċisti influwenzaw il-kultura u viċe versa, u nqabbel dan mar-rwol tal-mużiċisti fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali tal-lum.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to draw on my curiosity, imagination and divergent thinking processes to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies.

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-rispons għall-mużika

1] Kapaċi nidderieġi żifna jew drammatizzazzjoni bl-użu ta' mużika li tkun ġiet komposta apposta, immexxi l-provi b'mod effettiv. u nsawwar opinjonijiet infurmati dwar il-movimenti u l-azzjonijiet tal-oħrajn.
2] Kapaċi nitħaddet dwar l-effettività tal-mużika, billi nistrieħ fuq l-għarfien u l-fehim tiegħi tal-kuntest tal-mużika u tar-rwol tal-kompożitur/l-udjenza/min ikun qed jeżegwixxi.
 KONJITTIVA
3] Kapaċi noħloq installazzjoni li tgħaqqad flimkien il-mużika u forom oħra ta' arti.
 MIDJA DIĠITALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand how to employ basic ethical decision-making, when reflecting on my own and others' art works and when creating art works that involve the intellectual and cultural property rights of others; I can analyse a variety of artistic forms, recognising traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: L-evalwazzjoni tal-mużika 

1] Kapaċi nuża vokabularju mużikali estensiv biex niddeskrivi karatteristiċi tal-mużika li noħloq u ndoqq.
 IL-KITBA
2] Kapaċi nagħti u nirċievi kritika kostruttiva u kapaċi niddokumenta kif u għaliex ix-xogħol tiegħi nbidel minħabba l-valutazzjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse, intepret and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative ways suited to a range of audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-eżekuzzjoni

1] Kapaċi npoġġi sfida għalija nnifsi billi ndoqq/nkanta biċċiet/kanzunetti aktar kumplessi.
 PERSONALI
2] Kapaċi mmexxi ensemble/kor, inħabbat mat-temp, nindika d-dinamika u nagħmel provi tal-partijiet li jkunu problematiċi filwaqt li nuża partitura b'livell għoli u b'mod effettiv li jwassal għal spettaklu li jirnexxi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret a variety of artistic forms, recognising and evaluating traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: L-improvizzazzjoni

1] Kapaċi nimprovizza parti ta' armonija vokalment jew fuq strument.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tal-vuċi tiegħi

1] Kapaċi nkanta firxa ta' stili differenti li juru flessibbiltà bħala kantant/a.
2] Kapaċi nuri teknika vokali eċċezzjonali, niddiskuti din it-teknika u l-mod kif din tgħin kant tajjeb u li ma jagħmilx ħsara.
3] Kapaċi nkanta kanzunetti b'firxa li mhijiex faċli għalija u naqleb bejn reġistri vokali differenti b'ton u intonazzjoni tajbin.
4] Kapaċi nidderieġi oħrajn ikantaw u kapaċi nagħżel repertorju adegwat u eżerċizzji ta' warm-up għal gruppi varjati.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Kapaċi nidderieġi kor b'mod kunfidenti, b'kant ta' kanzunetti lokali u varjati minn pajjiżi differenti.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative modes, recognising the pluralism of audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Id-daqq tal-istrumenti

1] Kapaċi ndoqq mill-inqas strument wieħed fuq livell għoli u b'kapaċità, u nuri l-għarfien u l-ħila tiegħi waqt li nkun qed indoqq. 
2] Kapaċi nuri l-abbiltajiet tiegħi u x'għandi nagħmel biex nitjieb.
 PERSONALI
3] Kapaċi naqra n-noti minn partituri aktar kumplessi u ndoqq f'ensemble b'mod mexxej.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi mmexxi provi u nidderieġi ensemble f'kunċert formali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tat-teknoloġija – Il-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali 

1] Kapaċi nimmiksja grupp ta' mużiċisti jew kantanti lajv li jkunu qed idoqqu varjetà ta' mużika.
2] Kapaċi ngħaqqad sistema ta' amplifikazzjoni u kapaċi nuri kif taħdem din is-sistema.
3] Kapaċi noħloq u ndoqq mużika b'suċċess għal produzzjonijiet akustiċi u diġitali.
4] Kapaċi naqra u ninterpreta partituri għal mużika diġitali u akustika b'mod preċiż.
 IL-QARI U L-FEHIM
5] Kapaċi nagħmel riċerka u nikkomunika s-sejbiet tiegħi dwar il-proċessi ta' kompożizzjoni diġitali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Notazzjoni

1] Kapaċi nieħu nota ta' firxa wiesgħa ta' akkordji u nikkomponi x-xogħol kollu tiegħi billi nuża notazzjoni konvenzjonali bl-istaffs.
2] Kapaċi nuża varjetà ta' notazzjonijiet differenti mill-20 u l-21 seklu u nikkummenta dwar ir-raġuni għaliex in-notazzjoni żviluppat b'dan il-mod billi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi tal-kuntest tal-mużika.
3] Kapaċi nikteb biċċa mużika sempliċi ta' serjaliżmu jew minimaliżmu bl-użu tan-notazzjoni bl-istaffs, nikkomponi mużika sperimentali bl-użu tan-notazzjoni b'modi differenti, u niżviluppa u nuża notazzjoni li tagħti lil min ikun qed idoqq jew ikanta indikazzjonijiet eżatti ta' kif nixtieq li l-mużika sperimentali tiegħi tiġi mdaqqa/kantata.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand that imaginative activity can be harnessed to produce outcomes for the culture, creativity and wealth of Malta and the wider world; I am aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults in Malta and the wider world and understand their role in fostering lifelong learning in the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-komunikazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-interazzjoni fl-eżekuzzjonijiet u l-preżentazzjonijiet

1] Kapaċi nistudja u nqabbel reċensjonijiet tal-passat u t'issa ta' eżekuzzjoni ta' kunċert minn firxa ta' sorsi medjatiċi u niżviluppa kriterji għall-valutazzjoni ta' eżekuzzjoni mużikali pubblika speċifika b'rabta mal-kuntest u l-udjenza biex nagħmel reċensjoni fil-fond ta' dik l-eżekuzzjoni.  
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi ninvestiga sistemi ta' tisħiħ tal-ħoss f'għadd ta' swali u nesperimenta bit-tekniki u t-tagħmir biex intejjeb l-eżekuzzjoni.
3] Kapaċi nipprepara u nagħmel provi għal xogħol li possibilment jiġi inkluż fi programm ta' eżekuzzjonijiet biex nippreżenta u nirrekordja x-xogħol u nevalwa l-eżekuzzjoni b'rabta mal-ħiliet tekniċi, kemm hu mexxej, l-istil u l-espressjoni, u nżomm portafoll li jkun fih noti u recordings ta' dawn l-eżekuzzjonijiet bħala għodda biex ngħallem lili nnifsi.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi nirriċerka diversi opportunitajiet ta' għoti ta' fondi f'Malta kif ukoll barra u nuri l-kapaċità li nissottometti applikazzjoni biex norganizza avveniment artistiku jew mużikali fejn inkun nista' jew nesegwixxi jew nippreżenta l-biċċa xogħol oriġinali tiegħi lill-pubbliku ġenerali.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
5] Kapaċi nikkollabora ma' mużiċisti u artisti oħrajn f'avvenimenti artistiċi innovattivi li jsiru f'festivals hawn Malta jew barra.
 INTERPERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp, it-twessigħ u l-ipperfezzjonar tal-għarfien dwar il-mużika

1] Kapaċi nivverbalizza rispons emozzjonali dettaljat għal varjetà ta' ġeneri mużikali tradizzjonali u mhux tradizzjonali, niddeskrivi x-xebh u d-differenzi fil-mod kif kompożituri differenti jużaw l-elementi mużikali, u niddiskuti dettalji dwar l-oriġini u l-importanza tal-istili mużikali u l-istrumenti użati f'diversi pajjiżi/kulturi.
2] Kapaċi nartikola konnessjonijiet u rispons personali billi nuża terminoloġija mużikali adegwata wara li nkun eżegwejt u smajt repertorju vast u varjat.
3] Kapaċi noħloq u neżegwixxi biċċa mużika oriġinali li tuża notazzjoni standard u mhux standard bl-użu ta' softwer tal-kompożizzjoni.
 MIDJA DIĠITALI
4] Kapaċi nidentifika elementi korrispondenti bħall-forma, il-kulur u t-tessitura f'rappreżentazzjonijiet tal-mużika, l-arti viżiva, iż-żfin u l-arkitettura, u kapaċi nintegra l-elementi u l-oqsma varji u nuri b'mod ċar kif jirrelataw wieħed mal-ieħor.
5] Kapaċi nagħmel preżentazzjoni orali fil-klassi dwar l-istorja, il-kultura, il-ġeografija, il-politika, l-istorja tal-mużika u l-istat tal-arti f'pajjiż speċifiku, u ninkorpora varjetà ta' esperjenzi multi-sensorjali f'din il-preżentazzjoni.
 MIDJA DIĠITALI
6] Kapaċi nipparteċipa f'varjetà ta' avvenimenti mużikali fl-iskola u l-komunità tiegħi.
7] Kapaċi nirriċerka l-impjiegi fl-industrija tal-mużika kemm lokalment kif ukoll barra. 
8] Kapaċi nirriċerka opportunitajiet għal apprendistati u xogħlijiet tas-sajf fil-komunitajiet kulturali u/jew tal-arti f'Malta u fl-Ewropa.




Agħti r-rispons tiegħek hawn